Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2789 u jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq il-profitt gross u dħul ieħor mixxellanju separatament bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2789.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2793 u jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf, x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Min huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm, minn min hu amministrat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” pubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2793.
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2795 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm, meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Billi uffiċjal tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp kien irrapporta fi Frar 2003 u bħala parti mill-proċess, l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp kienet ħarġet avviz ta' infurzar kontra sid il-fond iżda sussegwentement, sid il-fond in kwistjoni kien issottometta applikazzjoni biex jissanzjona l-imsemmija struttura illegali u l-Awtorità rrifjtat li toħroġ dan il-permess, jista' l-Prim Ministru jara li jitwettaq l-avviz ta' infurzar mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp dwar bini illegali ta' struttura fil-Ħamrun li fiha jitrabbew il-ħamiem? Riferenza tar-rapport qed tingħata separatamaent
Minn dakinhar sal-ġurnata ta' llum dan l-avviz ta' infurzar għadu ma ġiex imwettaq u infatti f'Settembru 2008, uffiċjal tal-Awtorità reġa' żar il-fond in kwistjoni u kkonferma li l-istruttura illegali għadha hemm. Il-każ huwa wieħed aktar serju minħabba li ġirien ibatu minn kundizzjonijiet mediċi kawza tal-fatt li qed jitrabbew ħamiem viċin ir-residenza tagħhom. Jaħsibx il-Prim Ministru li erba' snin huma altru milli biżżejjed biex l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp tieħu azzjoni konkreta u tiżgura li terzi persuni ma jbatux minħabba aġir illegali u abbużiv da parti ta' ħaddieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hu mistenni li fil-ġranet li ġejjin jitneħħa dan-l-inkonvenjent.
Jista' l-Ministeru jgħid x'permessi u/jew liċenzji jeħtieġu l-ħwienet kummerċjali li qed joperaw bil-kaxxi tal-logħob? Jista' jgħid humiex amusement jew gambling machines? X'kundizzjonijiet oħra huma imposti għat-tmexxija u l-operat ta' dawn il-ħwienet?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se ssir Triq il-Qawsalla f'Marsaskala? Ġew ivvotati flus għaliha? Għalfejn għada ma saritx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-programm ta' bini ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali. Madankollu għadha ma ġietx iffissata data meta ser joħroġ il-kuntratt għax-xogħol fuq din it-triq.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2960, 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena, Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3425 u jgħid meta ser jiġu pprovduti l-fanali dekorattivi approvati snin ilu mic-CRC, għal Triq San Lażru, Bormla?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3429 u jgħid meta ser isiru l-bollards dekorattivi madwar Bieb Santa Liena, Bormla, liema proġett kien approvat mic-CRC?
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema qed jaħdem bi proċedura fejn jitlob ħlas ta' €2.33 għal permess ta' crane, filwaqt li għall-istess permess, jekk l-applikant ikun żviluppatur, ikun mitlub €46.58? Jista' jinvestiga ukoll jekk skond ir-regolamenti tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li diġà jitolbu lill-iżviluppatur li jħallas depositu fuq xi ħsara li tista' ssir fuq bankina, l-istess kunsill ta' Tas-Sliema qed jitlob garanzija għall-istess skop? Peress li l-kunsill lokali qed jitlob ħlas għall-ħitan li jkunu mibnija f'toroq bħala ilqugħ kif ikunu mitluba li jinbnew mill-istess Awtorità, jista' l-gvern iwaqqaf dan l-aġir? Jista' l-gvern jara jekk il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandux bye-lawgħal dawn il-proċeduri, u jekk għandu bye-law jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-bye-law?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' learning support assistants li fil-fatt huma impjegati bħalissa mal-Ministeru tal-Edukazzjoni? F'liema skejjel, individwalment, u kemm f'kull każ hu n-numru ta' assistants impjegati f'dawn l-iskejjel? Kemm hu n-numru ta' studenti li qed igawdu minn dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm total ta’ 1271 Learning Support Assistants li minnhom 451 huma regolari u 820 huma supply.
Dawn il-Learning Support Assistants huma mqassma fi skejjel primarji, sekondarji u skejjel/ċentri speċjali u sommarji, kif inhu indikat fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bħalissa hemm total to 1585 student statemented fl-iskejjel mainstream ta’ l-istat li qed igawdu minn dan is-servizz, u li huma mqassma hekk: 923 fl-iskejjel primarji, 723 fl-iskejjel sekondarji u 19 fis-settur post-sekondarju. Minbarra dawn, hemm wkoll 255 student oħra fl-iskejjel speċjali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għand il-joint office biex persuni li joqogħdu fil-proprjetà amministrata mill-joint office jixtru dik il-proprjetà? F'liema lokalitajiet, f'numri separati, jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Billi ħafna drabi persuni li jixtru proprjetà speċjalment in shell form ikollhom problema meta l-perit tad-dipartiment jagħmel spezzjoni tal-post (u dan għaliex bejn iż-żmien li jinxtara l-post u dak ta' meta ssir l-ispezzjoni jkun sar ammont ta' xogħol li jbiddel il-valur tal-post), jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-perjodu jiqsar biex jiġu evitati problemi bla bżonn kemm lix-xerrej kif ukoll lil min ibigħ il-proprjetà?
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 3789, 3790 u 3791 dwar estimi riveduti għan-nefqa rikorrenti fuq pagi u salarji għas-sena finanzjarja 2008 li minnhom jirriżulta żieda fin-nefqa fuq pagi u salarji ta' € 22.9 miljun bejn dak li ġie stmat u dak li ser ikun intnefaq, u b'referenza għall-paġna 22 tal-estimi finanzjarji għas-sena 2009 fejn għall-personal emoluments minn kolonna (3) għal (2) jidher li ż-żieda fin-nefqa għall-emoluments ser tkun ta' €29 miljun, jista' l-Ministru juri kif dawn iż-żewġ ċifri jistgħu jiġu rikonċiljati?
Peress li l-Ministeru tat-Turiżmu, kien applika sabiex tinbena public convenience fi Ġnien Santa Margerita Bormla, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u jekk ġiet approvata, allura meta ser isir il-bini tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni ta’ din il-public convenience qed tiġi pproċessata mill-MEPA. Il-MEPA talbet lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sabiex tibdel il-pjanti tal-proposta sabiex jiġu konformi ma’ istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Malli dawn il-pjanti jiġu sottomessi, il-proċess tal-ippjanar jipproċedi sabiex joħroġ il-permess tal-bini.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex individwu, li qiegħed bħala imprest driver mal-gardening unitma ntalabx jirrifondi flus li huma dovuti lid-Direttorati tal-Edukazzjoni u li huma konsiderevoli, meta sa mill-1987 sa kmieni din is-sena kien qed jiġi mħallas bir-rata ta' imprest truck driver u minflok it-truck dan l-individwu fl-987 kien daħħal van? Biex tkompli taggrava s-sitwazzjoni, dan l-istess individwu jirrifjuta kontinwament li jgħabbi inġenji tal-ġardinara jew inkela skart goff bħal żbir tas-siġar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li malli d-Dipartiment konċernat sar jaf li kien qed ikun ipprovdut servizz ta’ van flok truck, saru l-arranġamenti meħtieġa biex titħallas ir-rata applikabbli.
Għandu jingħad li waqt li l-ispejjeż tal-fuel tat-trucks ma jkunux rifużi, is-sewwieqa li jipprovdu servizz ta’ van huma ntitolati għall-ħlas ta’ fuel użat fuq xogħol tal-Gvern. Fil-każ in kwistjoni kien stabbilit li l-individwu msemmi, għalkemm tħallas rata oghla, qatt ma tħallas tal-fuel li kien ikun intitolat għalih kieku tħallas bir-rata ta’ van.
Ma wasal l-ebda rapport li xi individwu irriffjuta li jagħmel xi xogħol li kien ordnat jagħmel.
Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż hemm pendenti ma' suppliers tal-ponsjetti u indoor plants in konnessjoni mal-perijodu tal-Milied 2007, meta nxtaw numru konsiderevoli ta' fjuri tal-ponsjetta u indoor plants, xi uħud minnhom għal prezz ta' madwar LM 20 li kienu ingħataw lil konstitwenti ta' persuna fil-Ministeru tal-Edukazzjoni bħala omaġġ għall-Milied?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru m’għandux kontijiet pendenti dwar is-suġġett imsemmi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm requisitions forms ġew preżentati matul din is-sena mill-gardening unit għal materjal biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu u kemm minnhom ġew aċċettati? X'kienu ir-requests oġġett b'oġġett u kemm kien il-valur globali tagħhom? Min kienu s-suppliers u kemm intnefqu flus għand kull supplier?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul din is-sena ġew ippreżentati 45 requisition forms mill-Gardening Unit għall-materjal biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu. Minnhom gew aċċettati 43.
Lista tar-requests oġġett b’oġġett, kemm kien il-valur globali tagħhom, min kienu s-suppliers u kemm intefqu flus għand kull supplier, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttorat għas-Servizzi Edukattivi — gardening unit - ġardinara
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm s'issa hemm ġardinara mill-gardening unit taħt id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi li ġew ingaġġati mal-Kulleġġi? X'qed iżomm li aktar ġardinara ma jiġux detailed permanentement mal-kulleġġi kollha? Min jeħodha deċiżjoni bħal din?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ebda Kulleġġ ma għandu ġardinara allokati miegħu, għalkemm hemm xi ġardinara allokati ma’ xi skejjel. Il-ħsieb li dan isir qiegħed hemm u dan jiġi mwettaq fil-qafas tar-Riforma tal-Edukazzjoni. Din id-deċizjoni ittieħdet mid-direzzjoni tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.