B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34897, peress li kif dikjarat dan ix-xogħol ta' monitoraġġ huwa wieħed regolari, u qed jiswa lill-Awtorità Tax-Xandir, skont ir-rapport annwali tagħha, aktar minn €300,000 fis-sena, ma jaħsibx il-Prim Ministru li minkejja li forsi kif qal hu li mhux possibbli tiġbor id-dettalji miġbura f’48 siegħa, iżda kien possibbli ħafna li tinġabar u tingħata wara ħames ġimgħat? X’inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont kif diġà wegibt fil-mistoqsija tiegħu 34897, dan l-eżerċizzju kien jeħtieġ iż-żmien għaliex riedu jiġu konsultati aktar minn 400 rapport manwalment u l-informazzjoni mitluba tiġi estratta minn kull rapport u tali eżerċizzju kellu jsir mingħajr ma jtellef il-moniteraġġ normali ta’ kuljum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 34594 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34367, tista' l-Ministru tgħid kemm se jieħu żmien il-proċess biex tal-Public Broadcasting Service jiġbru l-informazzjoni mitluba peress li għadda żmien li għamilt din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34367 tas-Seduta 486
Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 34595 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34364, tista' l-Ministru tagħti direzzjoni lill-amministrazzjoni tal-Public Broadcasting Services biex jiġbru l-informazzjoni mitluba billi sempliċiment iħarsu lejn ir-running orders tal-bullettini tal-aħbarijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba teħtieġ ħafna iktar xogħol milli sempliċiment wieħed iħares lejn ir-rundown tal-aħbarijiet. Fl-aħbarijiet jittieħdu deċiżjonijiet editorjali kuljum dwar l-avvenimenti li seħħew u liema minnhom għandhom jidħlu fil-bullettin ta’ dakinhar.
Jista' l-Ministru jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi igwidata biex tkun taf jekk għandhiex bolol biżżejjed biex toħroġ board?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li rċieva kont ta' €6,000 tad-dawl u ilma meta s-soltu qatt ma kien jiġi aktar minn €400?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Tista' l-Ministru tara l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu bżonn educational psycologiest report u lil ġenituri qalulhom li s-servizz bħal dan idum biex jingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tifel, li d-dettalji tiegħu huma mnizzla separatament, sad-data ta’ din it-tweġiba, ma kienx referut għal servizz ta’ educational psychologist fi ħdan is-Servizz Psikologiku għall-iskejjel (SPS).Għaldaqstant is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel se jaraw kif jistgħu jgħinu f’dan il-każ.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed jaqtgħulha xi flus li hija ħadet żejda u tixtieq li jkollha spjegazzjoni peress li qed issostni li hemm xi żball?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Kon Katidral ta' San Ġwann — xogħol marbut ma' restawr
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuni li qed jaħdmu u qed jagħmlu xi tip ta' xogħol marbut ma' restawr li qed isir fil-Kon Katidral ta' San Ġwann ġewwa l-Belt Valletta huma kollha persuni kwalifikati u mħarrga sewwa fis-sengħa tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ix-Xogħol ta’ restawr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann isir skond standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali kif inhu stabilit mill-ECCO (European Confederation of Conservators-Restorers Organisation). Kull impjegat li jagħmel xogħol ta’ restawr għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral hu kwalifikat b’mod xieraq u/jew għandu esperjenza skont il-kariga tiegħu.
Il-Fondazzjoni tqabbad konsulenti skond il-qasam partikulari ta’ xogħol meta u kif hemm b¿onn. Kull individwu, kuntrattur tar-restawr u l-ħaddiema tiegħu li jitqabbdu jagħmlu xogħol ta’ restawr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann huma kwalifikati kif jixraq jew għandhom esperjenza fix-xogħol li jitqabbdu jagħmlu. Qabel ma’ jibda x-xogħol, il-kuntratturi huma obbligati jippre¿entaw CV dettaljata ta’ kull impjegat tagħhom, dikjarazzjoni dettaljata tal-metodoloġija u speċifikazzjoni tal-materjal li jkun ser jintu¿a. Ix-xogħol kollu huwa sorveljat mill-kuratur u l-konservatur tal-Fondazzjoni. Testijiet preliminari xjentifiċi jsiru hekk kif il-proġett jibda u tintu¿a l-metodologija addattata kif hemm b¿onn. Il-kuntrattur hu obligat ukoll li jippre¿enta rapport finali li jkun fih l-istudji artistiċi u l-istorja, il-metodologija w¿ata, dokumentazzjoni bir-ritratti u grafika u l-aħħar ri¿ultati tat-testijiet ta’ dak il-proġett partikolari. Il-permessi kollha meħtieġa huma miġjuba mill-MEPA u konsultazzjonijiet isiru ma’ uffiċjali tal-MEPA kull meta jkun hemm b¿onn. Kopji tar-rapporti dwar ir-restawr huma ddepo¿itati fl-uffiċju tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tiġi mgħejjuna mill-kumpanija ARMS Ltd dwar kif tista' tħallas il-kont tad-dawl imma b'mod li ma jinħoloqx tbatijiet għaliha u għal dawk il-persuni li jgħixu magħha minħabba ċ-ċirkustanzi soċjali li tinsab fihom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
allowance għal min ikun fil-kariga ta' Ministru u jieqaf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-eks Ministru Carmelo Mifsud Bonnici hux se jibbenefika mill-miżura li daħħal il-gvern u cioè li dawk il-Ministri li ma jibqgħux fil-kariga jirċievu allowances għal sitt xhur sussegwenti it-tmiem tal-kariga tagħhom?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi jiem li fihom persuni li jaħdmu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma jwieġbux it-telefon, minħabba x-xogħol li jkollhom ġewwa? Liema huma dawn il-ġranet li fihom ma jitwieġbux it-telefons?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari (MEPA Circular 3/11) li ġiet maħruġa fit-13 ta' Settembru 2011, li tinkludi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant:
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm persuni li gawdew mill-iskemi tat-tiswijiet tal-gallariji kif imfassla mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk iva, kemm kien hemm persuni li gawdew minn dawn l-iskemi u minn fejn kienu ġejjin?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23672. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li fl-iskema tas-sena 2007/2008, in-nurmu ta' applikanti li tħallsu, kif ukoll l-ammont ta' flus li tħallas, żdied hekk kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jassigura li d-Direttorat ghar-Restawr fl-istess Ministeru ma jippermettix li jsir tindif tal-ġebel tas-swar fil-Birgu bl-użu ta' power washes sakemm l-istess ġebel ma jkunx qawwi peress li qiegħed jirriżulta li ssir ħafna aktar ħsara milli ġid lill-istess ġebel bil-konsegwenza li jispiċċa jassorbi ħafna ilma u l-livelli tal-melħ fih ikunu straordinarjament għoljin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
F’kull xogħol ta’ restawr tingħata attenzjoni kbira biex jiġi assigurat li kull tindif isir b’mod li ma ssirx ħsara lil-ġebla kemm jekk hija ġebla tal-qawwi kif ukoll jekk ġebla iktar ratba bħal ma hija dik tal-franka. Ghaldaqstant kull xogħol ta’ tindif jibda billi jsir tfarfir tal-ġebla b’metodi xotti (dry brushing). Meta dan il-metodu ma jkunx biżżejjed biex jitneħħa l-ħmieġ li jkun akkumula fuq il-ġebla jsir dak li jissejjaħ “wet brushing”, fejn il-ġebla titnaddaf permezz ta broxk tan-nylon imxarrab bl-ilma. Jekk dan il-metodu ma jagħtix ir-riżultati mixtieqa l-ħmieg jiġi mrattab permezz ta impakki ppreparati minn frak tal-karta. Dawn l-impakki jitħallew fuq il-ħmieg għal ċertu ammont ta` ħin bl-iskop li jrattab il-ħmieġ u b’ hekk ikun iktar faċli li jitneħħa b’metodi ohra li ma jagħmlux hsara lil ġebla. Huwa biss f’kazijiet eċċezzjonali li jiġi awtorizzat l-użu tal-power wash.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta qatgħetx is-servizz tal-ilma u d-dawl lil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax ma ħallsitx kont ta' €250,000 u din il-lukanda kellha tagħlaq u tkexxi l-ħaddiema? Jista' jgħid jekk fl-aħħar erba' snin kemm kien hemm lukandi li tellgħu kontijiet pendenti ta' €250,000 jew iżjed? Kemm minn dawn issospendewlhom is-servizzi tad-dawl u tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba n-natura kummerċjali u sensittiva ta’ l-informazzjoni mitluba l-ARMS Ltd. hi prekluża milli tagħti tali informazzjoni.
Fir-rigward tal-istallazzjoni u t-tħaddim tal-ismart meters tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid, f'liema lokalitajiet dawn ġew stallati u qed jitħaddmu fir-rigward tal-elettriku u l-ilma, f'liema lokalitajiet qed jiġu stallati bħalissa l-ismart meters tal-elettriku u tal-ilma u meta hu maħsub li jibdew jitħaddmu kemm dawk tal-elettriku kif ukoll dawk tal-ilma, u f'liema lokalitajiet hu ppjanat li jiġu stallati u mħaddma wara dawn li qed jiġu stallati bħalissa? Kemm s'issa ġew stallati, x'inhi l-ispiża għall-istallazzjoni u min qed jagħmel tajjeb għaliha? X'kienu r-riżultati miksuba s'issa minn din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed taħdem l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? F'kull lokalità fejn qed titħaddem, kemm-il spiżerija qed tipparteċipa u kemm-il pazjent qed jibbenefika? Meta hu maħsub li tibda titħaddem f'lokalitajiet oħra u fejn? X'inhuma l-pjani biex din l-iskema tkun imħaddma ma' Malta u Għawdex kollu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta' pazjenti 'l fuq minn 35 sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-glucose strips tad-demm qed jibdew jingħataw b'xejn lill-pazjenti kollha fuq l-insulina jew dawk li żviluppaw id-diabete biss fiċ-ċokon (Type 1)? Fil-fatt kemm hemm persuni li jieħdu l-insulina b'mod regolari u x'inhi l-età tagħhom? Kemm minnhom bdew jieħduha fi ċkunithom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabbilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża.
Il-pazjenti dijabetiċi kollha tat-Tip I li japplikaw għall-kartuna s-safra skont l-emendi tas-Skeda V fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) ser jiġu ntitolati għall-‘blood glucose sticks’ mingħajr limitu fuq l-eta’
Ma tinżammx statistika ta’ kemm hemm persuni li jieħdu l-insulina b’mod regolari.