Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' ċesarji f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm tqum kull ċesarja f'isptar tal-gvern?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fit-Triq ta' Għajn Tuffieħa (l-isfel minn Sqaq Ciantar) issir speed camera jew inkella tittieħed xi miżura oħra li tiskoragixxi lil min isuq b’veloċità qawwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea li jistgħu jintużaw sabiex il-Victoria Lines ikunu restawrati? Jista' jgħid jekk inbediex xi xogħol s'issa u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol li sar ibbenefikax minn xi fondi u kemm kienu dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat m’hemmx pjanijiet li jintużaw fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea għar-restawr tal-Victoria Lines. Huwa ppjanat li fil-bidu tas-sena d-dieħla jitkompla x-xogħol ta’ r-restawr li ser ikun iffinanzjat b'fondi lokali.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa u b'mod partikolari l-parti tat-triq li twassal minn ħdejn ir-Roman Baths sat-Triq li tasal mix-Xemxija, tiġi rranġata qabel ma sseħħ xi traġedja li tħalli lil xi persuni mejtin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa ftit ġranet ilu kien jieħu l-pensjoni kontributorja u mingħajr ma ġie eżaminat minn bord mediku, dan qal li eżaminah u sab li mhux qed ibati minn marda serja, meta huwa skond ċertifikati mediċi jbati minn dipressjoni akuta u minn dahru, kif indikat fiċ-ċertifikati ta' konsulenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Fiċ-ċirkostanzi li m'hemmx appell mill-bord mediku lill-arbitru, għandu jigi rikonsidrat il-każ tal-persuna msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 3573 jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata risposta peress li numru kbir ta' residenti li hemm fil-viċinanzi tal-post indikat skoprew li nħareġ il-permess mill-MEPA meta l-applikazzjoni għal dan il-proġett ma twaħħlet qatt fil-pubbliku f'post prominenti fis-sit biex kull persuna jkollha dritt toġġezzjona? Tajjeb ngħid ukoll li dawn qegħdin f'inqas minn mitejn metru bħala distanza u li dawn kellhom kull interess li joġġezzjonaw anke minnħabba l-valur tal-fond tagħhom li jista' kollu effett b'dan il-proġett.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proċeduri biex inħareġ il-permess tal-MEPA ġew segwiti kollha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3572, nippreċiża li l-mistoqsija ma kenitx waħda ġenerika iżda li tagħmel referenza partikolari għal-linja 33KV li prattikament tissuplixxi l-elettriku lit-Tramunata ta' Malta u Għawdex kollu. Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Enemalta mistennija titrasferixxi din il-linja partikolari għal taħt l-art? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li diġà tħaffret mina taħt l-art għal dan il-għan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' omm li hija single mother u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li se titlef erba' xhur mill-pagament tal-għajnuna supplimentari għaliex l-applikazzjoni tagħha ma kenitx saret kif suppost minħabba nuqqas ta' ftehim dwar il-proċedura?
Jista' jara li din il-persuna tieħu l-benefiċċju dovut lilha mid-data li twieldet l-aħħar tarbija, jiġifieri minn erba' xhur 'l hawn u mhux mid-29 ta' Novembru 2008 kif ġiet approvata mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 u jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati, li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbzu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4038 u jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi impurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bla ħlas bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa kull xahar mill-2005 ‘l hawn? Jista’ jgħid kif jinżamm kontroll u rendikont ta’ passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel bla ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid jgħid li l-kontroll u r-rendikont ta’ passiġġieri li jużaw is-servizz tal-
Gozo Channel
bla ħlas, jinżamm billi jinħarġu biljetti għal ta’ l-apposta bir-rata ta’ €0.00 għal kull kategorija.
Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li mill-1 ta’ Novembru 2007 kienet imnedija skema fejn dawk l-anzjani li jippreżentaw il-Karta Anzjan ukoll jingħataw eżenzjoni milli jħallsu n-noll biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex.
Din l-iskema qed tkun ta’ suċċess kbir hekk kif 146,000 anzjan diġa’ għamlu użu minn din l-iskema mill-bidu tas-sena sa l-aħħar t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2765 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu reġistrati twelid, imwiet u żweġijiet lokalitià b'lokalità f’Għawdex sena b'sena mill-2005 ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Għar-rigward l-aħħar domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika aħjar x'informazzjoni ulterjuri qed jirrikjedi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi tal-Gozo Channel f’dawn l-aħħar tliet snin biex iħajru iktar Maltin u barranin iżuru lil Għawdex? Meta daħlu u sa meta damu fis-seħħ? Kemm passiġġieri bbenefikaw kull xahar minn kull skema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
St. Venera — skola San Frangisk t'Assisi, - general hand
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fl-area 1 u 2 tal-istudenti fl-iskola San Frangisk t'Assisi, St. Venera hemm general hand wieħed jieħu ħsieb li jrid ilaħħaq waħdu fix-xogħol tiegħu ma' 32 klassi, ground, playground, staff room, uffiċini eċċ.?
Tikkonsidra l-Minstru li jiġu provduti general hands oħra u dan sabiex ilaħħqu ma' dan il-volum ta' xogħol kollu u eventwalment jassiguraw li tinżamm l-indafa li suppost għandha tinżamm f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iSkola Sekondarja tas-Subien San Franġisk t’Assisi , Sta. Venera, hemm erba’ General Hands u part-time Cleaner biex jieħdu ħsieb it-tindif fl-iskola.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.