Jista' l-Ministru jara li immedjatament isir studju dwar l-istat abbandunat u degradanti ta' numru ta' widien f'pajjiżna? Jista' jara li għal dan l-għan toħroġ sejħa għall-offerti pubblika? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sezzjoni għall-Manutenzjoni tal-Widien tal-Ministeru u t-Taqsima tal-Ambjent tal-MEPA diġà qed jagħmlu studju u jfasslu bejniethom program ta’ xogħol ta’ manutenzjoni għal numru ta’ widien. Għalhekk m’hemmx bżonn toħroġ sejħa pubblika għall-offerti għal dan l-istudju.
Fondi tal-Unjoni Ewropea — Rijabilitazzjoni ta' widien
Question
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul l-2007 u l-2008 marru sabiex jiġu rijabilitati l-widien f'pajjiżna? Jista' jinfurmani kemm kienet in-nefqa tal-gvern matul l-istess perijodu għall-istess għan?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3634 u jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3635 u jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3588 u jgħid kemm fadalu jdaħħal flus il-Gvern mill-biegħ tal-MidMed Bank lill-HSBC? Kemm kienet is-somma totali ta' dan il-biegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3588.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ġurijiet li huma pendenti quddiem il-Qrati Maltin? B'liema akkużi jinsabu akkużati dawk li għandhom ġuri pendenti f'kategoriji ta' akkużi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti Kriminali hemm 59 ġurijiet pendenti. L-akkużi fir-rigward dawn il-ġurijiet huma s-segwenti:-
Attentat ta’ omiċidju volontarju 14
Ħasil ta’ flus (money laundering 4
Omiċidju volontarju 9
Arson 2
Akkużi ta’ traffikar ta’ droga 27
Serq aggravat 1
Rigali jew vantaġġi u kxif ta’ sigrieti pubbliċi 1
Stupru 1
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta konsultazzjoni fil-fatt saret bejn il-gvern u l-bdiewa f'dawk li huma ħinijiet tal-ftuħ tal-pitkalija f'Malta u f'Għawdex? Ma' min saru dawn il-konsultazzjonijiet u kif intlaqgħu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet mill-bdiewa li jużaw il-pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saru diversi laqgħat mal-Pitkala kif wkoll mar-rapreżentanti tal-bdiewa li jużaw il-pitkalija u ntlaħaq ftehim dwar il-ħinijiet il-ġodda tal-ftuħ tal-pitkalija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' raħħala reġistrati mal-Ministeru biex irabbu l-majjali, iċ-ċanga u baqar għall-ħalib, u dawk li jrabbu t-tiġieġ u l-fniek rispettivament? F'liema rħula huma reġistrati (f'numru separati) f'dawn il-kategoriji ta' raħħala rispettivament?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li huma mistennija li jitnaddfu matul ix-xhur li ġejjin? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex mistenni jsir dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jara li Triq id-Dwejra fil-limiti tar-Rabat, tkun mogħtija l-manutenzjoni meħtieġa għaliex l-kundizzjoni tagħha ħażina ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Sight-seeing passenger tour service open-top buses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u 3882 cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3703 u jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2772 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijaparlamentari 2773 u tgħid x'kienet in-nefqa tal- Foundation for Tomorrow's School f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena minn meta twaqqfet sal-lum? Fuq xiex kienet kull nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2774 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?