Jista' l-Ministru jagħti fiġuri ta' kemm kien is-savings tal-poplu tul dan l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitliba tidher f’din it-tabella:
€ millions
Year
Household Deposits
1998
3,762.1
1999
3,970.8
2000
4,162.1
2001
4,555.8
2002
4,941.9
2003
5,078.8
2004
5,199.7
2005
5,361.3
2006
5,687.3
2007
6,541.8
2008*
6,678.3
latest
available
* end of September 2008 and are still provisional.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2663, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li l-Gvern Ċentrali qed jgħin? Xi kriterji qed jintużaw biex jiġu identifikati dawn il-postijiet? Dan is-servizz kemm qed jiswa lill-gvern? Kemm tħallsu flus għal kull lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn iż-żoni ġew identifikati bħala l-aktar iffrekwentati minn nies kemm Maltin kif ukoll turisti u għaldaqstant kienu jirrikjedu tindif aktar ta’ spiss.
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka l-għajnuna li ngħatat lill-Kunsilli Lokali matul l-aħħar sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma matul is-sena li għaddiet taċ-Ċentru għar-Riċerka u Taħriġ tal-Politika? Jista' jgħid x'se tkun il-ħidma ta' dan iċ-ċentru għas-sena d-dieħla u kif inhu ppjanat li se tintnefaq is-somma vvotata ta' €200,000? Jista' jagħti indikazzjoni ta' x'sistema ta' tmexxija għandu dan iċ-ċentru u min huma l-persuni responsabbli minn din it-tmexxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iċ-Ċentru għat-Taħriġ u Riċerka fil-Politikà Amministrattiva beda jopera matul dis-sena sabiex jittieħdu inizjativi ta’ priorità nazzjonali fuq taħriġ u riċerka skond il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku.
Għal dan il-għan, twaqqaf il-
Head Office
biex jikkoordina l-ħidma ta' dan iċ-Ċentru u matul is-sajf iċ-Ċentru ngħata l-inkarigu biex jieħu ħsieb il-proċess ta'
pre-selection
ta' Diretturi fis-Servizz Pubbliku permezz ta' metodi innovattivi.
Barra minhekk, iċ-Ċentru kellu diskussjonijiet ma’ l-ogħla awtoritajiet ta’ l-Università biex jitwaqqaf
Research Advisory Council
biex jipproponi riċerka fuq prioritajiet nazzjonali u t'interess kemm għas-Servizz Pubbliku u kif ukoll għall-Università. Xogħol fuq din ir-riċerka għandu jibda dalwaqt u jitkompla s-sena d-dieħla.
Flimkien ma’ l-i
Staff Development Organisation
li llum jifforma parti miċ-Ċentru ġew finalizzati l-pjanijiet biex jimbnew il-faċiltajiet taċ-Ċentru fil-Furjana fejn kien hemm il-Lottu Pubbliku u x-xogħol għandu jitlesta s-sena d-dieħla. Is-somma ta' 200,000 ġiet vvutata għal dan il-għan.
Is-sena d-dieħla, ċ-Ċentru se jiffoka wkoll fuq ħidma biex issir analizi tal-ħtiġijiet ta' uffiċjali pubbliċi u b'hekk jitfasslu programmi ta' taħriġ marbuta ma' din l-analiżi. Se jitkompla wkoll il-proċess biex korsijiet organizzati miċ-Ċentru jkunu akkreditati.
Iċ-Ċentru hu mmexxi minn uffiċjal fi grad numru 2 (Dr Philip von Brockdorff) u żewġ diretturi (Ms Joanna Genovese u Mr Charles Polidano). Ingħataw dan l-inkarigu abbażi ta’
lateral transfer
.
Inċentivi tas-servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet
Question
Fid-dawl tad-diskors tal-budget 2009 fejn intqal li flimkien mal-Awtoritajiet kompetenti se jiġu inċentivati servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser b'dan? Irid jikkoraġġixxi familji Maltin u Għawdxin iżommu studenti barranin magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-miżura msemmija li tidher taħt is-sezzjoni “Lokalitajiet Sostenibbli” hi ntiża biex tinkoraġġixxi t-tixrid tat-turiżmu fil-lokalitajiet li għalkemm mhux tradizzjonalment assoċjati mat-turiżmu għandhom il-potenzjal li joffru esperjenza unika għat-turist. Il-miżura tinkoraġġixxi ftuħ ta’akkomodazzjoni kollettivi żgħar bħal boutique hotels u jew guest houses li jkunu jistgħu joffru servizz aktar personalizzat u li jenfasizza t-tradizzjoni t’ospitalità li l-Maltin huma magħrufa għaliha.
Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' Senior Principal
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ Senior Principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-vakanzi fil-grad ta’ Senior Principal jimtlew skond l-esiġenzi tas-Servizz u l-prioritajiet tal-Gvern skond kif identifikati u miftehma waqt il-capacity building fora li jsiru regolarment bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' żbroff/fawran tad-drenaġġ rapportati lill-awtorità konċernata f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu żbroff/fawran fil-widien u x'passi ttieħdu? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu f'dan id-dipartiment konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi użuri biex ir-raħħala jtaffu l-ispejjeż enormi li llum għandhom biex ikabbru l-għoġġiela u dan sabiex ikun evitat kemm piż fuq ir-raħħala kif ukoll moħqrija fuq l-għoġġiela?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3681 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern u tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp dwar id-diversi micro turbines tar-riħ li hemm f'diversi residenzi privati f'ċerti każi fuq il-bjut u f'każ partikolari anke fil-ġonna privati tagħhom? Jekk m'hemmx pożizzjoni ċara hemm xi ħsieb li tiġi formulata policy dwarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA abbozzat "policy" li tirregola t-turbini tar-rih u li ġiet ipprezentata lill-Bord tal-MEPA. Minħabba diffikultajiet li nħolqu minn xi apparat li ġie nstallat f'inħawi residenzjali saru konsultazzjonijiet ma’ diversi esperti u ma’ letteratura minn barra minn Malta. Fid-dawl ta' dan, il-Bord tal-MEPA ta direzzjoni biex jinbeda l-proċess għal żmien ta' prova qabel il-"policy" tiġi addottata fuq bażi aktar wiesgħa. Aktar dettalji mistennija jingħataw fil-futur qarib.
Policies
għal inħawi mhux residenzjali ukoll ġew proposti. Dawn ta' l-aħħar huma marbutin b'anqas diffikultajiet biex jiġu applikati. Fil-fatt il-MEPA diġà approvat numru ta' turbini "
microwind
" fi nħawi mhux residenzjali.
Ċimiterju tal-Addolorata — Aċċess għall-persuni anzjani jew b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti ta' persuni anzjani/b'diżabilità li jixtiequ li jkollhom aċċess biex ikunu jistgħu jżuru l-oqbra li hemm f'section KA-M taċ-ċimiterju tal-Addolorata imma minħabba li t-taraġ huwa tal-franka jagħmel dan diffiċli?
Jista' l-Ministru jara li jsir patching ta' għadd ta' potholes li hemm f'Regional Road meta wieħed ikun qed isuq minn St Andrews permezz tal-mina lejn ir-roundabout tal-Kappara fis-slow lane tal-mina? Japprezza li dan huwa xogħol tal-Gvern ċentrali u mhux dak lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet meħtieġa ġew ordnati biex isiru mill-iktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li jekk tkun ta' eta' żgħira ma tkunx tista' tingħata mediċina mill-Isptar. Persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġiet infurmata li n-neputi tagħha ta' sentejn u nofs ma jistax jingħata l-insulina b'xejn mill-Isptar minħabba l-eta' tenera tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi mpurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati, li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbzu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq Giovanni Scicluna, Triq l-Ispavier, Triq in-Narċis u l-inħawi maħgrufa bħala z-zona ta' Landar f'Hal Għaxaq biex jiġu mgħoddija s-servizzi fihom b'mod permanenti u jsir il-wiċċ ta' dawn it-toroq li s'issa qatt ma saru u li r-residenti ħallsu r-road contributions tagħhom madwar 16-il sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq it-Telleritu u l-inħawi magħrufa bħala tal-Qattus f'Hal Għaxaq biex jiġu mgħoddija s-servizzi, fosthom dak tad-drenaġġ, b'mod permanenti u li s'issa qatt ma sar minkejja li r-residenti ħallsu r-road contributions tagħhom madwar 18-il sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li parti sostanzjali minn Triq it-Telleritu u l-inħawi magħrufa bħala tal-Qattus f’Ħal-Għaxaq, diġa’ għandhom is-servizz tal-ilma mgħoddi permanenti. Madanakollu, għad baqa’ parti fejn is-servizz huwa mgħoddi b’mod temporanju minħabba li t-triq għadha mhux iffurmata sewwa.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jista’ jindika għal-liema parti tal-lokal preċiż qed jirreferi, wieħed ikun jista’ jagħti aktar dettal.
Rigward id-drenaġġ, ninsab infurmat li x-xogħol huwa pendenti sakemm il-MEPA tieħu deċizjoni fuq applikazzjoni relatata ma’ dan ix-xogħol.