Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3731 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa u raħħala full time li għandna f'Malta u f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità ġejjin dawn il-bdiewa u raħħala rispettivament?
San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere Bozoz
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar, li kienet responsabbli biex tibni numru ta' appartamenti fi Triq Jean De La Cassiere f'San Pawl il-Baħar, li iżda ma ħaditx passi biex jiġu stallati bozoz fit-triq msemmija, tara kif flimkien ma' l-Enemalta jiġu stallati l-bozoz neċessarji, għaliex ir-residenti qed jilmentaw sew b'dan in-nuqqas?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt it-talba biex tinvestiga l-ilment u tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar jew mistenni jsir it-trasferiment tal-art fejn hemm id-dar tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi dawn ilhom bil-konvenju snin sħaħ biex jixtru d-dar tagħhom kif għamlu kważi r- residenti kollha ta’ ħdejhom fid-djar tal-Housing Estate? Jista' jikkonferma jekk il-konvenju f’każi bħal dawn jibqax perpetwu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma jkolliex informazzjoni dwar meta t-titlu ta' l-art ser jgħaddi għal għand il-Gvern u wara għand l-Awtorita tad-Djar biex imbagħad ikun jista' jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ tar-residenza msemmija. Dan il-konveju jibqa' validu sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix limitu ta' piż li l-istudenti jistgħu jġorru fil-basktijiet tal-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti lista tal-piż massimu li l-istudenti jistgħu jġorru fil-basket tal-iskola tagħhom skond l-età?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li jeżistu limiti kif rakkomandat minn esperti fil-kamp, senjatament Pediatric Orthopedic Society of America, li jirrakkomandaw li l-piż m’għandux jaqbeż persentaġġ ta’ 20% tal-BMI (Body Mass Index) li jiġi kkalkolat billi tiddividi l-piż f’kilogrammi mit-tul f’metri multiplikat bl-istess.
Din ir-rakkomandazzjoni hija inkluża fil-policy tad-Dipartiment u tinħadem fuq il-piż u t-tul tal-istudent individwali u mhux l-eta’.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-biċċa triq li fadal li m'hix asflatata fi Triq Mikiel Ang Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ (minn Triq il-Kbira sa Triq il-Kandlora) tinfetaħ u tiġi asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalissa m'hemmx dan il-ħsieb li din it-triq tinfetaħ.
Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' senior principal
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3784 u jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ senior principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4101, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3784.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3538 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern imħabbra mill-predeċessur tiegħu dwar bini ta' ġibjuni taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita u b'hekk jiġu evitati ħafna għargħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 4087.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?
Jista' l-ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett finali tal-MFCC f'Ta' Qali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Mepa qiegħda tivvaluta Outline application għal dan il-proġett. Meta dan il-proċess jitlesta jitkomplew id-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal- MFCC.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-capital projects development and indicator unit għadux jiffunzjona u jekk fl-affermattiv minn min hu immexxi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Unit imsemmi mill-Onor. Interpellant ma jeżistix fil-Ministeru tiegħi. Jekk qed jirreferi għall- Projects Development and Co-ordination Unit, dan qed jiġi assorbit fil- Grand Harbour Regeneration Corporation plc.
Jista' l-Ministru jforni l-job description ta' kull kategorija ta' ħaddiema tal-Gozo Channel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumpanija Gozo Channel hija Kumpanija kummerċjali, u għaldaqstant inħossu li mhuwiex prudenti li jingħataw dawn id-dettalji.
Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprjetà privata esproprijati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3925 u jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi llill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3925.
Lemis — Sistema Komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet
Question
B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3926 u jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — Master Plan Propost
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3954 u jgħid:
a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata?
b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil?
ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju?
d)X'jinkludi l-master plan propost?
e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku?
f) Meta ġie propost dan il-master plan?
g) Minn min ġie propost?
ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari fejn il-Ministru għarraf lill-Kamra li hemm madwar 17,000 tunnellata skart li jinġieb Malta kull sena minn Għawdex permezz tal-Gozo Channel jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3536 u jgħid:
i) kemm hemm b'kollox cattle, poultry u pig manure f'Għawdex li jkollu bżonn treatment fis-sena?
ii) bejn wieħed u ieħor kemm hemm compost li jirriżulta mit-treatment tas-solid waste u manure li jkun irid jiġi trasportat lura lejn Għawdex għal distribuzzjoni fl-art agrikola fil-gżira Għawdxija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ċ-ċifra ta’ 17,000 tunnellata ta’ skart li jinġieb Malta minn Għawdex tikkonsisti fi skart domestiku u industrijali.
Id-demel li jiġi prodott f’Għawdex ma jiġix ttrattat f’Malta