Studenti — National Diploma u Journeyman's Certificate
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2607 u jgħid minn l-istudenti li ġabu l-Btec National Diploma, dejjem matul dawn l-aħħar ħames snin u minn kull institute, kemm kienu l-istudenti kull sena li għamlu t-test tal- ETC biex jakwistaw l- Journeyman’ s certificate u jgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan it-test? Jista' jagħti breakdown ta’ kull sena f’kull institute?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pre-Budget Document, li ħareg f’Lulju li għadda, qed jagħmel referenza għal dan is-suġġett u hemm qed jiġi proprju propost li għandu jsir studju biex jinstabu modi effettivi li jipprovdu servizz bl-ajru li hu ta’ min joqgħod fuqu.
Fil-fatt, irid ikun servizz vijabli u sostenibbli biex ma jkunx servizz li jopera bl-iskossi.
Skema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek — Introdotta f'Malta u f'Għawdex kollha
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx f'pożizzjoni li jagħti assigurazzjoni li l-iskema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek sa tmiem din is-sena tkun iddaħħlet madwar Malta u Għawdex kollha?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l–Onor. Interpellanti jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 2532.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ċentru f'Ta' Qali li kellu jiġbor fih għadd ta' faċilitajiet moderni għall-annimali, bħal after-care clinic u boarding kennel ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-After Care Centre la hu klinika u l-anqas boarding kennel iżda hu faċilità fejn animali jinżammu sakemm ifiequ wara trattamenti jew operazjonijiet mill-veterinarji. Dan iċ-ċentru beda jinbena.
Jista’ l-Ministru jgħid liema ligi tigi applikata biex persuni li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ gender re-alignment ma jkunux jistgħu jiżżewwġu lil persuni tas-sess oppost galadarba l-istat jagħraf uffiċjalment l-istatus ġdid tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li-liġi u regolamenti li japplikaw huma r-regolamenti ta’ l-Att Dwar Iż-Żwieġ (Kap 255 – Liġijiet ta’ Malta) li japplikaw għal kull persuna li trid tapplika għat-tnidijiet taż-żwieġ ġewwa Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżaminaturi li jagħmlu l-eżamijiet lil dawk li jersqu għal-liċenzja tas-sewqan għandhomx ċertifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, minn fejn jew mingħand min ġabu dawn iċ-ċertifikati? Xi grupp ta' liċenzja għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-disa' eżaminaturi li jagħmlu l-eżamijiet lil dawk li jersqu għal liċenzja tas-sewqan għandhom iċ-ċertifikati meħtieġa maħruġa mill-Awtorita’ dwar it-Trasport.
Dawn għandhom dawn il-liċenzji:-
Kategorija A (A, A+, A1) 5 Eżaminaturi
Kategorija B (B, B1, B Awto) 9 Eżaminaturi
Kategorija C 5 Eżaminaturi
Kategorija C+E 2 Eżaminaturi
Kategorija D (D, D1) 3 Eżaminaturi
Kategorija F 3 Eżaminaturi
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2750, 1993 u 1510 u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1993.
X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tal-Artijiet irid jieħu lura l-boat shelters li hemm fit-telgħa ta' San Xmun, Xlendi, Għawdex biex iwaqqagħhom bl-iskuża li jrid jwessa' t-triq? Jaf l-Ministru li dawn il-boat shelters huma antiki u jifformaw parti mill-istorja tal-bajja tax-Xlendi, Għawdex? Jista' l-Ministru jikkonferma li t-twessigħ tat-triq hija biss skuża peress li fir-realtà t-triq ma tistax titwessa' kif inhi imma li dawn il-boat shelters sejrin jitwaqqgħu biex jibbenefika żviluppatur li sejjer jibni hemm u l-istess dipartiment sejjer jagħmillu l-faċċata tiegħu fuq it-triq?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-medja ta' ġimgħa xogħol f'sigħat li Pulizija jaħdem f'diversi branki u distretti differenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, peress li hemm diversi sezzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija u allura n-natura tax-xogħol rikjest ikun jinvolvi xiftijiet differenti, il-medja ta' ġimgħa xogħol tal-pulizija hija ta' 48 siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija fl-1993, minkejja l-ftehim kollettiv fejn ġew imwegħda li kif jaqbżu l-46 siegħa fil-ġimgħa jibdew jitħallsu overtime, sal-lum għadhom m'humiex jitħallsu kif jaqbżu l-46 siegħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija, li jaqbżu n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, li huma dovuti jaħdmu skont ix-xift tat-Taqsima fejn huma stazzjonati, jitħallsu overtime.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom l-istess paga u l-istess rank, ma jaħdmux l-istess sigħat fil-ġimgħa, imma jitħallsu l-istess mingħajr ma jingħata kont tas-sigħat żejda li dawn ikunu ħadmu? Qed nibgħat separatament xi dettalji dwar dan.
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqbżu n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, li huma dovuti jaħdmu skont ix-xift tat-Taqsima fejn huma stazzjonati, jitħallsu overtime.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-fizzjali tal-Pulizija li kienu mwegħda żieda fl-allowance tagħhom, għadhom ma ħaduhiex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li qed isir ix-xogħol meħtieġ sabiex iż-żieda fl-allowance, li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, tkun riflessa fis-salarji rispettivi tal-fizzjali konċernati qabel l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies/ kumpanniji f'Malta li għandhom liċenzja li jagħmlu l-VRT? Kemm jirriżulta minn dawn il-persuni kollha/ kumpanniji indikati li qatt ġew ikkundannati dwar xi ħaġa mill-qrati in konnessjoni max-xogħol tagħhom?
Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn in-nies/kumpanniji kellhom il-liċenzja tagħhom imħassra jew sospiżi u jindika d-dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm joperaw 37 stazzjon tal-VRT u sat-22 ta' Ottubru, 2 stazzjonijiet tal-VRT ġew ikkundannati mill-Qorti b'konnessjoni max-xogħol tagħhom. Infurmat ukoll li 3 stazzjonijiet tal-VRT kellhom il-liċenzja tagħhom imħassra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid x'qed jifhem bil-frażi " u jindika dettalji".
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Enemalta titrasferixxi l-linji tat-33KV għal taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol bediex u s'issa kemm sar progress? Jista' jagħti terminu sa meta dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta, fejn hu possibli, f'każijiet ta' linji ġodda u linji overhead li jridu jiġu mibdula, dawn tgħaddihom minn taħt l-art.
Awtorità tal-Ippjannar u l-Iżvilupp — Marsalforn - Triq Santa Marija - konstruzzjonijiet
Question
Wara żjara/laqgħa tiegħek f'Marsalforn fis-sajf li għadda, fejn inti ġejt mogħti karti dwar konstruzzjonijiet li qegħdin isiru wara l-bini ta' triq Santa Marija f'Marsalforn u wara li aktar tard fit-3 ta' Settembru 2008, intbagħtitlek ittra ffirmata minn bosta residenti ta' l-istess triq b'referenza għall-imsemmija konstruzzjonijiet u peress li f'din l-ittra saru lmenti dwar il-passi li ma ttieħdux mill-awtoritajiet konċernati sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-imsemmija residenti min-nuqqas ta' konformità mal-Liġi fl-istess konstruzzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk issa dawn l-istess passi ttieħdux, speċjalment mill-MEPA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit huwa kopert bil-permess PA 6845/04. Sal-lum l-iżvilupp huwa miexi mal-pjanti approvati u l-kundizzjonijiet tal-permess, ħlief għal tibdil żgħir intern f'wieħed mill-garaxxijiet. Fir-rigward tal-kundizzjoni numru (5) tal-imsemmi permess, din ġiet sorpassata bl-Avviż Legali 295 tal-2007 u għalhekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni għandu jimxi ma' dawn ir-regolamenti.
Rigward dawn ir-regolamenti, saru diversi spezzjonijiet fuq il-post u kien fit-22 ta' Settembru 2008 fejn is-
site manager
ġie mgħarraf li kien hemm ksur tal-Avviż Legali 295 tal-2007. Dan minħabba li fuq is-sit ma kienx hemm makkinarju jew l-għodda mgħammra b'sistema ta' estrazzjoni u rkupru ta' trab; nuqqas li jitqattgħu
bricks
ġewwa struttura temporanja mibnija minn materjal impermeabbli fis-sit tal-kostruzzjoni; kif ukoll nuqqas ta' faċilitajiet u miżuri adegwati sabiex s-sit u l-madwar jinżammu nodfa f'kull ħin matul ix-xogħol. Għalhekk ittieħdu l-passi neċessarji u
s-site manager
ġie mħarrek permezz ta' ċitazzjoni.