Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3408 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — Ħaddiema fil-grad ta' deffiena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fil-grad ta' deffiena (grave-diggers) mad-Dipartiment tas-Saħħa humiex intitolati għall-allowance tal-ħmieġ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ħaddiema fil-grad ta’ deffiena mad-Dipartiment tas-Saħħa mhumiex intitolati għal allowance tal-ħmieġ.

Kalkara — Triq Santa Liberata - patching ta' triq

Question

Peress li Triq Santa Liberata, Kalkara, qed tintuża minn ħafna trakkijiet kbar, u peress li din it-triq soffriet ħafna ħsarat kbar b'periklu kbir għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jikkunsidra li għall-anqas isir patching ta' din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tkun qed tagħmel xogħol ta' patching f'din it-triq.
Leg 11 PQ #3414 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti — droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fuq immigranti matul l-aħħar sena? Fejn inqabdet, x'kienet il-kwalità u l-ammont, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi kollha skont il-Liġi fuq kull każ.

Bormla — Pjazza Santa Margerita - Bankijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-wegħda li saret mis-CRC xhur ilu, li jitpoġġew 33 bank ġdid fi Pjazza Santa Margerita Bormla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — proġett ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-prpġett approvat mic-CRC u li għalih ħarġu t-tenders ukoll, fid-daħla ta' Bormla ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna? Jista' jgħid jekk u meta ser issir?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — bdiewa full/part-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time rispettivament li llum huma reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Minn liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokal, ġejjin dawn il-bdiewa, f'Malta u f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta' bdiewa full-time u part-time li huma reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hu skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #3625 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-biċċerija f'Għawdex terġa' tibda taħdem, peress li diversi raħħal tal-bhejjem għall-qatla ilmentaw miegħi dwar il-ħin li jkollhom jaħlu biex jaslu l-biċċerija u lura f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-upgrading tal-biċċerija tiddependi minn tender għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar, u Kummisjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari li qiegħda tiġi aġġudikata. Għaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xogħol li jkun determinat meta tiġi mogħtija t-tender.
Leg 11 PQ #3626 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Pazjenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' pazjenti barranin li għamlu użu mill-faċilitajiet ta' l-isptar (bi ħlas jew mingħajr ħlas) mhux residenti f'Malta, kull xahar minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #3627 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Skema għar-rranġar tat-toroq

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2219, jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibli li dik l-iskema fil-fatt terġa' tiġi introdotta għaliex fl-opinjoni tiegħi, ċertu toroq lokali jkunu jistgħu jitlestew ħafna snin qabel milli kieku l-kunsilli kellhom jistennew li x-xogħol jiġi nkluż fil-programm tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Produzzjoni agrikola

Question

Billi m'għandix dubbju li l-Ministeru huwa konxju li l-produzzjoni agrikola f'Malta u Għawdex żdiedet b'riżultat tat-tisqija li saret, u qegħda ssir f'għelieqi li normalment kienu meqjusa bħala rabà bagħli, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'ser jiġri mill-informazzjoni li qed tiġbor l-MRA, dwar il-boreholes f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-proċess tan-Notifikazzjoni tal-boreholes ser iwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara u titfassal strateġija ta’ din ir-riżorsa. Dan jeħtieġ nagħmluh għax irridu nipproteġu lil biedja f’pajjiżna.

Smart city — Nefqa fuq bini ta' infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li ser jintnefaq globalment għall-bini ta' infrastruttura xierqa f'affarijiet bħal dawl, ilma, drenaġġ eċċ biex tkun moqdija Smart City? Meta hemm il-ħsieb li jinħarġu s-sejħiet biex dan ix-xogħol jibda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3631 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanniji u fabbriki — sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2008 kemm kien hemm sensji mogħtija minn fabbriki/kumpanniji li joperaw minn Malta? Kemm kienu irġiel u kemm nisa? Mil-liema fabbriki/kumpanniji kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ngħataw is-sensja mill-1 ta’ Jannar 2008 sa Settembru 2008 f’Malta u Għawdex u li marru jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 1,387, li kienu 1,095 raġel u 292 mara. Ma nħossx li hu xieraq li nippubblika l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali tal-organizzazzjonijiet konċernati.
Leg 11 PQ #3632 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema fuq bażi part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time? Kemm minn dawn huma rġiel u kemm nisa? Kemm mit-total għandu dan ix-xogħol bħala x-xogħol prinċipali tiegħu jew tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 kienu jaħdmu fuq bażi part-time huwa 48,749; 26,436 huma rġiel u 22,313 huma nisa. Minn dawn 27,579 kellhom ix-xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali tagħhom.

Enemalta — xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull kemm żmien l-Enemalta tixtri ż-żejt u għal kemm tul ta' żmien? Jista' jgħid ukoll x'arranġamenti fit-tul għandha għax-xiri taż-żejt u għal kemm hu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta tixtri ż-żejt b’mod kontinwu u għal perjodu li jiġi determinat minn diversi fatturi fosthom minn l-ammont ta’ żejt li hemm fil-ħażna, il-qies ta’ kull konsenja u l-konsum ta’ kull prodott. Il-Fuel Oil li jintuża fil-Power Stations jinxtara f’bejn wieħed u ieħor 20 konsenja kull sena, Gas Oil li jintuża ukoll fil-Power Stations jinxtara minn 4 sa 8 konsenji kull sena, Diesel minn 4 sa 6 konsenji kull sena u Petrol bejn wieħed u ieħor 8 konsenji fis-sena. Iż-żejt jinxtara wara sejħa għal offerti u b’kuntratti li varjaw bejn 6 u 12-il xahar.
Leg 11 PQ #3687 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dħul mit-taxxa ta RA1

Question

Jista' l-Ministru jagħti f'figuri ta' kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' 3% ta' RA1 fuq il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja għas-snin 2006, 2007 u l-ewwel 6 xhur tas-sena 2008 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3137 u 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu , kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rati tad-dawl u ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.