San Viċenz De Paule — Child Care Centre għall-istaff
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3331 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf child care centre għall-istaff li jaħdmu San Vinċenz de Paule?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3328 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għall-Infrastrutura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-promenade li kellu jsir mill-Qajjenza sa Birżebbuġa?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3329 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisbiħ fil-promenade ta' l-Għadira?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3707 u jara li l-ħajt li nbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3828 u 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3449.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' intake ta' avukati ġodda fl-A.G.? Huwiex veru li din il-problema għall-intake il-ġdid hi waħda ta' spazju tal-uffiċini?
Bormla — proġett ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar minnu l-proġett approvat mic-CRC u li għalih ħarġu t-tenders ukoll, fid-daħla ta' Bormla ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna? Jista' jgħid jekk u meta ser issir?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3417 u jgħid x'sar minnha l-wegħda li saret mis-CRC xhur ilu, li jitpoġġew 33 bank ġdid fi Pjazza Santa Margerita Bormla?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3407 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x'sar mill-proġett ta' pavimentar ma' ġenb il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Jekk ser isir, jista' jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti breakdown xahar b'xahar tal-ammonti totali li l-persuna rċeviet u l-ammonti allegatament żejda li l-istess persuna rċeviet bħala għajnuna soċjali mill-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-propjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex propjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' plots tal-Gvern li tqassmu mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin li għaddew u li għadu ma jistax jinfeda ċ-ċens tagħhom peress li għadhom ma ttieħdux il-passi neċessarji t'esproprazzjoni? Fejn jinsabu dawn il-plots? Meta hu misteni li tinsab din il-problema?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul is-snin li għaddew, l-Awtorita' ta-Djar qassmet 1,295 plot lill-individwi halli jibnu d-djar tagħhom. Barra minn dan kien hemm 440 plot oħra li fuqhom l-Awtorita' bniet djar li ġew mibjugħa. Dawn il-plots jinsabu mifruxin f'sebgħa u erbgħin lokalita' tal-gżejjer Maltin u Għawdxin. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment tal-Artijiet biex tinstab soluzzjoni għall-problema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li nħolqot fis-snin sebgħin.
.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru fejn kienu ċ-ċimiterji fil-Mosta u fil-limiti tal-Mosta sa ħamsin sena ilu? Jista' jgħid jekk dawn l-artijiet li kienu jew għadhom jintużaw bħala ċimiterju kenux art tal-gvern jew art tal-Knisja jew privata?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tas-swar tal-Belt li tagħti għal fuq Marsamxett, u li l-blata ta' taħthom fil-fatt waqgħet matul l-aħħar xhur, tiġi b'xi mod irranġata għaliex il-ġebel tas-swar huma esposti minn taħt u jistgħu jaqgħu b'dannu kbir għal dawn l-istess swar?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3850, tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti hemm biex mature students jibqgħu impjegati f'istituzzjoni/kumpannija pubblika, parastatali, tal-Knisja jew privata? Jingħata xi sponsorship jew allowance biex jagħmel tajjeb għal dan minn naħa tal-Università u/jew minn min iħaddem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li uffiċjali pubbliċi jingħataw opportunitajiet ta’ taħriġ kemm f’Malta kif wkoll barra. Għal dan il-għan, jitsgħu jingħataw study leave bi ħlas jew bla ħlas, kif wkoll benefiċċji oħra skond kif ipprovdut fil-Manual on Staff Development in the Public Service.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu, u fejn huma, maqsuma raħal b'raħal, ir-registration orders li għadhom urġenti bħalissa? F'liema nħawi kienu ir-registration orders li tneħħew matul l-aħħar sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-requistion orders. Jekk dan hu l-każ nitolbu jikkjarifika x'qed jifhem b'requition "orders li għadhom urgenti bħalissa"
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-ġuvnott li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u tara għaliex wara sentejn dan għadu ma rċeviex il-BTEC diploma in electrical and electronics?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-persuna li isimha ntbagħat separatament kien juri li hu weħel minn wieħed mill-units tal-First Diploma u ghalhekk ma kienx eligibbli biex jigi iċċertifikat. F’Jannar ta’ 2008 l-istudent għamel talba għall-reviżjoni tal-grad, liema talba giet milqugħa pożittivament. L-istudent kien infurmat b’dan il-bdil fil-grad immedjatament. B’rizultat ta’ dan saret talba lill-Edexcel biex joħroġlu ċ-cċertifikat u dan wasal fi żmien ftit xhur. Mal-wasla taċ-ċertifikat kien skopert li dan ma kellux il-logo ta’ l-MCAST u għalhekk kellu jintbagħat lura immedjatament għal sostituzjoni. Dan iċ-ċertifkat għadu ma wasalx minkejja li saru ħames talbiet.
Jista' l-Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti taċ-Ċimiterju tal-Ħabs? Jista' jgħid kif fil-preżent qed jintuża' dan l-ispazju u jekk hemmx permess li persuni privati jżuru dan iċ-ċimiterju? Jista' jgħid jekk dan iċ-Ċimiterju għadux jitbierek u jekk hemmx permess li jmorru pelegrinaġġi għal dan il-post? Jista' jgħid jekk dan iċ-ċimiterju hux qed jintuża' biex fih jinżammu fniek u tjur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi xi snin ilu, il-fdalijiet ta' dawk midfuna fiċ-ċimiterju tal-ħabs kienu tneħħew u ttieħdu fil-kannirja taċ-Cimiterju ta' Maria Addollorata. Issa peress li llum mhux permess li jsir aktar dfin fih, il-valur tiegħu bħala ċimiterju huwa biss simboliku. Għaldaqstant m'għadux isir tberik u lanqas isiru pellegrinaġġi f'dan il-post.
Infurmat ukoll li fil-preżent iċ-ċimiterju tal-ħabs iservi bħala ġnien fejn, barra li jitkabbru diversi pjanti u fjuri, jitrabbew xi tjur u anke fniek bħala parti mill-programm tar-ri-abilitazzjoni tal-priġunieri.
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra ir-ritratti kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?