Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar, li kienet responsabbli biex tibni numru ta' appartamenti fi Triq Jean De La Cassiere f'San Pawl il-Baħar, li iżda ma ħaditx passi biex jiġu stallati bozoz fit-triq msemmija, tara kif flimkien ma' l-Enemalta jiġu stallati l-bozoz neċessarji, għaliex ir-residenti qed jilmentaw sew b'dan in-nuqqas?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3725 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — Żieda ta' dawl fit-toroq

Question

Billi diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jew m'għandhom l-ebda dawl fit-toroq, inkella għandhom bżonn ta' aktar dawl għal matul il-lejl, jista' l-Prim Ministru jara li f'dawn it-toroq ikun hemm żieda tad-dawl kif meħtieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Energy performance certificates

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min ser ikun responsabbli biex jinħarġu l-energy performance certificates? X'tip ta' tagħrif/tagħlim ser jingħataw dawk li ser ikunu responsabbli minn dawn iċ-ċertifikati? Min ser ikun responsabbli biex jagħti dan it-tagħrif/tagħlim?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden l-Onor Membru biex jara l-Avviż Legali Nru 261/08 fejn għandu x’inhuma u ta’ min huma r-responsabbiltajiet u kif ser titħaddem is-sistema tal-Energy Performance Certificates. Dawk il-periti u Inġiniera li ser ikunu nteressati li joħorġu dawn iċ-ċertifikati ser ikollhom jattendu kors fejn ser jingħataw tagħrif dwar l-użu tas- software li l-Gvern ser jipprovdi biex bih tinħadem l- energy efficiency tal-bini. Dawn il-korsijiet ser ikunu organizzati mit-Taqsima Servizzi ta’ dan il-Ministeru.

Bdiewa u raħħala full time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa u raħħala full time li għadna f'Malta u f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità ġejjin dawn il-bdiewa u raħħala rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-lista ta’ bdiewa u raħħala full-time tinżamm mill-ETC u għalhekk nitolbu li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq fir-raba għall-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi, anke permezz t'inizjattivi ġodda, biex it-toroq fir-raba' li jintużaw primarjament mill-bdiewa jkunu jistgħu jiġu rranġati biex l-istess bdiewa jkollhom aċċess aħjar għar-raba' tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija nru 2059.
Leg 11 PQ #3793 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fondi speċifiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ser jitħaddmu l-inizjativvi li tħabbru fil-budget li permezz tagħhom il-kunsilli lokali ser ikunu jistgħu jieħdu inizjattivi fil-qasam ambjentali lokali u inizjattivi oħra li għalihom hemm ivvotati fondi speċifiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament qed jiġu mħejjija ‘policy guidelines’ dwar l-iskemi msemmija.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3878 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bastimenti tal-gwerra fil-faċilitajiet Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 3184 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'dikjarazzjoni għamlu lill-Gvern Malti l-bastimenti tal-gwerra, sottomarini eċċ li daħlu fil-faċilitajiet Maltin matul din is-sena s'issa dwar l-armamenti li jġorru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rikjesti għal viżiti minn bastimenti militari ta’ pajjiżi barranin isiru permezz ta’ Nota Verbali indirizzata lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin fejn tingħata informazzjoni rigward il-viżita. Wara l-konsiderazzjoni neċessarja mill-awtoritajiet Maltin jinħareġ permess diplomatiku b’riferenza għall-kundizzjonijiet li l-bastiment ma jkollux armamenti nukleari u li l-uffiċjali militari ma jinżlux l-art bl-uniformi jew armati.

Valletta — Kumpens ta' art

Question

Jista' l-Ministru jara li s-sidien li tteħditilhom proprjeta' fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjeta' li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — volum ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Solar Water Heater — Claims għar-refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? Il-claims huma kollha ta' din is-sena jew fadal xi wħud tas-sena ta' qabel? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3909 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Households li bbenefikaw minn sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, mill-2005 sal-2008 (30 ta' Ottubru 2008) kemm huma n-numri ta' familji u households li bbenefikaw minn xi forma ta' għajununa (irrespettivament kenitx toħroġx mill-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma jew mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali) biex tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-kont tad-dawl u l-ilma minħabba d-dħul tas-surcharge fl-2005? Jista' jikklassifika l-informazzjoni mitluba f'kategoriji skond in-numri ta' membri li kull familja benefiċjarja kienet komposta minnhom għas-snin 2005-2008? Jista' jikklassifika l-informazzjoni mitluba f'kategoriji skond il-kriterji li familja tkun issodisfat biex ikkwalifikat għall-benefiċċju għas-snin 2005-2008?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3910 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżerija ta' l-għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema postijiet li jagħmlu parti mid-9 u mill-10 distrett għandhom diġa' l-iskema tal-Ispiżerija tal-għażla tiegħek? Rigward dawk il-postijiet fejn is-sistema għadha ma bdietx, jista' jinfurmani d-dati meta din l-iskema se tibda tintuża?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Transfer ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titbagħat fejn kienet qabel, fis-sezzjoni tal-ġardinara ġewwa Villa Psaigon Ħad-Dingli jew fl-uffiċċini tal-ġardinara B'Kara fejn kienet għal xi żmien qabel, jew l-Imsida fejn il-Junior Collegejew fl-uffiċini tas-Samra l-Ħamrun u dan stante li issa ilha ssofri ħafna minn transfers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata illi fil-postijiet imsemmija ma hemmx vakanzi ta’ General Hand biex jagħmel xogħol ta’ tindif. Inżid li l-persuna imsemmija bħalissa qed isservi fl-iskola Primarja Mqabba Kulleġġ San Benedittu bi qbil magħha stess.

Belt u Tas-Sliema — swat fuq persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rappurtati fl-għassa tal-Belt u ta' Tas-Sliema dwar swat fuq persuni individwali minn gruppi ta' żgħażagħ bejn Jannar 2008 u Settembru 2008? Kien hemm xi arrest ta' persuni li kienu nvoluti f'dawn l-inċidenti? Kemm hemm persuni taħt suspett? Kemm hemm każijiet li għadhom mhux solvuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, kien hemm żewġ każijiet ta' swat li twettaq minn gruppi ta' żgħażagħ u li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Belt. B'riżultat ta' dawn ir-rapporti, inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra seba' żgħażagħ. Infurmat ukoll li ma sar l-ebda rapport dwar inċidenti simili fl-għassa ta' tas-Sliema.

Residenzi tal-gvern għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jidħlu f'xi residenza tal-Gvern sa Settmebru 2008? Jista' jagħti l-istatistika home b'home? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw sabiex jintgħażlu l-anzjani biex jidħlu f'dawn il-homes? Kemm ġeneralment idumu jistennew qabel ma jidħlu f'home? Hemm xi pjan li jinbnew iktar homes tal-Gvern għal dawn l-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2101 u jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu għalih bħalissa li l-main employer tagħhom huwa kuntrattur? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz dawn il-ħaddiema u ta' liema skali huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2101.

Residenti — flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm jiġi jiswa' ras għar-ras, resident li qed jgħix ġewwa residenza tal-gvern, pubbliku u San Vincent de Paule Residence?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.