Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex bankini ġodda jinbnew b'mod aċċessibbli? Hemm pjan biex dawk diġà mibnija jiġu modifikati ħalli huma wkoll jiġu aċċessibbli? Jekk iva, fuq kemm żmien hemm il-ħsieb li dan it-tibdil isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-direzzjoni politika li tajt lill-ADT hi li fil-prioritajiet tagħha ġġib lil min miexi fuq it-triq qabel min ikun qed isuq. L-inklużjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilita hi parti importanti minn din il-kunsiderazzjoni. Ninsab infurmat li l-ADT bdiet diskussjonijiet mal-KNDP biex ttejjeb l-istandards t'aċċessibilta u ddaħħal dawn l-istandards fil-programm tagħha ta' tiswijiet u bini ta' bankini ġodda.
Jista’ Ministru jgħid meta beda jitħaddem l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Kemm tħallsu flus s’issa lill-operaturi ta’ dan l-impjant? X’inhi r-rata ta’ ħlas biex jitħaddem dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex beda jopera f’Novembru tas-sena 2007. S’issa għadhom ma sarux ħlasijiet lill-operaturi ta’ l-impjant, dan minħabba li qed jiġu iffinalizzati ċerta kundizzjonijiet tal-kuntratt, li mistenni jidħol fis-seħħ b’lura.
Il-Kuntratt għall-operat ta’ l-impjant kien ġie iffirmat għall-figura ta’ €3.36 miljun, li jkopri ħames snin ta’ operat. Din il-figura hi ibbażata fuq il-kapaċita massima tat-trattament ta’ l-impjant u b’hekk il-ħlasijiet attwali ser jiddependu fuq l-ammont tad-drenaġġ li l-impjant fil-fatt jittratta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ħarġet u meta, l-offerta għall-provista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' appart u servizz anċillari tal-biċċerija f'Għawdex? X'kuntratti ngħataw s'issa għall-immodernizzar tal-biċċerija? Min huma kuntratturi u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li l-offerta għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizz Anċillari tal-Biċċerija f'Għawdex ħarġet darbtejn. L-ewwel darba ħarġet fit-22 ta' Marzu 2005 u t-tieni darba ħarġet fis-26 t'Ottubru 2007. Ninsab infurmata wkoll li s'issa ngħataw żewġ kuntratti ta' xogħlijiet, wieħed għat-tneħħija ta' ħitan u bini ta' travi tal-concrete b'valur ta' €4,015 u l-ieħor għall- Bini ta' Estensjoni u Mmodernizzar b'valur ta' €106,177 u li l-kuntrattur kien Road Construction Co. Ltd.
Jista’ Ministru jgħid x’qed isir mill-iskart solidu u likwidu tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-impjant ma jiġġenera l-ebda skart likwidu sakemm ma tikkunsidrax l-ilma msoffi bħala "skart". L-iskart solidu qed jiġi ttrasportat lejn Malta u jintrema l-Għallis.
Gozo Channel — Imġarr u Ċirkewwa - Passiġġieri bla ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bla ħlas bejn l-Imġarr u Ċirkewwa kull xahar mill-2005 'l hawn? Jista' jgħid kif jinżamm kontroll u rendikont ta' passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel bla ħlas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Għawdex — twelidijiet, imwiet, żwiġijiet, separazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelidijiet, imwiet, u żwiġijiet lokalità lokalità f'Għawdex sena sena mill-2005 'l hawn? Jista' jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi tal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar 3 snin biex iħajru Maltin u barranin iżuru lil Għawdex? Meta daħlu u sa meta damu fis-seħħ? Kemm passiġieri bbenefikaw kull xahar minn kull skema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika 2007-2008 kull skola primarja u sekondarja ta' Malta u Għawdex liema
1.) mużewijiet
2.) siti storiċi
żaru u kull skola kemm-il darba għamlu din iż-żjara u fejn żaret?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema
i) wirjiet ta' arti
ii) attivitajiet kulturali (eżempju plays u kunċerti mużikali)
żaru l-iskejjel kollha primarji u sekondarji ta' Malta u Għawdex matul is-sena skolastika 2007-2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu s'issa biex mużewijiet u siti storiċi f'Malta u Għawdex ikunu ppreżentati b'mod li jiġbed lit-tfal, anki min età zgħira, meta jżuruhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni fi ħdan Heritage Malta ġiet imwaqqfa proprju biex tipprovdi riżorsi edukattivi relatati mad-diversi mużewijiet u siti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ l-aġenzija, mmirati b’mod speċjali biex jippromwovu aktar il-kultura fl-iskejjel, fil-livelli kollha ta’ l-isfera edukattiva.
Heritage Malta
diġa nediet diversi programmi edukattivi, mfassla b’konsultazzjoni mad-Dipartiment ta’ L-Edukazzjoni, Kultura u Sport, l-għalliema u l-istudenti nfushom, u li huma msejsa fuq kunċetti li jidhru fis-sillabi ta’ suġġetti differenti. L-idea prinċipali hija li l-kultura tkun infiltrata fis-sistema edukattiva permezz ta’ diversi suġġetti bħal ma huma l-istorja, l-arti, x-xjenza, il-lingwi, l-istudji soċjali, PSD u d-disinn u t-teknoloġija fost l-oħrajn.
L-iskop tal-materjal edukattiv li ħejjiet, u li se tkun qed tħejji fil-futur qrib
Heritage
Malta,
huwa mmirat biex joffri tagħlim kulturali fil-mużewijiet, li jitkompla wkoll fl-iskejjel. Il-metodoloġija li qed tintuża hija simili għal dik li nsibu f’diversi mużewijiet madwar l-Ewropa. Din il-metodoloġija hija ffukata fuq l-istudent u mfassla biex tiffaċilita l-kreattivita u l-ħsieb kritiku u mhux sempliċiment tiprrovdi informazzjoni ta’ natura storika. B’dan il-mod, in-numru ta’ studenti anke ta’ eta’ żgħira ħafna li qed iżuru l-mużewijiet qiegħed dejjem jikber għaliex dawn il-ħarġiet kulturali saru ħafna aktar interessanti u ta’ pjaċir. Minnbarra li jallaċċjaw mas-sillabi u l-kurrikulu inġenerali, ir-riżorsi edukattivi ta’ Heritage Malta huma wkoll immirati biex jippromwovu sens ta’ identita’ kulturali nazzjonali kif ukoll apprezzament dwar kif nistgħu nikkonservaw il-wirt storiku u kulturali tagħna.
Il-programmi u ktejjeb/
worksheets
edukattivi li fasslet
Heritage Malta
sa issa jinkludu:
- Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur (Livell Primarju u Sekondarju)
- L-Armerija tal-Palazz (Livell Primarju u Sekondarju)
- It-Tempji ta’ Ħal Tarxien (Livell Sekondarju)
- Il-Mużew Marittimu (Livell Primarju)
- Għar Dalam (Livell Primarju)
- Mużew ta’ l-Art (Livell Primarju)
- Mużew ta’ l-Istorja Naturali (Livell Primarju)
Heritage Malta ppublikat ukoll diversi ktejjeb għall-għalliema bil-ħsieb li jkunu jistgħu ihejju lill-istudenti tagħhom fil-klassi qabel ma ssir iż-żjara fil-muzew. Dan il-metodu jgħin biex l-istudenti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza edukattiva aktar wiesa’. L-aġenzija torganizza wkoll In-Service Courses għall-għalliema fuq it-tagħlim fil-mużewijiet.
Heritage Malta torganizza wkoll diversi attivitajjiet edukattivi fil-mużewijiet bħal ma huma programmi ta’ kitba kreattiva flimkien mal-FES, sessjonijiet ta’ tpinġija flimkien ma’ l-iskola ta’ l-Arti, qari ta’ stejjer u żjarat bi gwida mmirati apposta għat-tfal.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2007 u 2008 s'issa, x'inizjattivi ħadu l-mużewijiet u s-siti storiċi biex jiġbdu lejhom il-famliji Maltin u Għawdxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-2007 kienet karatteriżata minn żewġ wirjiet kbar li Heritage Malta irnexxilha ġġib lejn xtutna – il-wirja tas-suldati tat-terracotta miċ-Ċina li kienet għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arkejologija bejn Marzu u Lulju u l-wirja tal-pitturi tal-Caravaggio li kienet għall-wiri fl-istess mużew ta’ l-Arkejologija bejn Ottubru u Novembru 2008.
Marbuta ma’ dawn iż-żewġ wirjiet kien hemm diversi attivatijiet indirizzati lejn il-familji li kienu jinkludu dħul bi prezz ridott għal dawn l-attivitajiet.
Attivitajiet oħra kienu jinkludu:
5 Heritage Trails
4 attivitajiet magħrufa bħala l-Ħadd ma’
Heritage Malta
3
Historical re-enactments
fil-Mużew marittimu li matulhom in-nies kellha ċ-ċans issir taf aktar dwar il-ħajja tal-baħrin fuq ix-xwieni, x’ikel kien jittiekel etc. Dawn l-attivitajiet dejjem saru bi prezz imnaqqas.
Kien hemm ukoll 36 wirja a li għalihom id-dħul kien b’xejn.
Attivitajiet matul l-2008
5
Heritage Trails
matul l-2008. Dawn huma zjarat b’tema speċifika.
2 Ħdud ma’
Heritage Malta
li fihom jinfetħu postijiet li mhux dejjem ikunu miftuħa għall-pubbliku. F’din is-sena dawn iż-żewg attivitajiet saru f’Birżebbuġa u Marsaxlokk u r-Rabat u l-Mdina fejn fost il-postijiet li nfetħu (bi prezz imnaqqas) kien hemm mill-Katakombi tal-Lhud (Rabat) Tas-Silġ (M’Xlokk) u Borġ in-Nadur (B’Buġia).
F’Ġunju saret konferenza nazzjonali ffinanzjata minn proġett ta’ l-EU dwar il-ħajja marittima f’Malta. Din kienet miftuħa għall-pubbliku u l-parteċipazzjoni kienet mingħajr ħlas. L-attivita’ saret fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.
Heritage Malta
organizzat 28 wirja f’diversi siti li għalihom d-dħul kien b’xejn. Dawn saru primarjament fl-uffiċċju ċentrali ta’ l-aġenzija fil-belt Valletta, fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti u fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali fl-Imdina.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjani konkreti hemm biex fl-erba' snin li ġejjin ikollna:
a) mużew tal-arti lokali kontemporanju
b) mużew tal-arti moderna lokali
ċ) mużew tal-fotografija lokali
d) mużew tal-industrija lokali
e) mużew tal-emigrazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li Heritage Malta qiegħdha f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet konċernati sabiex jingħatalha post li jkun jista’ jintuża bħala mużew tal-arti moderna u kontemporanja. Sadanittant wirjiet ta’ arti ta’ din ix-xorta jsiru kull xahar fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti u f’mużewijiet oħra ta’ Heritage Malta.
Infurmata li aspetti mit-temi l-oħra msemmija huma interpretati f’mużewijiet oħra bħall-Mużew tal-Folklor, il-Mitħna ta’ Kola u l-Mużew Marittimu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex ikun introdott programm nazzjonali ta' Breast Screening?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Gvern lesta pjan ta’ azzjoni biex jiġi mniedi programm ta’ breast screening għan-nisa Maltin u Għawdxin skond kriterji dwar Quality Assurance kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja. Hu maħsub li fl-ewwel 3 snin jiġu mistiedna nisa ta’ bejn il-50 u d-59 sena, iżda mhux eskluż li aktar ‘l quddiem il-programm jiġi estiż biex jinkludi medda ta’ età aktar wiesgħa.
Sadanittant qed jiġi finaliżżat ukoll Pjan Nazzjonali fuq il-Kanċer. Dan il-pjan qed jieħu in kunsiderazzjoni l-problema tal-kanċer b'mod ħolistiku u jittratta proċess wiesgħa mill-prevenzjoni, għad-dijanjozi, kif ukoll l-aspetti tal-kura kollha involuta, inkluż il-kura palljattiva.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġu stabbiliti targets definiti ta' kemm pazjent jista' jdum jistenna għall-operazzjoni li jkollu bżonn fl-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li flimkien mad-diretturi klinici, qed isir eżercizzju biex jiġu evalwati s-servizzi dijanjostici (Radjoloġija u Patoloġija) li jinħtieġu pazjenti qabel ma ssirilhom operazzjoni bil-għan li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija. Wara jridu jsiru diskussjonijiet biex jiġu stabbiliti kriterji u protokolli dwar proceduri f’kull Dipartiment individwali ġewwa l-iSptar Mater Dei bil-għan li eventwalment jiġi stabbilit iż-żmien massimu ta’ stennija. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dan irid jintrabat ukoll mar-riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali meħtieġa.
F’każijiet ta’ emergenza dawn it-targets mhumiex applikabbli għaliex f’kazijiet simili il-pazjent jingħata attenzjoni / kura immedjata.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar milll-proġett ta' pavimentar ma' ġenb il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Jekk ser isir, jista' jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat