Legislature:
Category:
Reset
Active:

Exercise tax fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern minn excise tax fuq fuel sena b’sena mis-sena 2002 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: € Lm 2002 Jannar Diċembru 58,531,963.66 25,127,772 2003 Jannar Diċembru 55,866,634.06 23,983,546 2004 Jannar Diċembru 56,300,987.65 24,170,014 2005 Jannar Diċembru 62,292,923.36 26,742,352 2006 Jannar Diċembru 66,154,262.75 28,400,025 2007 Jannar Diċembru 96,455,597.48 41,408,388 2008 Jannar Settembru 62,474,965.00 26,820,503
Leg 11 PQ #3505 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Nazzjonali għall-enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3126, 2152 u1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Politika Nazzjonali għall-Enerġija kien attwali fiċ-ċirkostanzi ta’ l-2005/6. Il-bidliet fis-settur ta’ l-enerġija minn dak iż-żmien – tħassib dwar is-sigurta tal-provista taż-żejt, spinta fl-iżvilupp ta’ l-enerġija rinnovabbli, il-proposti mill-Kummissjoni Ewropeja għall-”Energy Package” ġdid u oħrajn – għamluha essenzjali li d-dokument ta’ din il-politika jerġa’ jinkiteb formalment mill-ġdid.

Formula tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-formola tal-VAT tintbgħat ukoll bl-envelop bil-bolla mħallsa bħal ma' jsir fil-każ tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-VAT nieda l-faċilita’ li l-formola tal-VAT tintbagħat on-line skond il-policy tal-gvern biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ servizzi elettroniċi. Għaldaqstant, miżura bħalma qed jissuġerixxi l-Onorevoli Interpellant tinkoraġġixxi aktar l-użu ta’ mezzi konvenzjonali minflok ma tħajjar lill-Persuna Reġistrata tuża s-servizz elettroniku offrut.

Skema għal dawk li qed jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kif se tinħadem l-iskema ta' dawk li qed jirreġistraw? Dawn se jintbagħtu jaħdmu mal-gvern, mal-kunsilli lokali, jew mal-privat? L-iskema tgħodd għal kulħadd u għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

EU Own Resources

Question

B'referenza għal line item ta' ħruġ 5410 f'Vote 29 tal-Financial Estimates 2009, EU Own Resources, jista' l-Ministru juri fiex jikkonsisti dan il-ħruġ (expenditure head b'expenditure head)? Kif jiġi kkalkolat? Kif jiġi mħallas lil Brussel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Own Resources jikkonsistu kif ġejjin: 1) Traditional Own Resources (TOR) jinkludu dazji applikabbli fuq dwana, agrikoltura u zokkor. Id-dazji li jinġabru mid-Dwana jridu jitħallsu lill-Unjoni Ewropeja kull xahar. Mill-ammont miġbur, id-Dwana tnaqqas 25% bħala kumpens għall-ispejjeż tagħha stess. 2) L- Own Resources dovuti lill-Unjoni Ewropea mill-VAT, mill-GNI, mill-UK Rebate u minn riservi oħra jiġu kkalkolati fuq previżjonijiet maqbula bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Dawn il-previżjonijiet jiġu rriveduti diversi drabi matul is-sena u eventwalment jiġu addottati mill-Parlament Ewropew. L-ammonti dovuti jiġu ttrasferriti lill-Unjoni Ewropea fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar. Finalment, meta l-ammont annwali tal-VAT miġbur u tal-GNI għal sena partikolari jiġu kkalkolati u ffinalizzati, l-Unjoni Ewropeja tirrevedi l-previżjonijiet magħmula u tikkomunika lill-Istat Membru: § l-ammont dovut lill-EU, f’każ li l-ammont attwali ta’ VAT u GNI jeċċedu l-previżjoni tas-sena kkonċernata; inkella § l-ammont li se jiġi rrimbursat lill-Istat Membru, f’każ li l-previżjoni teċċedi l-figuri attwali.
Leg 11 PQ #3794 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jaħdmu bħala self-employed fl-aħħar tal-2007? Kemm kien in-numru ta' persuni li kienu self-employed fl-aħħar ta' Settembru 2008? F'liema kategoriji ta' ħaddiema huma maqsuma dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2007 kien hemm 16,806 persuni li skond l-ETC kienu reġistrati bħala self-employed, filwaqt li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 kien hemm 17,007. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema settur dawn il-ħaddiema kienu qed jaħdmu. Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant, li l-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta’ Ġunju 2008.

Victoria Lines — Irranġar tat-triq

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu passi neċessarji biex it-triq li tgħaddi matul il-Victoria Lines bejn Tarġa Gap u Triq Xifer il-Kief, fil-fatt tiġi rranġata l-ewwelnett għaliex qed issir ħsara lill-Victoria Lines, u t-tieni għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vapur t'Għawdex — Sistema ta' kif jitpoġġew il-karozzi

Question

Billi b'mod ripetut dawk li jkunu fl-ewwel parti tal-queue, jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur t'Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr Għawdex, jispiċċaw biex jinżlu ħafna wara dawk li jkunu qegħdin wara u dan għaliex it-tgħabija tal-karozzi tpoġġi lil tal-ewwel fil-ġenb tal-vapur, jista' jiġi assigurat li s-sistema ta' kif jitgħabbew il-vetturi tinbidel?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kottonera — Squatters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2909 u jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkuppata minn squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2909.
Leg 11 PQ #3799 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Pjazza Santa Margerita - Multu Storey Car Park

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2887 u 2434 u jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita, Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Ippjanar ipproċessa l-applikazzjoni PA 3366/08 li kienet sottomessa fl-4 ta’ Lulju 2008, b'talba sabiex ikun imġedded il-permess 'Outline' (PA 2243/03). L-applikazzjoni tinsab fil-proċess li tiġi deċiża mill-Bord tal-MEPA.

Dwal fit-toroq

Question

Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm rapporti li d-dawl f'xi toroq fil-fatt ser jintefa matul il-lejl, jista' l-Ministru jiġi assigurat li jekk ser jittieħed dan il-pass, fil-fatt fit-toroq, ir-residenti jkollhom xi forma ta' dawl ieħor biex jiġu evitati traġedji? Jista' jiġi assigurat li fil-fatt id-dawl ma jintefiex qabel jittieħdu l-passi biex dawn l-istess toroq ikunu bla periklu żejjed matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3817 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Protokolli bejn Malta u Italja — bini tat-toroq

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3740, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il wieħed mill-protokolli bejn Malta u l-Italja kien hemm fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' flus li fil-fatt kien iddedikat għall-bini tat-toroq mill-valur ta' €75 miljun tal-Ħames Protokoll? Meta ħarġu tenders biex it-toroq li nbnew mill-fondi tal-protokoll Taljan fil-fatt setgħu jinbnew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Infrastuttura,Trasport u Komunikazzjoni — Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħolijiet li tqabbdet id-Ditta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant jinsabu mniżżla fil-lista li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda każ ma kien hemm il-bżonn li ssir tender pubblika.

Bini tas-Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi ntegrat il-bini ta' Sea Malta fil-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir meta xi ġimgħat ilu inħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' l-istess bini? Kemm ġew sottomessi offerti għal dan il-bini?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imsemmi bini, jiġifieri,dak li kien magħruf bħala tas- “SeaMalta” sejjer jiġi integrat fil-proġett ta` riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, fil-parti li testendi mill-Menqa sa Depost ta` Dwana (Government Bonded Stores Marsa ). Fir-rigward ta` sejħa għall-offerti nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Reġistrazzjoni ta' mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet li jridu jsiru għall-finijiet tar-reġistrazzjoni f'Malta tal-mutur li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess tar-reġistrazzjoni ta’ muturi mill-Ewropa huwa: Fi żmien ġimgħa li jasal il-mutur f’Malta s-sid tal-mutur irid jigi jinforma d-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar fl-ADT. Il-ħlasijiet li jridu jittħalsu f’dan il-każ huma: 1) Administration Fee ta’ €34,90. 2) Taxxa ta’ reġistrazzjoni b’rata ta’ taxxi ta’ 42% jew taxxa minima ta’ €1,467 minbarra l-VAT ta’ 18% skond liema hi l-għola. 3) Ħlas ta’ pjanċa u liċenzja ta’ triq (€29.05) 4) Liċenzja tat-triq ta’ €46.55 fis-sena. Il-ligi tistipula li fi zmien ġimgħa l-persuna trid tinforma lill-ADT bi dħul ta’ vettura li ġejja mill-Ewropa u fi żmien xahar il-vettura trid tiġi registrata.

Awtorità Dwar it-Trasport — Kampanja dwar sigurtà fit-toroq

Question

Billi l-Unjoni Ewropea għandha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha dak li tnaqqas in-numru ta' mwiet fit-toroq bin-nofs sa l-2010, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm l-Awtorità dwar it-Trasport nefqet f'kampanji dwar is-sigurtà fit-toroq kull sena, mill-2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għamlet diversi kampanji fir-rigward ta’ Safety fit-toroq. L-ispejjez fuq dan ir –rigward kienu kif ġej: Sena Spiza (Mill-1 t’Ottubru sa l-aħħar ta’ Settembru) € 2005/06 97,072 2006/07 91,316 2007/08 35,226

Gozo Channel — Public Service Obligation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta skond il-ftehim li hemm bejn il-Gozo Channelu l-Gvern ta' Malta kellu jispiċċa t-terminu tal-monopolju ta' l-istess servizz mogħti lill-Gozo Channel? Billi kien hemm talba min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex dan il-perijodu jitnaqqas, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi tibdil dwar dan iż-żmien, kif miktub fil-Public Service Obligation Agreement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku bejn il-Gvern u l-Gozo Channel kellu jispiċċa f’April 2010. Il-Kummissjoni Ewropeja kienet bdiet proċeduri kontra Malta dwar diversi aspetti ta’ dan il- Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku. F’dan ir-rigward bdew preparamenti biex tinħareġ sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex li hi mmirata li ssir sa kmieni fl-2009. Fil-fatt jien infurmat illi l-avviż relattiv diġa ġie publikat fil-gażżetta uffiċjali tal-UE.

Vetturi Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi bil-Q, Z, K u Y li ġew reġistrati kull xahar bejn Marzu 2007 u Awwissu 2008? Kemm ġew reġistrati muturi fl-istess perijodu ta' żmien? Kemm hu llum in-numru ta' vetturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-kuntrattur li ħadem għal Enemalta fuq il-bankina ta' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, jirranġa sew din l-istess bankina li ħalliha mhix kompluta b'ħafna biċċiet imtajra, bejn l-uffiċju tal-Kunsill Lokali u l-bank HSBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tiċċekja l-imsemmi ilment.