Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija, sew bħala ammont globali, kif ukoll bħala ammonti f'kull grad? Fejn jeżistu tali vakanzi? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Rank
Vacancies
Assistant Kummissarji
3
Supretendenti
4
Spetturi
6
Surġenti
37
Kuntistabbli
99
Infurmat ukoll illi il-vakanzi ta’ Assistenti Kummissarji u Supretendenti ser jimtlew fil-futur qarib
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — Upgrading tal-bitħa
Question
Wara li sar upgrading tal-bitħa interna fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal dehra aħjar, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, jew le, li jerġgħu jsiru l-bankijiet li fuqhom kienu jistrieħu l-pulizija meta jkunu waqt xi rinforz ta' tul ta' ħin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, filwaqt li x-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant għadu mhux komplut, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija hemm diversi swali li jintużaw mill-membri tal-Korp waqt li jkunu rinforz, bħal per eżempju s-swali tal-canteen, il-games room u diversi swali oħra, li apparti li għandhom faċilitajiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda, huma wkoll mgħammra b'apparat tat-television u DVD.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — domestic kennels
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi il-policy tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp dwar domestic kennels għal klieb fuq bjut? Dawn iridu xi permess speċjali? Jekk iva, x'tip ta' kennels huma permessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tirregola żvilupp fuq il-bjut skond il-policies hekk kif elenkati fid-dokument "Policy and Design Guidance 2007" - li fosthom hemm użu ta' washrooms, kmamar għall-abitazzjoni u strutturi oħra skond il-qisien rispettivi.
Ma teżistix
policy
speċifika fuq
'domestic kennel'
għalkemm mhux eskluż li jista’ jsir użu ta’ dawn il-kmamar biex jinżammu annimali domestiċi fuq il-bjut basta jkunu konformi mar-regolamenti tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 2138 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet mogħtija lilu u jgħid kemm huwa kkalkulat li jħalli flus Malta turist li jiġi b'low cost airline u kemm huwa kkalkulat li jħalli flus lill-ekonomija tagħna turist li ma jiġix b'dawn l-ajruplani? Jista' jgħid kemm huwa ppjanat li jiġu turisti matul is-sena 2008? Kemm minn dawn huma studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u visitaturi li jieqfu Malta permezz ta' cruise liners?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-nefqa ta’ turisti low cost hija kkalkulata li hija € 719.53. L-istess valuri għal turist medju li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta hija ta’ € 868.86. Ir-raġunijiet prinċipali għal nefqa anqas huma attribwiti għal:
1) il-fatt li jħallsu inqas sabiex itiru; u
2) li għandhom
length of stay
iqsar.
Matul l-2008 huwa mistenni li Malta tattira madwar 1,300,000 turist. Minn dawn madwar 83,000 se jkunu studenti li ġew jistudjaw l-Ingliż. Iċ-ċifra ta’ passiġġieri li jiġu fuq
cruise liners
ma tingħaddx man-numru ta’ turisti iżda tinżamm statistika separata għaliha. Matul din is-sena in-numru ta’ passiġġieri li jżuru Malta fuq
cruise liners
mistennija teċċedi l-515,000. Ta’ min jgħid li dawn m’humiex inklużi fiċ-ċifra ta’ 1,300,000 turist imsemmija aktar ’il fuq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2137 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet mogħtija lilu u jgħid x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Maltija t-turisti li ġew Malta bl-ajruplani low cost? Kemm hu kkalkulat li se jkunu ġew turisti f'Malta permezz ta' dan it-tip ta' trasport matul is-sena 2008? Jista' jgħid jekk dan it-tip ta' trasport kienx mezz biex jiżdiedu t-turisti lejn Malta u jekk naqsux it-turisti li jużaw l-ajruplani mhux low cost meta kkomperati ma' l-2007, 2006 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jivvjaġġaw lejn Malta permezz ta’ linji tal-ajru low cost wera żieda qawwija matul dawn l-aħħar snin u llum huwa rikonoxxut li kkontribwixxa ħafna sabiex il-volum ta’ turisti li qegħdin iżuru Malta żdied għall-ammonti li huma. Filwaqt li sas-sena 2006, ftit li xejn kienu dawk il-linji tal-ajru low cost li kienu joperaw lejn Malta, matul l-2007 huwa stmat li madwar 9.3% tal-passiġġieri kollha li taru lejn Malta utilizzaw lil dawn il-linji tal-ajru. Dan il-persentaġġ kompla jiżdied u jitkattar matul din is-sena, biex bejn Jannar u Ġunju, huwa stmat li madwar 20.2% użaw dawn is-servizzi ta’ trasport.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2167 u 1630 u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mistoqsija Parlamentari Numru 2167 ġiet imwieġba fis-Seduta tat-3 ta’ Novembru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula il-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2627 u jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenzjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista' jgħid jekk din l-manutenzjoni hijiex issir minn ħaddiema impjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?
Awtorità dwar it-Trasport — Sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sistema tuża' l-Awtorità dwar it-Trasport fis-sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, biex din l-istess sezzjoni tqassam lill-iskejjel tas-sewqan, testijiet għall-istudenti li permezz tagħhom jakkwistaw il-liċenzja neċessarja? Hemm xi ħsieb li din is-sistema tinbidel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tat-tqassim lill-iskejjel tas-sewqan, testijiet għall-istudenti li permezz tagħhom jakkwistaw il-liċenzja hija;
· Ta’ kuljum tinħareġ lista b’persentaġġ kompjuteriżżat (a bażi ta' applikazzjonijiet għal kull Skola), tlett ġimgħat bil-quddiem
· Il-Lista tkopri u tqassam testijiet lill-iskejjel kollha f’perjodu ta’ ġimgħa sħiħa
· L-allokazzjonijiet maħruga mis-sistema titqassam fuq formola interna tal-ġurnata
· L-Iskejjel jiġu nfurmati b’ittra ta’ kemm għandhom allokazzjonijiet għad-data ta’ tlett ġimgħat wara
· Ħmistax qabel id-data l-Iskejjel jippreżentaw lill-Awtorita’ bl-ID Card Nos tal-kandidati li huma ser itellgħu għat-Test
· Jekk jibqa' xi allokazzjonijiet, dawn jinfetħu l-għada filgħodu lill-Iskejjel kollha (massimu ta’ tnejn għal kull skola).
Diġa bdew discussjonijiet biex is-sistema tiġi riveduta. Kull proċess u proċedura ġewwa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Ttestjar qiegħed jiġi evalwat sabiex uħud jiġu reveduti biex tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza permezz ta' introduzzjoni ta' iktar sistemi ta' l-ICT.
MCAST ICT — Private training providers - Kumitat tal-kuntratti
Question
Fil-każ tal-kuntratt għall-private training providers għall-korsijiet ICT mill-MCAST li d-dettajli dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid din is-sena, min ta' l-ordni mill-Kumitat tal-Kuntratti biex jinbidlu l-marki oriġinali tal-Kumitat tal-Għażla u jiżdiedu sostanzjalment għal erba' bidders li fl-ewwel rapport tal-Kumitat tal-Għażla ġabu inqas min 70 punt rikjesti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-każ in kwistjoni qiegħda ssir investigazzjoni mill-Pulizija waqt li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar Kuntratti Pubbliċi. Għaldaqstant m’huwiex prudenti li tingħata informazzjoni fuq dan il-każ f’dan l-istadju.
MCAST ICT — Private Training Providers - Għażla ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet il-Kumitat tal-Kuntratti qabel li jinbidlu sostanzjalment l-ewwel marki li ngħataw mill-Kumitat tal-Għażla fil-każ tat-tender għall-private training providers għall-korsijiet ICT tal-MCAST, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li permezz ta' dawn il-bidliet, 4 kumpanniji li ma kenux intagħżlu fl-ewwel fażi ġew magħżula wara li l-marki inbidlu sostanzjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-każ in kwistjoni qiegħda ssir investigazzjoni mill-Pulizija waqt li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar Kuntratti Pubbliċi. Għaldaqstant m’huwiex prudenti li tingħata informazzjoni fuq dan il-każ f’dan l-istadju.
Wara li ġew mlaqqa' n-nies tat-Technical Services Branch nhar is-16 ta' Ottubru 2008, biex jagħtu kummenti tagħhom dwar dak li qiegħed idejjaqhom jew ifixxkilhom fil-qagħdi ta' dmirijiethom, tista' l-Ministru tgħid jekk din il-laqgħa kenitx parti mill-ippjanar tar-reorganisation? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid meta l-pjan għar-reorganisation ser jiġi konkluż u ppreżentat fil-Parlament? Tista' tgħid ukoll kemm s'issa saru konsultazzjonijiet mal-Unions tal-ħaddiema? Jekk fin-negattiv, tista' mela tgħid x'kienet ir-raġuni ta' din il-laqgħa? Min ta struzzjonijiet biex tiġi mgħajta, u x'ser isir bil-feedback li ngħata mill-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru kkomissjona rapport dwar l-operat tat-Technical Services Branch. Il-ħaddiema attendew għal laqgħa biex huma wkoll jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan l-eżerċizzju. Ir-rapport ser ikollu numru ta’ rakkommandazzjonijiet li jridu jiġu evalwati u meta jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet isiru l-konsultazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ bidliet li jkunu ser isiru.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kwalifiki speċjalizzati fil-qasam tal-kindergarten assistants rikonoxxuti mid-Direttorati tal-Edukazzjoni għall-pożizzjoni ta' Kindergarten Assisstant? X'livell ta' rikonoxximent għandha kull kwalifika fil-qasam ta' Kindergarten Assisstant? Kemm saru s'issa korsijiet f'dan ir-rigward minn kull entità? Għaliex mhux kull kwalifika ingħatat l-istess weighting ta' rikonoxximent? Xi tfisser minn livell ta' rikonoxximent għal ieħor f'termini ta' salarju? Fl-aħħarnett, tista' tgħid il-kors organizzat speċifikament mid-Direttorati tal-Edukazzjoni għaliex ma ngħatax wieghting daqs dawk organizzati minn entitajiet oħra, meta huwa l-aktar wieħed intensiv u relevanti għall-ħtiġijiet tad-Direttorati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li għall-pożizzjoni ta’ Kindergarten Assistant I il-kwalifika meħtieġa biex persuna tkun ingaġġata f’dan il-grad hija il-Pre-School Education Certificate jew kwalifika xierqa komparabbli. Għall-pożizzjoni ta’ Kindergarten Assistant II il-kwalifika rikjesta hija l-MCAST-BTEC National Diploma in Early Years li għandha tinkludi l-Extended Training Programme organizzat mid-Direttorat għall-Kwalita u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE), jew kwalifika xierqa rikonoxxuta komparabbli oħra. Dan jirriżulta mill-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT li kien iffirmat f’Lulju 2007.
Il-korsijiet f’dan ir-rigward s’issa saru hekk:
MCAST-BTEC 4 korsijiet (2003-2005, 2004-2006, 2005-2007, 2006-2008)u kors ieħor (2007-2009)li għadu għaddej.
Pre-School Education Certificate
10 korsijiet bejn 1993 u 2004.
Kull kwalifika tiġi assessjata bl-istess kriterji u dan jgħodd ukoll għall-kwalifiki kollha li għandhom x’jaqsmu ma’
Child Care Education
. Ir-rikonoxximent jingħata skond il-kriterji stabbiliti mill-istituzzjoni fejn il-kwalifika tkun akkreditata. Il-kors li jingħata mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni inżamm bħala
bench-mark
għall-kwalifiki l-oħra kollha fis-settur.
Kindergarten Assistant I
(
Pre-School Education Certificate)
jibda fuq l-iskala ta’ salarju 15 u wara ħames snin jitla’ għall-iskala ta’ salarju 14 u wara ħames snin oħra għall-iskala ta’ salarju 13.
Kindergarten Assistant II
(MCAST-BTEC National Diploma in Early Years + Extended Training Programme (tad-DKSE)
jibda fuq l-iskala ta’ salarju 12 u wara ħames snin jipprogredixxi għall-iskala ta’ salarju 10. Dan kollu jirriżulta mill-ftehim li kien iffirmat bejn il-Gvern u l-MUT f’Lulju 2007.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-paragrafu erba’ hawn fuq.
Tista' l-Ministru tgħid il-valur tax-xogħol mwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati tal-Edukazzjoni, f'termini finanzjari kummerċjali minn Jannar 2004 sa Settembru 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-valur totali tax-xogħol mwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, f’termini finanzjari minn Jannar 2004 sa’ Settembru 2008 kien jammonta għal €1,744,147.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-livell ta' absenteeism fost l-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji matul l-aħħar sena, skola b'skola? Tista' tgħid x'passi ttieħdu biex jitnaqqas dan l-absenteeism?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-tabella annessa tipprezenta il-persentaġġ ta’ assenteizmu (mhux awtorizzat) f’kull skola (primarja u sekondarja) għal kull gurnata ta’ skola f’kull xahar waqt is-sena skolastika 2007-2008.
L-iSchool Social Work Service għandu, bħala parti mix-xogħol prinċipali tiegħu, li jintervjeni f’kazijiet ta’ assenteizmu. Is-Social Workers jassessjaw il-kazijiet u jagħmlu zjarat fid-djar kif ukoll zjarat fl-iskejjel, biex jaraw x’ikun qiegħed itellef lill-istudent milli jattendi l-iskola. Wara jsiru l-interventi li jkun hemm bzonn għal kull kaz. Barra minn hekk, meta jkun possibli, isiru proġetti li jiffokaw fuq gruppi ta’ studenti speċifiċi, per ezempju, is-sena l-oħra kien hemm il-proġett ‘Absenteeism in Primary Schools – Summer Project’ u l-proġett ‘Project Chance 2007 – 2008’ li kien indirizzat għal drop-outs minn Form V. Meta l-ġenituri ma jikkoperawx, ma jkunx hemm soluzzjoni oħra ħlief li jittellgħu l-qorti.
Ix-xogħol imsemmi hawn l’fuq jaqa’ taħt id-Direttorat għas-Servizzi tal-iStudent flimkien ma’ professjonisti oħra bħal kapijiet tal-iskejjel, guidance teachers, counsellors, psikoloġi, eċċ.
Rendikont tal-livell ta’ assemteizmu fost l-istudenti tal-iskejjel primarji u skejjel sekondarji matul l-aħħar sena, skola b’skola qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3124, 2187 u 1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Direct Actions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3123, 2188 u 1873 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp, x'qed iżomm lill-Awtoritá milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ħadet azzjoni diretta fit-22 ta' Ottubru 2008 billi issiġillat il-Bieb tal-basement imsemmi u għaldaqstant il-post ma jistax jiġi użat għal iskopijiet li kien qed jintuża.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 3121 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma b'mod kategoriku jekk in-numru ta' plastic bags fil-waste stream ta' pajjiżna kibirx jew naqasx mis-sena 2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhux possibli li tingħata. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor informazzjoni li tkopri plastic waste totali u mhux ta’ plastic bags biss.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari fejn il-Ministru għarraf lill-Kamra li hemm madwar 17,000 tunnellata skart li jinġieb Malta kull sena minn Għawdex permezz tal-Gozo Channel jista' jgħid:
i) kemm hemm b'kollox cattle, poultry u pig manure f'Għawdex li jkollu bżonn treatment fis-sena?
ii) bejn wieħed u ieħor kemm hemm compost li jirriżulta mit-treatment tas-solid waste u manure li jkun irid jiġi trasportat lura lejn Għawdex għal distribuzzjoni fl-art agrikola fil-gżira Għawdxija?