Legislature:
Category:
Reset
Active:

offerti għal xiri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għax-xiri ta' dawn l-artijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet wara talba mressqa minn terzi persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandha l-ebda ħsieb li toħroġ xi sejħa għall-offerti dwar it-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. It-Taqsima diga’ kitbet lill-klijent in kwistjoni li t-talba tiegħu ma tistax tkun milqugħa.

RES Installations

Question

B’referenza għad-diversi RES (Renewable energy sources) installations li semma l-Prim Ministru fil-programm Xarabank – minn PVs sa possibilment il-micro wind turbine li hemm fis-civic amenity tal-Mrieħel, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta dawn l-istallazzjonijiet ipotetikament jkunu qed jaħdmu fuq bażi ta’ peak power x’persentaġġ jikkontribwixxu mit-total tal-energija ikkunsmata f’pajjizna bħalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3657 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' nurse

Question

B'referenza għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), li kiseb id-degree fin-nursing fis-sajf tas-sena 2003, baqa' jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, minn dak iż-żmien sa Jannar 2006 ħadem fid-dipartiment tal-emerġenza, talab għall-emigration leave u kiseb awtorizzazzjoni għal sitt xhur. Lejn tmien is-sitt xhur applika għal estensjoni ta' unpaidstudy leave billi kien għadu qed jagħmel xi studji. It-talba tiegħu kienet ġiet rifjutata, b'hekk f'Lulju 2007 ikkunsidrawh li rreżenja. F'Jannar 2008 il-MUMN kienu għarrfu lill-membri tagħhom li kien intlaħaq ftehim mal-OPM li nurses li rriżenjaw kienu ser jiġu appuntati lura b'salary scale li kellhom qabel irreżenjaw. F'dan il-każ scale9. Fid-dawl ta' dan l-iżvilupp il-persuna indikata ġiet lura Malta. L-persuna li dettalji dwarha qed jinagħtaw separatament(b), kien ikkonfermalu li seta' jkompli jaħdem mill-ġdid bi salary scale li kellu qabel ir-reżenja. Meta beda xogħlu fit-3/3/08, sab li ngħata xogħol ta' casual nurse bi scale 12. It-tweġiba li ngħata mingħand il-persuna li dettalji dwaraha qed jintbagħtu separatament (ċ) kienet li n-nurses impjegati mal-Gvern mill-ġdid, jitpoġġew fuq casual basis - scale 12 - sakemm jiġu proċessati l-karti u l-paperwork kollu. Għalkemm huwa ffirma bl-understanding li wara ftit jiem kien ser jitpoġġa mill-ġdid fuq scale 9 u ankè jieħu d-differenza fil-paga back dated kif wegħditu il-human resources manager, sal-lum għadu ma sema' xejn ġdid. Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3662 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qajjenza — Applikazzjoni għal Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bażi biex jinħareġ permesss għal spiżerija fl-inħawi tal-Qajjenza? Jista' jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Hruġ tal-liċenzji għall-spiżeriji jsir skond l-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008. Skond regolament numru 4(2) ta’ dan l-avviż legali, f’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant. Skond l-istess avviż legali “ ‘belt’ tfisser lokalita, inlużi l-irħula żgħar kollha u żoni ċirkostanzi, li jkollhom kunsill lokali jew kumitat hekk appuntant taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, u ‘raħal’ għandha tiftiehem bl-istess mod.” Għal din il-fini iż-żona tal–Qajjenza tagħmel parti mill- lokalita u għalhekk mal-kunsill lokali ta’ Birżebbugia. Informat ukoll li skond rapport ta’ l-Uffiċju ta’ l-Istatistika Nazzjonali pubblikat fit-23 ta’Settembru 2008 u magħmul fil-31 ta’Dicembru 2007 fuq ċensiment li sar f’Novembru 2005, l-popolazzjoni totali tal-lokalita ta’ Birżebbugia kienet ta’ 8,742. Skond informazzjoni mogħtija mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbugia, l-popolazzjoni totali sal- 31 ta’ Marzu 2008 kienet ta’ 9,352 . Fil-lokalita ta’ Birżebbuġia bħal issa hemm tlett spiżeriji li huma liċenzjati. Għalhekk skond l-Avviż Legali 279/2007, biex tkun tista’ tinħareg liċenzja għal spiżerija oħra fil-lokalita ta’ Birżebbuġia, l-popolazzjoni trid tlaħħaq l- 10,000 ruħ. Bħal issa hemm sebgħa applikazzjonijiet validi pendenti għal ħrug ta’ liċenzji ġodda għal spiżeriji fil-lokalita ta’ Birżebbuġia.
Leg 11 PQ #3806 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2696 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3807 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kottonera — Gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2691 u jikkonferma jekk aperturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Kulleġġ Santa Margerita - ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Sur Santa Margerita - xogħlijiet

Question

Peress li l-bini tat-triq madwar id-djar f'Sur Santa Liena Bormla ilu jiġi mwiegħed ħafna snin u sa anke kien intqal li ħarġet it-tender għax-xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux idea meta dan ix-xogħol jista' jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġnien Kottonera — żbir u tindif tal-ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Ġnien Kottonera? Meta kien l-aħħar li sar xi xogħol ta' żbir u tindif fl-istess ġnien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3939 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għases magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għases li għandna magħluqa bħalissa f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-għases? X'complement ta' pulizija hu meħtieġ biex dawn l-għases ikunu jistgħu jinfetħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent, b’kollox il-Korp tal-Pulizija għandu 55 għassa f’Malta u 20 f’Ghawdex. L-għases prinċipali kollha jinżammu miftuha l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista’ jkun li jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor barra mill-għassa. Hemm ukoll xi għases f’lokalitajiet ta’ villeġġatura, bħal l-għases ta’ l-Ghadira u dik ta’ Lapsi, li jinfetħu biss fix-xhur tas-sajf. Hemm ukoll l-għases ta’ San Pawl il-Baħar li bħalissa ma tinfetaħx minħabba li qed isir xogħol fiha u dik ta’ Wied iż-Żurrieq li tenħtieġ xogħol estensiv ta’ restawr. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-preżent hemm madwar 526 membru tal-Korp li huma assenjati xogħol fuq beat duties fid-Distretti fejn hemm dawn l-għases.
Leg 11 PQ #3940 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — dar tal-anzjani - faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-faċilitajiet li bħalissa qed jingħataw fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiżdiedu dawn il-faċilitajiet? X'tip ta' ċelebrazzjoni hu mistenni li tiġi organizzata f'dawn l-okkażjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3941 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — xogħol fil-kanal tas-sukkursju

Question

Billi skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3176 hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp biex isir xi xogħol fil-kanal tas-sukkursju tas-Salina, li ilha pendenti quddiem din l-awtorità minn Marzu 2007, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iżomm milli l-proċess ta' din l-applikazzjoni jintemm fl-iqsar żmien possibli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3942 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — proġetti approvati mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġett li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu li fil-fatt għandhom il-permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp diġà approvati? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti u fiex wasal il-proċess tat-tenders tagħhom? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3944 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — Applikazzjonijiet pendenti għall-permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu u li s'issa għandhom applikazzjoni pendenti għall-permessi quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Distribution Centre - proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta l-proġett marbut mad-distribuzzjoni tal-elettriku li joriġina mid-distribution centre tal-Mosta? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett kollu meta jitlesta minn dak kollu li hu meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Immigranti Illegali f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'Malta matul din is-sena sal-aħħar t'Ottubru 2008 u kif kienu maqsumin xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti illegali li waslu f'Malta minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena huwa kif ġej:- Jannar 0 Frar 24 Marzu 0 April 109 Mejju 188 Ġunju 575 Lulju 794 Awwissu 533 Settembru 299 Ottubru 46 ______________________ TOTAL 2,568 ______________________

Korp tal-Pulizija — Tradesmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm puliizja fil-Korp li huma uffiċjalment ingaġġati bħala tradesmen? Kemm kien hemm minn dawn li telqu fl-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom ġew sostitwiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 membru stazzjonati fit-Taqsima tas-Snajja fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 16 il-membru li spiċċaw mill-Korp waqt li kienu qed iservu f’din it-taqsima, filwaqt li 11 ġew assenjati xogħol f’din l-istess taqsima.

Ta' Kandja — Akkademja tal-Pulizija ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fuq l-Akkademja tal-Pulizija ġewwa ta' Kandja? Kemm fil-fatt kienu ġew allokati fondi għall-istess Akkademja tal-Pulizija ġdida, fil-budget li għadda? Meta hu mistenni li ssir l-inawgurazzjoni ta' din l-akkademja ġdida?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3322.

Korp tal-Pulizija — Avukati u Prokuraturi Legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u prokuraturi legali jservu preżentament fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Xi grad għandhom dawn l-avukati u prokuraturi legali u f'liema taqsima/sezzjoni qegħdin iservu? Kemm kien hemm avukati u prokuraturi legali li telqu mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati u 2 li huma prokuraturi legali. Minn dawn 3 huma Supretendenti u 4 huma Spetturi, 3 qed iservu fil-Prosecutions Unit, 1 qed iservi bħala Technical Attache’ fi Brussel, 1 mat-Taqsima tal-Europol, 1 fil-Kwartieri Ġenerali u 1 bħalissa qedha bil-maternity leave. Infurmat ukoll illi kien hemm 8 membri tal-Korp b’dawn il-karigi li spiċċaw tul dawn l-aħħar għaxar snin.