Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Triq is-Sebħ - Footway Bridge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3475 u jgħid meta se jsir il- footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jghid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Sqaq l-Għadira - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3473 u jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-ADT?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

direttivi għall-każijiet residenzajli ordinarja

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3922, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kriterji li ffissa fid-direttivi japplikawx għall-każijiet ta' residenza ordinarja okkupati minn residenti/allokaturi Maltin? Jaf li dejjem kienet il-konswetudni li residenzi ordinarji ta' persuni kienu jkollhom il-valur tal-fond liberu u frank stmat fuq bażi differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttiva Ministerjali hija ċara biżżejjed u tolqot il-bejgħ kollu kemm residenzjali kif ukoll dik kummerċjali.

Trade Licensing Unit — Irċevuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Trade Licensing Unit mhix tibgħat irċevuti għall-ħlas ta' permessi sa xahar wara li jkun sar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ permessi ta’ applikazzjonijiet ġodda isiru b’mod regolari u ma jeżisti l-ebda backlog f’dan ir-rigward. Rigward il-ħlas għal tiġdied ta’ permessi li ħarġu fi snin oħra, dawn bdew igawdu minn roħs sostanzjali frott ta’ emendi li daħlu fis-seħħ f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Tajjeb li wieħed jispjega li bis-sistema l-ġdida il-ħlas huwa bbażat fuq il-footprint tas-sular terran. Għaldaqstant kull detentur kellu mal-ħlas tal-liċenzja jagħmel dikjarazzjoni tal-qisien rikjesti sabiex din l-informazzjoni tiddaħħal ġo-database u tkun tista’ toħroġ kopja ta’ liċenzja mġeddha. Dan il-proċess huwa neċessarju imma huwa proċess li jieħu tul taż-żmien peress li kull dikjarazzjoni trid tiġi iċċekjata. Il- ħlas tal-licenzji issir fil-fergħat kollha tal-Maltapost u kull detentur li għamel ċekk pagabli lil -Maltapost, ingħata rċevuta . Kien hemm uħud iżda li minflok li għamlu u iċ-ċekk pagabli lil Maltapost għamluħ pagabli lid-Direttur tal-Kummerċ. Minflok li intbgħatu iċ-ċekkijiet lura, dawn iċ-ċekkijiet ġew mgħoddija lit-Trading Licencing Unit li qegħda taħdimhom bil-metodu msemmi iktar l-fuq.

Mammography

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm rigward skema għal mammography għal nisa i) bi storja medika ta' kanċer fis-sider? ii) bi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jispjega n-nefqa supplimentari għas-sena 2008 kif riveduti fis-supplementary estimates 08 Kapital Vot IX € 12,124,000 Rikorrenti Vot 39 €37,650,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa supplimentari?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jispjega ż-żieda approvata għas-sena 2008 fis-supplementary estimates taħt Vot X Kapital € 18,824,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa kapitali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jara paġna 45 tas- Supplementary Financial Estimates 2008 fejn hemm l-ispjega li qed jitlob.

Infermiera fi skejjel kbar

Question

Tista' l-Ministru tiddikjara jekk hemmx obbligu naxxenti mir-regoli komunitarji tramite r-regolamenti u direttivi fl-Unjoni Ewropea biex ikun hemm infermiera fi skejjel kbar bħall-Junior College? Hemm ħsieb li tintbagħat infermiera l-Junior College?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li m’hemmx obbligu li jkun hemm infermiera fi skejjel kbar bħall- Junior College li skont ir-regoli Komunitarji jew Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-Universita’ ta’ Malta qegħda fil-proċess li tassenja rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurta’ fl-oqsma kollha taħt ir-responsabbilta’ tagħha inkluż il-Junior College.

Direttorati tal-Edukazzjoni — sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' sick leave meħud mis-sezzjonijiet li jaqgħu taħt iż-żewġ Direttorati tal-Edukazzjoni, xahar b'xahar matul din is-sena, sezzjoni b'sezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammont globali ta’ sick leave meħud mis-sezzjonijiet (man-days) li jaqgħu taħt iż-żewg Direttorati ta’ l-Edukazzjoni flimkien, xahar b’xahar, bejn Jannar u Settembru, 2008, hu kif jidher hawn taħt: XAHAR MALTA GĦAWDEX Jannar 6322 645 Frar 6196 572 Marzu 4138 451 April 6085 625 Mejju 6050 514 Ġunju 2897 321 Lulju 631 92 Awwissu 394 60 Settembru 827 92 Total 33,540 3,372 Ma tinżammx statistika separata għas-Sezzjonijiet.

Awtorità dwar it-Trasport — Azzjoni Neċessaarja

Question

B'referenza għall-ittra mibgħuta separatament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2624 u jgħid x'wieġbet l-Awtorità dwar it-Trasport peress li għaddew tmien xhur mindu ntalbet il-veduti tagħha u azzjoni neċessarja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni Akkużati bi stupru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2844 u jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kien hemm persuni akkużati bi stupru li: a.) nżammu taħt house arrest b.) nżammu l-ħabs sakemm instemgħu l-każi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Sena House Arrest Inżammu l-Ħabs Liberta' Proviżorja Normali 2004 1 2 2005 1 2006 1 2 2007 4 2008 10 1 Total 3 14 5

Sptar Mater Dei — Self ta' apparat mediku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2625, jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena: Kemm kien hemm drabi fejn sptarijiet privati li ssellfu apparat mediku mill-Isptar Mater Dei u x'kien dan l-apparat mediku? Kemm kien hemm drabi fejn l-Isptar Mater Dei ssellef apparat mediku mill-isptarijiet privati u x'kien dan l-apparat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat matul din is-sena kien hemm 63 okkazzjoni meta sptarijiet privati issellfu apparat mediku mill-iSptar Mater Dei. Dan l-apparat mediku kien tal-Ortopedija, tal-Kardjologija, tad-Dentistrija, tan-Newrokirurġija, tal-Uroloġija, tal-Ġinekologija, tal-Oftalmoloġija, tal-ENT u tal-Kirurġija Plastika. Matul l-istess perjodu l-Isptar Mater Dei ssellef apparat mediku mill-isptarijiet privati 14-il darba. L-apparat kien tal-Ortopedija, tal-Uroloġija u tal-Kirurġija.

Sptarijiet privati jissellefu apparat mill-Isptar Mater Dei

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2625, jekk l-isptarijiet privati qed jissellfu b'xejn apparat mediku mill-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jispjega kif qed jitolbu ħlas mingħand il-klijenti tagħhom għall-użu ta' dan l-apparat mediku?

Response (DALLI, JOHN)

Kif diġa infurmajt lill-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2625 is-self ta’ l-apparat mediku bejn l-iSptar Mater Dei u sptarijiet privati isir bil-kundizzjoni li ma jfixkilx l-operat tal-partijiet rispettivi u mingħajr ħlas għall-ebda parti. Nifhem illi sptar privat jitlob ħlas għal servizz provdut u mhux għall-użu ta’ apparat mediku.
Leg 11 PQ #3594 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Bonus addizzjonali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-segretarji permanenti kollha jingħataw bonus addizzjonali għax żdiedilhom ix-xogħol minħabba li naqsu l-għadd ta’ ministeri? Jekk iva kemm hu mistenni li jkun dan il-bonus addizzjonali? Dan se jingħata lil kulħadd awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iż-żjieda fid-doveri ta’ kull uffiċjal naturalment tittieħed in konsiderazzjoni meta jkun qed jiġi kkalkulat il-Performance Bonus u l-Allowance ta’ kull uffiċjal fl-eżerċizzju oġġettiv ta’ evalwazzjoni li jsir kull sena.
Leg 11 PQ #3671 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x 'ħidma saret fis-sajf li għadda bejn Ġunju u Settembru biex ikun hemm sistema effiċjenti ta' ġbir ta' skart f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar tawwal il-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart skond il-ħtiġiet tal-lokal. Fiż-żoni turistiċi, l-iskart nġabar anke fil-Ħdud u l-festi pubbliċi. Il-Kunsill qabbad gwardjani lokali pajżana biex jissorveljaw l-area kontra l-ħruġ ta’ skart minn residenti jew entitajiet kummerċjali f’ħinijiet jew postijiet li fihom l-iskart ma kellux jinħareġ. Il-Kunsill għamel ftehim ukoll ma’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex ikun hemm tbattil addizjonali tal- multi-litter bins kif ukoll il-ħasil ta’ ċertu żoni turistiċi. Barra minn hekk, il-Kunsill offra s-servizz tal-ġbir ta’ skart bil-goff bla ħlas għar-residenti, anke dawk li jmorru joqgħodu hemm fix-xhur tas-sajf biss, u offra servizz speċjali ta’ ġbir ta’ skart bil-goff erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jinġabar skart li jintrema minn xi nies irresponsabbli.

Awtorità li tara li toroq huma safe

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-Awtorità li tara li toroq tagħna jkunu safe biex issuq fuqhom? Kemm-il darba triq tiġi liċenzjata li hija tajba biex jgħaddi t-traffiku minnha? Tista' triq tiġi dikjarata li mhijiex tajba biex jagħddi t-traffiku minn fuqha? Kemm kien hemm toroq mill-2001 sal-2008 li ġew dikjarati li mhux tajbin li t-traffiku jgħaddi minn fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta toroq arterjali u distributorji jkunu kostrutti skond lis-specifications ta’ l-ADT tas-sena 2003, dawn it-toroq huma awtomatikament tajbin biex jgħaddi t-traffiku minn fuqhom. Mill-2001 li hawn kien hemm każijiet fejn toroq ma baqawx tajbin biex jgħaddi traffiku minn fuqhom għax żviluppaw ħsarat fihom. F’dawn il-każi t-toroq jingħalqu totalment jew parzjalment bl-inqas inkonvenjent għal pubbliku sakemm il-ħsarat jirranġaw. l-ADT ma għandiex records speċifiċi ta kemm kien hemm minn dawn il-kazijiet mill-2001 lil hawn.

Korporazzjoni Enemalta — Konsum tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-elettriku xahar b'xahar fis-snin 2006, 2007 u 2008? Il-korporazzjoni Enemalta kemm tikkalkula li qiegħed isir telf ta' elettriku minħabba l-inefiċċjenza tas-sistema u l-grid lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, iċ-ċifra hi bejn 5% u 7%.

Konsum tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-ilma ħelu xahar b'xahar fis-snin 2006, 2007 u 2008? Kemm jiġi ikkalkulat li jinħela ilma minħabba l-ħsarat li jkun hemm fit-toroq u jikkawża ħsarat fil-kanen u pajpijiet fl-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoħħi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba. Ma nistax nirrispondi t-tieni parti tad-domanda għax l-istatistika ma' tinżammx b'dan il-mod.

Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — stratigic group u executive committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inħatru l-membri tal-stratigic group u tal-executive committee tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? Kien hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Kemm qed jitħallsu? Hemm xi regolatur li jirregola x-xogħol ta' dawn iż-żewġ gruppi u liema liġi tispjega kif għandhom jinħatru dawn il-gruppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iStrategic Group jiġbor fih kapijiet ta’ diversi Units fi ħdan il-MEPA u ma jsir l-ebda ħlas addizzjonali minn barra s-salarju. L- Executive Committtee hu maħtur mill-Bord tal- MEPA u l-membri maħtura tal- Executive Committtee jitħallsu € 27.95 kull sessjoni. Il-ħatra ta’ dawn iż-żewġ kumitati mhiex stabbilita fil-liġi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal- Executive Committee jiġu approvati mill-Bord tal- MEPA .

Mosta — wiċċ ġdid lit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq li beħsiebu jagħti wiċċ ġdid ġewwa l-Mosta? X'inhu it-time frame li sejrin jieħdu sabiex jitlestew? Qed isir xi eżerċizzju ieħor biex jinkorpora fih toroq ġodda oħrajn ħalli dawn ukoll jkunu jistgħu jingħataw wiċċ ġdid bl-asfalt jew tarmak?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorita Dwar it-Trasport, fil-lokalità imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant fix-xhur li ġejjin ser isiru xogħlijiet f’ dawn it-toroq: Kumplament ta’ Triq il-Ħtajriet bejn Triq Sant’ Antnin u Vjal il-Qalbiena Mostin; Parti minn Triq l-Inkurunazzjoni; Triq Patri Avertan Fenech; Triq Ferdinand Calleja; Triq Gio. Dei Marchesi Mallia Tabone.