Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3509 u 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3959 u jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3957 u jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?
Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet Uffiċjali għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta fi Brussell? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet Uffiċjali għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta fi Brussell? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-gwardjani lokali jerġgħu jibdew jieħdu ġurament kif kien sar meta laħqu l-ewwel gwardjani lokali?
Bring-in sites — Ġbir ta' ħġieġ, karti, metall u plastik
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel għaxar xhur tas-sena nġabar ħġieġ, karti, metall u plastik mill-bring-in sites ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid x'isir minn dawn wara li jiġu riċiklati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2008 mill-bring-in-sites ta’ Malta u Għawdex inġabru:
Ø 1532.11 tunellata karta,
Ø 677.86 tunellata plastik,
Ø 224.22 tunellata metall
Ø 950.06 tunellata ħġieġ.
Wara li dan l-iskart ikun trasportat għand il-WasteServ, dan jiġi magħżul bl-idejn biex tonqos il-kontaminazzjoni, u jinbiegħ għar-riċiklaġġ. Peress li d-domanda għal dan l-iskart tvarja ħafna, jkun hemm perjodi fejn dan jiġi maħżun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jirriloka l-Public Registry fl-inħawi ta' Sant' Iermu l-Belt Valletta? Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jekk issir din ir-rilokazzjoni, ikun hemm xi trasport provdut jew faċilità għall-anzjani jew dawk li m'għandhomx trasport għal din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva, huwa l-ħsieb tal-Gvern li r-Reġistru Pubbliku jirriloka iżjed l-isfel fl-istess triq, jiġifieri ġewwa "Evans Buildings". Dan biex ikun fl-istess sular tal-Uffiċċju tal-Passaporti u b'hekk il-Pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar.
Il-lok imsemmi hu aċċessibbli b'servizz ta' trasport pubbliku u għall-karozzi privati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3815 u jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Ġnien Kottonera? Meta kien l-aħħar li sar xi xogħol ta' żbir u tindif fl-istess ġnien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa nies mill-Uffiċju tad-distrett fi ħdan id-dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni qed jieħu ħsieb it-tindif tas-siġar mill-ħaxix ħażin u tisqija ta’ l-istess siġar. Isir ukoll tindif u manutenzjoni tal-funtana u tal-bankijiet u gazebos. It-tindif ġenerali jsir kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tat-Trelleborg li għadhom fl-impjieġ mas-soċjetà de quo humiex se jingħataw xi forma ta' għajnuna minn xi fond ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhi l-pożizzjoni dwar dawk li ġew redundant?
Peress li l-bini tat-triq madwar id-djar f'Sur Santa Liena Bormla ilu jiġi mwiegħed ħafna snin u sa anke kien intqal li ħarġet it-tender għax-xogħlijiet, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3814 u jgħid jekk għandux idea meta dan ix-xogħol jista' jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur qed japplika għall-permessi meħtieġa biex ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3813 u jara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT infurmat lil Cleansing Services Department sabiex isir it-tindif fil-culverts li jeżistu f'din it-triq. Minn naħa tagħhom is-CSD ippruvaw inaddfu dan il-culvert anke bi pressure bowser però ma rnexxilhomx. Jidher li hemm xi blockage u x'aktarx ikollu jsir xi tħaffir fit-triq. Għaldaqstant l-ADT ser tkun qed tipprova tillokaliżża fejn hu dan il-blockage sabiex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.
Triq ta' Quddiem De La Salle College — Ilma tax-Xita
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3812 u jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' quddiem De La Salle College ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3807 u 2691 u jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2691.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' flats li kienu amministrati mill-Awtorità tad-Djar u li fil-fatt inbiegħu mill-istess awtorità matul is-snin? Kemm hu bħalissa n-numru ta' flats li għadhom mikrija u għaliex għadhom ma nxtrawx minkejja li setgħu nxtraw mill-inkwilini tagħhom? Fejn jinsabu dawn il-flats?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi sa’ l-20 ta’ Novembru 2008, l-Awtorita’ tad-Djar biegħet 4,373 post residenzjali. Nitolbu lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-kumplament tal-mistoqsija parlamentari lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet peress li r-residenzi mikrija tal-Gvern huma amministrati minn dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kategoriji ta' xogħol u kemm persuni għal kull kategorija ta' xogħol qed jirreġistraw u ilhom jirreġistraw għal dak ix-xogħol għal aktar minn ħames snin? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?
Permessi rifjutati mid-Development Control Commission Board
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li kienu rakkmandati biex jiġu approvati mid-direttorat u li fil-fatt ġew rifjutati mid-Development Control Commission Board matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena (2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx approvati minn dan il-bord?
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' moniteraġġ qed jiġi esegwit fuq l-emmissjonijiet fl-arja u skart iġġenerat fl-inċineratur tal-Marsa? X'inhuma l-kundizzjonijiet għal moniteraġġ kif stipulat mill-MEPA għal din il-faċilità? Qegħdin jiġu rrekordjati? Qiegħed jiġi esegwit moniteraġġ indipendenti f'din il-faċilità? Ir-riżultati huma konformi mal-livell stabbiliti ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-inċineratur?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operat tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' Wied il-Għajn sejjer ikun moniterat indipendentament għall-emissjonijiet fl-arja?
Dawn l-impjanti se jkunu joperaw taħt il-permess tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control)? Hemm xi pjan biex l-operat ta' dawn l-impjanti jiġi vverifikat taħt l-eco management u Audit Scheme?