Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2778 u tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-1999 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru kif ukoll ta’ uffiċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ? Xi grad kienu l-uffiċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm attendew korsijiet fiċ-Ċentru tal-Arti u Artiġjanat fis-snin akkademiċi 2005/2006 u 2006/2007? Tista' tagħti lista tal-korsijiet offruti fl-istess snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fis-snin akkademiċi 2005-2006 attendew 1011 student u fis-snin akkademiċi 2006-2007 attendew1124 student.
Il-korsijiet offruti għas-snin akkademiċi 2005-2006 kienu:
Filwaqt li l-korsijiet offruti għas-snin akkademiċi 2006-2007 kienu:
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Trading Licensing Unit fi ħdan id- Diviżjoni tal-Kummerċ ikollha b’mod rikorrenti madwar 40 liċenzja li qed jistennew biex jigu pproċessati. Din hija figura konstanti minħabba l-fatt li kuljum jidħlu applikazzjonjiet ġodda u kuljum jinħarġu liċenzji ġodda. L-applikazzjonijiet li hemm pendenti bħalissa huma kollha ta’ applikanti Maltin. Normalment applikant jirċievi notifika jekk l-applikazzjoni tiegħu tkunx ser tiġi aċċettata jew le, fi żmien għaxart ijiem minn meta jkun iddepożita id-dokumenti meħtieġa.
Ukoll l-Awtorita’ tal-Lotteriji u Logħob għandha 127 applikazzjoni
Remote Gaming
pendenti u kollha huma barranin.
Ma tistax tingħata figura ta’ kemm beħsiebhom iħadmu nies. Tali informazzjoni ma tintalabx biex wieħed jingħata liċenzja. Rigward liċenzji li jinħarġu minn entitajiet oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Ftuħ ta' negozji ġodda — applikazzjonijet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja li nafu kemm huwa perikoluż, fl-iskejjel tal-istat għad baqa' ammont konsiderevoli ta' prodotti tal-asbestos? Tista' tgħid jekk qattx inġabret lista komprensiva ta' dawn l-oġġetti? Jekk fl-affermattiv, għaliex qatt ma ttieħed il-pass biex dawn l-oġġetti jitneħħew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskejjel intalbu jipprovdu lista ta’ prodotti li jaħsbu li huma magħmula mill-asbestos. Il-lista li nġabret kienet tikkonsisti f’numru ta’ tankijiet tal-ilma magħmula minn asbestos cement li m’għadhomx jintużaw. Qed tiġabar stima tal-ispejjeż involuti biex dawn jiġu mneħħija mill-aktar fis possibli.
Tista' l-Ministru tgħid minn min u kif inhu kompost il-bord tal-FTS? Kull meta jiġi appuntat dan il-bord? X'inhi l-funzjoni u r-rwol ta' kull membru maħtur tal-Bord? X'inhuma it-terms of reference ta' dan il-Bord? Lil min huwa answerable dan il-bord? Kull meta jiltaqa' dan il-Bord? X'remuneration għandu kull membru maħtur fuq dan il-Bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada hu kompost mis-Sur Raymond Fenech, Dr. Maria Sciriha, is-Sur Joseph T. Magro, is-Snra. Marilyn Sciortino u s-Sur Alfred Rizzo.
Fuq dan il-bord, li jiġi appuntat kull 3 snin, iċ-chairperson huwa s-Sur Raymond Fenech.
It-terms of reference tal-bord huma kif elenkati fl-istatut tal-Fondazzjoni. Il-bord jiltaqa darba fix-xahar u huwa answerable lil Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Ir-remuneration li għandu kull membru tal-bord huma hekk:
Is-Sur Raymond Fenech
€13,976.00 fis-sena
Dr. Maria Sciriha
-
Is-Snra. Marilyn Sciortino
€2795.00 fis-sena
Is-Sur Albert Rizzo
€2795.00 fis-sena
Is-Sur Joseph T. Magro
€2795.00 fis-sena
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-staff complement ta' kull skola tal-Istat għall-2008, u kif inhu kompost skola b'skola? X'persentaġġ minn dan l-istaff kellu transfer matul l-aħħar sena, kategorija b'kategorija? Kemm mit-teaching staff għandhom first degree u kemm minnhom għandhom second degree u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus biex jitħallas il-konsum tal-eletriku, fl-iskejjel tal-istat, skola b'skola, tul l-aħħar sena? X'passi qed jittieħdu biex isir użu aħjar minn din l-enerġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmata wkoll li saru diversi kampanji fl-iskejjel biex il-konsum tal-elettriku ikun imnaqqas billi jsir użu bil-għaqal minnu. Hija wkoll policy tad-Direttorati li ma jiġux installati apparati tal-arja kondizzjonata fl-iskejjel ġodda billi qed isir użu estensiv mid-double glazing, jintużaw bozoz u tubi li huma energy saving, jiġu installati panelli li jagħmlu użu mill-enerġija tax-xemx, tiżdied l-insulazzjoni fis-soqfa, u oħrajn.
Hemm ippjanati diversi programmi ta’ edukazzjoni fost l-istudenti u l-ġenituri biex dawn isiru aktar konxji tal-bżonn li jitnaqqas il-konsum, sew fl-iskola kif ukoll fid-djar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi self drive mikrija jew mixtrija mid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm qed jiswew kull sena f'termini ta' flus lil dawn id-direttorati? Liema sezzjonijiet qed jużaw dawn il-karozzi sezzjoni b'sezzjoni u minn min? Ta' liema marka humma dawn il-karozzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni m’hemmx karozzi self drive mikrija. Fid-Direttorat hemm 25 karozza mixtrija. Huwa kkalkulat li f’termini ta’ flus, dawn jiswew, bejn wieħed u ieħor, €30,000 kull sena fi fuel u manutenzjoni.
Dawn il-karozzi jintużaw hekk:
Direttorat għal Servizzi Edukattivi: 1 – Direttur Generali
1 – Direttur Human Resources Development
1 – Direttur School Resources Management
1 – Direttur Student Services
1 – Dipartiment ta’ l-
iStudent Services
(Użu Ġenerali)
1 – Prinċipal
Gozo Colleges
2 – Taqsima tat-
Technical Services
(Użu Ġenerali)
1 – Taqsima tat-
Techical Services /Plumbing
(Użu Ġenerali
12 – Taqsima tat-Trasport (Użu Ġnerali)
Direttorat ghall-Kwalita u Standards: 1 – Direttur Generali
1 – Direttur
Curriculum, Management and E-Learning
1 – Direttur
Quality Assurance
1 – Education
Assessment Unit
(Użu Ġenerali)
Il-marka tal-karozzi hija kif gej:
Chevrolet 11
Toyota 3
Renault 3
Peugeot 3
Skoda 1
Mazda 1
Citroen 1
Ford 1
Wolkswagon 1
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi produċut f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar u x'targets irid l-gvern li jilħaq f'dan s-settur?
Sptar Mater Dei — każijiet li ma kenux t'emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 2636 u jgħid x'kienu il-kriterji li permezz tagħhom ġiet żviluppata l-idea li jekk ma tkunx gravi m'għandekx tmur l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Permezz ta' dan kollu bdiet kampanja sabiex pażjenti ma jżurux l-emerġenza jekk jaħsbu li mhux emerġenza? Kemm fil-fatt matul is-sena 2007 u xhur ta' qabel ma bdiet din il-kampanja, kien hemm każijiet li ma kinux emerġenza u għamlu użu mis-servizz tal-emerġenza?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-istatistika miġbura permezz tal-A&E Module tal-Patient Administration System jirriżulta li l-persentaġġ ta’ pazjenti li jiġu ammessi fl-iSptar Mater Dei minn fost dawk li attendew id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u klassifikati bħala Triage III kien minimu. Kien dan il-fatt li wassal biex tiġi żviluppata din il-kampanja biex il-pubbliku jagħmel użu tajjeb tad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u jirrikori hemm meta fil-fatt tkun emerġenza.
Ninsab informat ukoll li bejn Jannar 2007 u Ġunju 2008 attendew 166,325 pazjent fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza, li minnhom 35,209 ħtieġu li jiddaħħlu l-iSptar Mater Dei / San Luqa bħala
in patients
. Minn fost dawn l-
in patients,
kienu biss 638 li kienu klassifikati bħala Triage III, jiġifieri 1.8% tal-
admissions
totali mid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-waiting list biex persuna tidħol f'home jew residenza tal-gvern hijiex pubblika jew le? Jista' persuna jara fejn jkun wasal f'din il-lista? Kemm huwa l-wating time li persuna ddum tistenna bħala medja qabel ma tiġi admitted ġewwa home jew residenza?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-waiting list biex persuna tidħol f'Dar ta' l-Anzjani jew residenza tal-gvern mhijiex pubblika. Madankollu persuna li tkun fuq il-waiting list tista' tistaqsi dwar il-pożizzjoni tagħha billi tirrikori fiċ-Ċentru tas-Servizz Anzjan f'Nru 3, Triq iz-Zekka, Valletta jew ċċempel fuq Nru 25575000. Il-waiting time biex persuna tidħol f'home jew residenza jiddependi fuq l-urġenza tal-każ u l-priorita' skond il-waiting list.
Ċentri għall-persuni ta' anqas minn 60 sena — rijabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tista' tmur ġewwa fih għal rijabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmuru Żammit Clapp, hemm il-ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu tfal fl-iskejjel primarji kull sena tul dawn l-aħħar 10 snin, kemm fl-iskejjel tal-istat kif ukoll f'dawk privati u tal-knisja? Kemm hemm minnhom subien u kemm hemm minnhom bniet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti statistika kemm persuni għalqu l-età ta' 60 sena tul dan l-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm minn dawn huma irġiel u kemm minn dawn huma nisa?
Jista' l-Ministru jindika l-prezz taż-żejt (Brent f'$ għal kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305.4 miljun li fuqha hi bbażata Proposta 6 għar-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl? Jista' jindika wkoll il-prezz taż-żejt (Brent f'$ għal kull barmil) li fuqu kienet ibbażata Proposta 5, hekk kif ippreżentata mill-KPMG, sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4, kif ġie indikat fil-preżentazzjoni li ta l-Ministru lill-MCESD fit-23 t'Ottubru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet numru 3560 u 3561.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Waste Serv se jkollha tixtri second class water għall-waste treatment plant ta’ Sant Antnin meta dawn suppost qed jieħdu ilma second class mill-water purification plant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija Nru 3580.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tikkonkludu x-xiri tal-fond li tgħix fih li baqa' fuq il-konvenju minħabba li minkejja li għadda ż-żmien it-titlu tal-art baqa' m'għaddiex għal għand il-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ taħt il-Ministeru tiegħi ma jkollha informazzjoni dwar meta t-titolu tal-art, li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ser jgħaddi għal għand il-Gvern u wara għand l-Awtorita’ tad-Djar biex ikun jista’ jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ.