Jista' l-Ministru jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira.
Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin.
Nifhem li lill-ADT ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2907 u jgħid kemm hemm każi li ilhom pendenti aktar minn sentejn dwar traffikar ta' droga? Jista' jaqsamhom skond il-perijodu li ilhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2907, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm hemm każi li ilhom pendenti aktar minn sentejn dwar traffikar ta' droga.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2883 u jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir bus shelter li ilu mwiegħed kif ukoll approvat mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp fi Triq S.M Genuis fil-Birgu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2879 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'jista' jiġri f'każ fejn persuna, sid ta' karozza tmut u l-eredi tiegħu jiġu ffaċjati b'ammont kbir ta' multi fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku? Jekk l-ammont ikun irid jitħallas kollu, jista isir ftehim li dan l-ammont jitħallas f'pagamenti kull xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk il-persuna taċċetta wirt, din tkun qed taċċetta wkoll mhux biss il-benefiċċji imma ukoll id-debiti fuq l-istess wirt. Fil-każ ta’ wirt ta’ karozza għalhekk hu rakkomandat li l-werriet jivverifika dwar multi pendenti fuq il-karozza qabel jaċċetta l-wirt.
Jekk il-persuna taċċetta, sabiex isir it-trasferiment ta’ l-
ownership
iridu l-ewwel jitħallsu ċ-ċitazzjonijiet kollha li jkun hemm pendenti. Sabiex il-flus dovuti jitħallsu kull xahar jew f’intervalli oħra, ikun irid isiru arranġamenti mal-Kumitat Konġunt rispettiv, u tali konċessjoni hi fid-diskrezzjoni ta’ l-imsemmi Kumitat Konġunt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid, sena b'sena kemm ingħata fondi l-kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, sa mit-twaqqif tiegħu? X'kienu l-proġetti kollha li saru tul dan iż-żmien? Xi proġetti hemm programmati għax-xhur li ġejjin?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 2693 u jgħid jekk hux permess li xarabanks u trakkijiet kbar jiġu pparkjati bil-lejl f'toroq residenzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li xarabanks u trakkijiet kbar jistgħu jiġu pparkjati bil-lejl ħlief jekk titħalla f’ xi triq kontra xi regolamenti dwar ipparkjar jew f’ dik il-qagħda jew f’ dik iċ-ċirkostanza b’ mod li aktarx tista’ tkun ta’ periklu jew ta’ xkiel lil nies oħra li jużaw it-triq’.
Ministeru għar-riżorsi u affarijiet barranin — Chairpersons u diretturi maħtura
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2698 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Jaf l-Prim Ministru li skont in-North West Plan li kien ġie approvat mill-Parlament, ma jistgħux jinħarġu permessi ta' bars jew pubs, fost affarijiet oħra, fl-Imdina jekk dawn ma jkunux sekondarji u formanti parti minn xi attrazzjoni? (Hawn qed nitkellmu fuq permessi Class 4 and 6). Jista' jispjega kif nonostante l-pjan approvat u l-projbizzjoni msemmija nħarġu permessi mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp għal ta' l-inqas żewġ stabbilimenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix ordni tar-rekwiżizzjoni fuq il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kenitx inħarġet ordni ta' derekwiżizzjoni fuq l-imsemmi fond? Jekk teżisti rekwiżizzjoni, jista' jgħid lil min ġie allokat dan il-fond u b'liema kundizzjonijiet ingħata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond imsemmi għadu rekwiżizzjonat. Dan l-istess fond kien ingħata titolu ta’ ċens, liema ċens kien ġie trasferit fuq l-inkwilin preżenti.
Jista' l-Ministru jippreżenta ċifra xahar b'xahar matul l-2005, 2006, 2007 u sa Ottubru 2008 tal-ammont ta' persuni li qed jirreġistraw għall-impjieg li għandhom l-età bejn is-16 u t-30 sena? Jista' jgħid ukoll kemm hu bħala persentaġġ dan l-ammont komparat mal-ammont globali ta' nies li qed jirreġistraw għall-impjieg, xahar b'xahar għas-snin imsemmija?
Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont ta' persuni tal-età bejn is-16 u t-30 sena li għandhom impjieg part-time bħala l-uniku impjieg tagħhom xahar b'xahar għas-snin 2005, 2006, 2007 u sa Ottubru 2008?
Social workers, psychology graduate u psikologi — riżenja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il social worker, psychology graduate u psikologi irriżenjaw mill-fondazzjoni għas-servizzi għall-ħarsien soċjali (jiġifieri Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa u Aġenzija Sapport) mis-senna 2000 sal-lum?
Jista' l-Ministru jippreżenta ċifra xahar b'xahar bejn is-snin 2007 u 2008 sa Ottubru li għadda tal-ammont ta' żgħażagħ li tressqu l-Qorti akkuzati li kkonsmaw jew xtraw xorb alkoħoliku taħt l-età rikjesta mil-liġi? Kemm ġew imressqa sidien ta' stabbilimenti għall-istess perijodu akkużati li taw xorb alkoħoliku lil żgħażagħ taħt l-età rikjesta mil-liġi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, minn meta daħlu fis-seħħ il-provvedimenti ta’ l-Att Nru III ta’ l-2007 dwar il-minuri u l-alkoħol fl-1 ta’ Lulju 2007, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Numru ta’ żgħażagħ li nstabu fil-pussess / konsum ta’ alkoħol
ġewwa
ħwienet
Numru ta’ żgħażagħ li nstabu fil-pussess / konsum ta’ alkoħol
barra
minn ħwienet
Sidien ta’ ħwienet li servew alkoħol lill-minuri
2007
Lulju
1
Xejn
1
Diċembru
2
Xejn
1
2008
Jannar
Xejn
1
Xejn
Frar
Xejn
3
Xejn
Marzu
2
Xejn
1
April
2
Xejn
1
Mejju
Xejn
2
Xejn
Lulju
1
Xejn
1
Ottubru
3
Xejn
1
Infurmat ukoll illi filwaqt li s-sidien tal-ħwienet tressqu l-Qorti, iż-żgħażagħ involuti ġew imwissija skond kif jipprovdi l-istess Att.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Direttiva Ministerjali numru 004/08 li tirrigwarda l-bejgħ tad-dirett dominium temporanium ta’ proprjetà tal-Gvern, kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Din id-Direttiva Ministerjali hija animata mill-politika tal-Gvern li jkun hemm użu nazzjonali dejjem aħjar tal-propjeta’ tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-appuntamenti għall-kuntratti previsti biex jinbiegħ id-dirett dominium temporanium ta' proprjetà residenzjali tal-gvern amministrat mill-Uffiċju Konġunt m'humiex qegħdin jingħataw anzi qegħdin jitħassru?
Jista' jgħid kemm hemm nies illi ġew mgħarrfa bil-valur ossia prezz ta' kemm iridu jħallsu biex jixtru d-dirett dominium temporanium ta' dar ta' residenza tagħhom proprjetà tal-Gvern u qegħdin jistennew biex jissejħu għall-kuntratt finali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-raġuni għaliex mhumiex qegħdin isiru kuntratti tal-bejgħ tad-diretti dominia ta’ proprjetajiet residenzjali, hija għax hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fl-Iskema preżenti.
Il-persuni li diġa ġew infurmati bil-prezz tal-bejgħ, u li eventwalment irid isir il-kuntratt relattiv tagħhom huma 1804.
Peress li l-kmamar mibnija mingħajr titolu u mingħajr permess ta' qabel 1992 kif stqarr is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet huma protetti mil-liġi, jista' l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-kmamar li hemm mibnija taħt ċirkustanzi simili fil-Belt Valletta u postijiet oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onor Interpellant huwa ġentilment mistieden jindika jew jikkwota aħjar il-kliem li stqarr, u fejn, l-Onor Segretarju Parlamentari, sabiex tkun tista tiġi mwieġba l-mistoqsija tiegħu.
Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprejtà privata esproprijati
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?
Lemis — sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet
Question
B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Awtorità Maltija għar-Riżorsi — numru ta' boreholes
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' boreholes li ġew irreġistrati mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi sal-ġurnata meta kellha tagħlaq ir-reġistrazzjoni? F'liema lokalitajiet lokal b'lokal, fil-fatt ġew reġistrati boreholes?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta biex il-bozoz maqtugħin li hemm f'diversi toroq arterjali, b'mod partikolari fit-triq minn Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar, fil-fatt jiġu rranġati għaliex dawn qed jikkawżaw problemi għal min jgħaddi min dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.