Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Leg 11 PQ #35253 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali tal-Imsida — servizz ta' perit

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35069, kif ukoll għal fini tal-korretteza, jista' l-Prim Ministru jinformani biċ-ċifra ta' flus globali li rċeviet il-kumapnija msemmija u li tagħha l-persuna in kwestjoni huwa ukoll ir-rappreżentant tagħha ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #35254 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MEPA — shooting ranges - studju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25687, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-feasibility study indikat fir-risposta għal din id-domanda fil-fatt inbediex u jekk iva meta hu mistenni li jintemm? Jekk għadu ma bediex isir, meta hu mistenni li dan l-istudju jinbeda u jiġu konkluż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) wasal fil-fażi finali biex jaġġudika t-tender għas-sejħa biex jingħataw is-servizzi meħtieġa biex ikun jista’ jiġi kkumpilat l-istudju. Skont l-istess tender l-istudju għandu jkun sottomess lill-KMS sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta tinħareġ l-acceptance letter lill-kumpanija li tkun rebħet it-tender.

MCCAA — informazzjoni dwar il-kera tal-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' xogħol li għandu ċ-chairman preżenti tal-MCCAA? Jista' jinforma lill-Kamra għal kemm żmien hija mikrija Mizzi House bħala uffiċċji għal Malta Competition and Consumer Affairs Authority u jgħid kemm hu l-ammont tal-kirja sena b'sena, u jekk hemmx klawżola jew parti, fil-kuntratt tal-kiri, li tistipolażieda fil-kera? Jekk fl-affermattiv, b'liema rata tiżdied il-kera u x'inhuma r-raġunijiet marbutin maż-żieda u f'liema ċirkostanzi ? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kirja fuq il-Mejda tal Kamra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar iċ-chairman preżenti tal-MCCAA ngħatat permess ta PQ 32253. Dwar it-tieni parti tal mistoqsija li titratta l-kirja ta’ Mizzi House qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel żewġ faċċati tal-kuntratt li fihom l-informazzjoni meħtieġa mill-Onor. Interpellant.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

testijiet fuq emissjonijiet fuq commercial vehicles u trucks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-commercial vehicles u trucks humiex eżentati minn testijiet fuq emissjonijiet waqt VRT tests?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li vetturi kummerċjali kif ukoll trakkijiet, mhumiex eżentati minn testijiet fuq emissjonijiet waqt VRT tests.

Ħal Qormi — Triq Valletta - arblu tal-injam

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arblu tad-dawl tal-injam li hemm imwaħħal tempranjament fi Triq Valletta ftit 'il bogħod minn Triq il-Mitħna Ħal Qormi u biswit bini ġdid jitneħħa minn hemm minħabba l-periklu li dan jista' jikkawża?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-arblu tal-injam m’huwiex arblu tal-Enemalta.

Ħal Qormi — Sqaq l-Għadira - triq two way

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tar-residenti ta' Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi biex dan isir two way għar-residenti biss peress li hemm numru ta' garaxxijiet f'din it-triq u d-direzzjoni tat-traffiku toħloqilhom problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-talba diġà ġiet ikkunsidrata minn Transport Malta u mhux rakkmandat li tali talba tiġi milqugħa minħabba d-diffikultajiet u l-periklu li jinħoloq għax-xufiera li jkunu f'dik il-parti ta' dan l-isqaq li jinfed miż-żewġ naħat.

rotta 63

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex ir-Rotta numru 63 tal-Arriva ma ġietx fil-ħin tagħha nhar it-Tlieta 29 ta' Mejju 2012 bil-konsegwenza li diversi persuni waslu tard għax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li minn investigazzjoni li saret minn Transport Malta rriżulta li l-vjaġġ li kellu jseħħ fis-7.00 ta’ filgħodu ħareġ siegħa tard. Ir-raġuni li ngħatat mill-operatur kienet li x-xarabank inqabdet ġot-traffiku, bil-konsegwenza li l-passiġġieri tħallew jistennew għal perjodu ta’ siegħa. Infurmat ukoll li dan mhux aċċettabli għal Transport Malta u li l-kuntratt iffirmat mal-operatur jistipula li l-operatur għandu d-dmir li joħroġ xarabanks extra sabiex iżomm il-ħin massimu ta’ stennija stipulat fuq kull rotta. Għaldaqstant, Transport Malta se tkun qed tieħu il-provedimenti meħtieġa skont kif stipulat fil-kuntratt.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34509 fejn bħala risposta rreferieni għall-mistoqsija parlamentari 34508 li jiena kont għamilt lill-Ministru għal Għawdex u li għal liema mistoqsija, il-Ministru ma tatx l-informazzjoni mitluba u allura ż-żewġ Ministri qed jitfgħu dubbji serji fuq it-trasparenza, serjetà u kontabilità tal-Gvern fl-infiq ta’ flus il-poplu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ingaġġ ta’ casual social assistants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riżultat tal-intervista li kienet saret għall-ingaġġ ta’ casual social assistants ħariġx? Jekk ħareġ meta u kemm ġew impjegati casual social assistants ġodda minn dawk li kkwalifikaw minn dak l-eżami? Jekk ir-riżultat għadu ma ħariġx, għaliex? Meta mistenni joħroġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #35266 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - proġett tal-farm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il-proġett kollu fil-farm tal-gvern fix-Xewkija, bil-għan li dan jiġi żviluppat f’ċentru ta’ Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fl-Agrikoltura? Fiex tikkonsisti kull waħda minn dawn il-fażijiet? Meta mistenni li titlesta dik li għaddej ix-xogħol fuqha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-fażi tax-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa mistennija tiġi konkluża sal-aħħar ta' din is-sena.

Għawdex — cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm cruiseliners li daħlu u/jew se jidħlu Għawdex din is-sena? Jista’ jgħid meta saru l-kuntratti għal dawn iż-żjarat? Minn min saru?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fir-rigward tal-ewwel parti tal-Mistoqsija. Sa issa, żaru Għawdex tlett (3) vapuri u dawn huma Prinsendam f’April u Seabourn f’Mejju u Ġunju.Ninsab infurmat ukoll illi sabiex il- cruiseliners jorbtu mal-bagi jew mal- pontoons f’Għawdex, mhux meħtieġ li jsir kuntratt imma sempliċi notifika lill-Awtorita’ tat-Trasport.

Labour Force Survey

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35087 u 34645 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 a) il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) n-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika; ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika; d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35020 u cioè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35277 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — nies impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-Public Broadcasting Services bejn l-2008 u 2012, f`liema grad kienu, u jekk l-impjegati bdewx l-impjieg fil-minimu tal-grad tagħhom jew xorta oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — nies li kienu impjegati bħala self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) wara li nħareġ S.L.452.108 u kemm kien hemm employers u impjegati li kienu qegħdin jiġu mħaddma bħala self-employed meta fil-verità kellhom ikunu impjegati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni tal-2012 ta’ Standard Nazzjonali dwar l-Istatus tal-Impieg dahal fis-sehh fl-ahhar ta’ Jannar ta din is-sena. Fost affarijiet ohra L-Ordni jistabbilixxi tmien kriterji oggettivi li jigu applikati ghax-xoghol li tkun qed taghmel persuna. Jekk jigu sodisfatti hamsa jew aktar minnhom ikun ifisser li dik il-persuna li tkun ddikjarata li hi self employed tigi meqjusa li qeghda f’relazzjoni t’impieg u li hi mpjegata. Minn mindu dahal fis-sehh dan l-Ordni, gew investigati l-istatus tal-impieg ta 392 persuna. Minn dawn irrizulta li · 49 persuna kienu fil-fatt registrati korrettement bhala impjegati · 189 kienu registrati korettement bhala self-employed. Irrizulta wkoll li kien hemm 158 persuna li kienu irregistrati bhala self-employed u li kienu jissodisfaw 5 mit-tmien kriterji. Minn dawn gew ezentati 66 persuna wara talba f’dan is-sens skont kif rikjesta mill-ligi u 92 persuna huma ikkunsidrati li fil-fatt kienu f’relazzjoni ta mpieg u allura kienu mpjegati. F’kazi bhal dawn, min ihaddem jigi nfurmat li dawk il-persuni li kienu registrati bhala self-employed huma fil-fatt impjegati u li l-provedimenti ta’ L-Att dwar ir Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg japplikaw.

Refund fuq VAT tat-tieġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34542 u jgħid għaliex ir-refund tal-VAT fuq it-tieġ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadhom ma ngħatawx?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li r-refund tal-VAT fuq it-tieġ tal-persuna msemmija qiegħed jiġi pproċessat sabiex jinħareġ il-pagament dovut skont l-Att Legali 585/2001.
Leg 11 PQ #35306 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħolqien ta' impjiegi ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34311, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk li waqgħu taħt il-kategorija part-time 2, fl-aħħar erba' snin u li jammontaw għal 8,775 għandhom xogħol part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi nifhem li meta l-Onorevoli Interpellant qed jitkellem minn “part-time 2” qed jirreferi għall-kategorija part-time. Skont statistika pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, it-8,775 żieda fix-xogħol part-time , hija magħmula minn 5,202 li għandhom xogħol part-time bħala impjieg ewlieni u t-3,573 għandhom impjieg ieħor minbarra dak il- part-time .
Leg 11 PQ #35307 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħolqien ta' impjiegi ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34311, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk li waqgħu taħt il-kategorija full-time 2, fl-aħħar erba' snin u li jammontaw għal 7,193 kienu mpjiegi ġodda u kemm minnhom ġew ingaġġati biex jimtlew postijiet li tħallew vakanti minn ħaddiema li mietu jew spiċċaw mix-xogħol bl-età tal-irtirar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kategorija full-time meta jsemmi “full-time 2”. Din il-kategorija hija ż-żieda netta ta’ nies jaħdmu full-time u allura tirrapreżenta impjiegi ġodda full-time ġewwa pajjiżna.