Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorati tal-Edukazzjoni — fondi allokat għal xiri ta' stores

Question

Tista' l-Ministru tagħti dettalji ta' kemm hemm fondi allokati għal xiri ta' storesgħal użu tad-Direttorati tal-Edukazzjoni għas-sena 2008? Kemm diġà intnefqu minn din l-allokazzjoni u x'kienu l-affarijiet li inxtraw, oġġett b'oġġett? Kemm minn dak li nxtara tqassam u lil liema units?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammonti allokati għal stores u l-infieq minn dawn l-allokazzjonijiet għas-sena 2008 huma hekk: ItemAmmont Allokat €Ammont Minfuq € Operating Materials & Supplies 63,23053,121 Cleaning Materials & Supplies5,1804,804 Sundry Materials & Supplies8,5008,126 Stationery34,20026,265 IT Consumables9,6759,534 120,785101,850 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-listi ta’ l-affarijiet li nxtraw għad-Direttorati għall-Edukazzjoni, oġġett b’oġġett, kif tqassmu u lil liema units tqassmu.

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Uffiċju Distrettwali

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Wara l-esperjenza pożittiva taċ-ċentru AĊĊESS fil-Kottonera, fejn wieħed isib miġbura flimkien diversi servizzi ta’ natura soċjali, ġie deċiż li jinfetħu żewġ ċentri oħra simili, wieħed fin-nofs u l-ieħor fit-tramuntana ta’ Malta. Dak tat-tramuntana, ġie indentifikat li jsir il-Qawra, li llum ma għadux biss post għas-sajf. Dan ta wkoll l-opportunita’ li jinbidel il-post fejn kien l-uffiċċju distrettwali ta’ qabel f’San Pawl il-Baħar, li ma kienx aktar adeġwat biex iservi bħala uffiċċju distrettwali u, agħar minn hekk, ma kienx aċċessibbli.

SVPR — Età tal-Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2852 u jgħid x'inhi l-età tal-pazjenti li kien hemm ġewwa l-SVPR bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom inqas minn 30 sena li kienu rikoverati fl-SVPR? Kemm minn dawn kien hemm bi problemi ta' ksur fis-sinsla tad-dahar jew b'diżabilità oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Eta' Numru ta' Residenti Bejn 20-29 2 Bejn 30-39 2 Bejn 40-49 7 Bejn 50-59 53 Bejn 60-69 74 Bejn 70-79 276 Bejn 80-89 477 Bejn 90-99 132 Bejn 100-103 7 Informat ukoll li ż-żewġ residenti li għandhom anqas minn 30 sena għandhom problemi ta' diżabilita.

Kaxxi tal-logħob — qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932
Leg 11 PQ #3617 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u Żvilupp — pjanti użati

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pjanti tal-lokalitajiet li għandha l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp isiru l-pjanti użati mid-dipartimenti kollha, u b'mod partikulari mil-land registry, billi l-pjanti li jinxtraw minn dan ir-reġistru huma ferm aktar qodma minn dawk tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u dan il-fatt iġib miegħu diffikultajiet għal min jixtri l-pjanti mir-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tipprovdi pjanti diġitali ta’ Malta lil numru ta’ entitajiet tal-Gvern. Il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-MEPA sabiex dan is-servizz jiġi offrut lid-Dipartimenti kollha bla ħlas.
Leg 11 PQ #3627 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Skema għar-rranġar tat-toroq

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2219, jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibli li dik l-iskema fil-fatt terġa' tiġi introdotta għaliex fl-opinjoni tiegħi, ċertu toroq lokali jkunu jistgħu jitlestew ħafna snin qabel milli kieku l-kunsilli kellhom jistennew li x-xogħol jiġi nkluż fil-programm tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser ngħaddi s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #3658 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kariga ta' persuna partikolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kariga kien jokkupa l-persuna li d-dettalji dwaru qed intbagħtu separatament, fi ħdan id-dekasteru tas-segretarju parlamentari Toni Abela għas-snin 2005, 2006 u 2007? Jistax jikkonferma li nonostante t-terms of reference ta' l-impjieg tiegħu kienx ukoll involut b'mod dirett f'xogħol li kien jinvolvi kuntratti ta' xiri ma' l-Armata u anke in konnessjoni mad-detention services?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kuntratti ta’ xiri tal-Forzi Armati dejjem ġew ipproċessati skond il-proċeduri u r-regolamenti dwar kuntratti publiċi applikabli.
Leg 11 PQ #3674 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Slielem mal-Kosta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta x'ħidma saret biex mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar ikun hemm aktar slielem u kumditajiet oħra għal turisti u għal dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Sezzjoni tat-Tindif tax-Xtut, bħas-snin ta’ qabel, ħadet ħsieb li jitwaħħlu slielem u railings fil-postijiet kollha li kien jitwaħħal dan l-apparat. Minbarra hekk, ġew maħduma u tpoġġew slielem u railings ġodda kull fejn ġie indikat mill-Kunsilli Lokali jew il-pubbliku li jista’ jittejjeb l-aċċess għall-baħar. Dawn kienu jammontaw għal sebgħa u tletin (37) biċċa. Ta’ min isemmi wkoll il- perched beach, li hu mgħammar b’aċċess tajjeb u għandu wkoll faċilitajiet ta’ toilets.

Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3707 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħ'Attard — Triq il-Kbira - Irranġar ta' Ħajt

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-ħajt li inbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard f’Ottubru 2007 kien ġibed l-attenzjoni tal-MEPA dwar il-mod kif sar l-ilqugħ madwar is-sit u kif dan kien qedjostakola l-bankina. Ir-risposta tal-MEPA kienet li il-ħajt ta’ lqugħ kien bżonnjuż u li minħabba r-restirizzjoni tat-Triq u l-bankina dan ma setax jinbena aktar il-ġewwa.
Leg 11 PQ #3722 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — re-paving

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 218 fejn sar magħruf li l-Ministeru tax-Xogħlijiet flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed iħejju programm ta' xogħlijiet biex issir re-paving ta' bankini fiż-żoni kummerċjali, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tat-Turiżmu jgħid x'inhu l-l-ippjanar tal-gvern għal re-paving tal-bankini fix-xatt ta' Tas-Sliema, Triq Bisazza u Triq it-Torri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isir xogħol fuq il-pavimentar tal-bankini fil-biċċa t’isfel ta’ Tower Road wara li tbiddlu s-servizzi u twessgħu il-bankini. Għall-bidu tas-sena d-dieħla, għandu jsir ix-xogħol fuq il-parti ta’ fuq ta’ Tower Road (mill- HSBC Bank sal-Pjazzetta). Dwar Triq Bisazza, il-pjani jiġu konklużi wara diskussjoni fid-dettal li trid issir hekk kif jitlesta x-xogħol fuq Tower Road. Il-Kunsill Lokali Sliema qed ikun involut fil-koordinazzjoni tax-xogħol.
Leg 11 PQ #3733 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Council Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema entità/dipartiment/awtorità se tmexxi l-award 'Local Council Green Challenge'? L-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali se tkun involuta? X'inhuma l-kriterji li se jintużaw għal dan il-Local Council Green Challenge Award?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-award Local Council Green Challenge hi intiza biex tinkoraġġixxi inizzjattivi minn Kunsilli Loali favur l-ambjent, fosthom dawk ta’ l-enerġija alternattiva. Għadhom qegħdin jiġu ffinalizzati d-dettalji ta’ din l-iskema.
Leg 11 PQ #3751 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rifużjoni lura ta' multa

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġietx rifuża lura l-multa li kienet ġiet ikkundannata tħallas mit-tribunal ta' San Pawl il-Baħar meta dan kien appella u kien ġie liberat mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta)? Jaf li din il-persuna ilha tikteb konsistentement lill-awtoritajiet kollha konċernanti iżda qatt ma ħadet risposta? Jidhirlu li b'hekk din il-persuna ġiet misruqa mill-Gvern u li għandu jintervjeni immedjatament sabiex issir ir-rifużjoni neċessarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Uffiċjal Awtorizzat tal-Kumitat Konġunt Tramuntana (li jkopri il-Kunsilli Lokali li l-kontravvenzjonijiet tagħhom jinstemgħu quddiem it-Tribunal Lokali ta’ San Pawl il-Baħar) ma wasallux l-inkartament mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bid-deċizjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Biex ma jkunx hemm aktar dewmien sabiex il-persuna msemmija tingħata r-rimedju mistħoqq, ingħatat direttiva sabiex l-inkartament jiġi mgħoddi lill-imsemmi Kumitat Konġunt permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali li minn naħa tiegħu ser jassigura li tingħata r-rifużjoni meħtieġa.

Vapur t'Għawdex — Sistema ta' kif jitpoġġew il-karozzi

Question

Billi b'mod ripetut dawk li jkunu fl-ewwel parti tal-queue, jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur t'Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr Għawdex, jispiċċaw biex jinżlu ħafna wara dawk li jkunu qegħdin wara u dan għaliex it-tagħbija tal-karozzi tpoġġi lil tal-ewwel fil-ġenb tal-vapur, jista' jiġi assigurat li s-sistema ta' kif jitgħabbew il-vetturi tinbidel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-vetturi jitgħabbew skond il-queue tal-art pero il-crew ta’ abbord ikun jista jiddeċiedi biss fejn jitpoġġew il-vetturi minħabba li l-ispazju jkun irid jiġi mqassam skond in -neċessita tat-tagħbija.

Basktijiet tal-plastik — eco tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn eco tax fuq il-basktijiet kbar tal-plastik (suwed, griżi u bojod) li jintużaw għall-iskart?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati preżenti ta’ eco tax fuq basktijiet degradable u non-degradable huma € 0.02c u € 0.14c rispettivament, waqt li fuq il-basktijiet bio-degradable m’hemmx eco tax.
Leg 11 PQ #3859 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma nxtrat l-ebda karozza mill-1 ta' Marzu 2008 sallum. Pero' nixtieq ngħid li f'April ta' din is-sena tħallas il-kumplament tal-pagament ta' karozzi li kienu nxtraw f'Diċembru tal-2007 mill-Korp tal-Pulizija. Inżied ukoll li minn naħa tad-dipartiment tal-OIWAS, inxtraw żewġ karozzi tat-tip Kia Picanto LX 1.0L. mill-Refugee Vote liema vot kien u għadu jaqgħa taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali. Dawn iż-żewġ karozzi swew €8,850 il-waħda u jintużaw min Dar il-Liedna u Dar is-Sliem rispettivament.