Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċiviet mill-aħħar trattat li kellha mal-Italja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħames Protokoll bejn Malta u l-Italja, li għandu valur ta’ €75 miljun, hu l-aħħar trattat li Malta kellha ma’ l-Italja.
S’issa, Malta rċeviet total ta’ €74,442,655. L-aħħar talba għal rimborż, li tammonta għal €350,266 għada qed tiġi pproċessata mill-Awtoritajiet Taljani.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2822 u jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2822.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3194 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern mhux f’pożizzjoni li jiddikjara minn qabel jekk ikunx il-każ li jġedded ċens meta jagħlaq.
Kull każ irid jiġi trattat fuq il-mertu tiegħu u skond iċ-ċirkostanzi prevalenti jew fil-mument li ser ikun jiskadi ċ-ċens, jew fil-mument meta wieħed jista’ jkun talab tiġdied fil-konċessjoni emfitewtika.
Il-Gvern bħala s-sid ma huwa bl-ebda mod obligat li jagħti ċens jew kirja ġdida meta ċ-ċens li wieħed ikollu jiskadi. L-istess proċess japplika meta l-Gvern ikun iċ-ċenswalist.
Bord ta' l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki — Membri Maħtura
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq il-Bord ta’ l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni?
Jista’ għid jekk il-bord huwiex iffurmat kif tistipula l-liġi? Jista’ jikkonferma li ħadd fuq dan il-bord m'għandu konflitt ta’ interess u impediment li jkun fuqu kif stipulat bil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mistoqsija simili tpoġġiet ukoll lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema suġġetti hemm nuqqas ta’ għalliema fl-istituti kollha tal-MCAST? X’qed isir biex jinstabu għalliema f’dawn is-suġġetti biex l-istudenti ma jitilfux il-lezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-suġġetti li hemm nuqqas ta’ għalliema fihom huma: Personal Development, Teknoloġija ta’ l-Informatika u Matematika.
Fil-każ ta’ l-għalliema tal-Personal Development saru l-intervisti u se jissejħu l-kandidati li għaddew. L-intervisti għall-ghalliema fit-Teknoloġija ta’ l-Informatika se jsiru fil-jiem li gejjin, filwaqt li fil-każ ta’ l-għalliema tal-Matematika ġie ippubblikat l-avviż u l-applikazzjonijiet jagħlqu fl-ewwel ta’ Diċembru, 2008.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema part-time fl-istituti kollha tal-MCAST u liema suġġetti jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ għalliema part-time fl-isitiuti kollha tal-MCAST jammonta għal 136.
Lista tas-suġġetti li jiġu mgħallma ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm matul din is-sena kien hemm 1) skrivani 2)eks-uffiċjali 3) eks-kapijiet ta’ skejjel li kellhom xi kuntratt mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa ntemm? X’kienu r-ragunijiet għat-tmiem ta’ dawn il-kuntratti? Fl-istess żmien kemm ingħataw kuntratti ġodda fl-istess oqsma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul din is-sena kien hemm erba’ kuntratti li ntemmu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Grad
Numru
Skrivani
0
Eks-uffiċjali
3
Eks-Kap ta’ Skola
1
TOTAL
4
Dawn il-kuntratti ma ġewx imġedda jew għax il-persuna nvoluta kienet qed tagħmel xogħol speċifiku li issa ntemm, jew għax ix-xogħol li kienu qed jagħmlu qed isir minn uffiċjali permanenti.
Matul din is-sena ma ngħatawx kuntratti ġodda fl-istess oqsma.
Issa li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ilu mwaqqaf aktar minn tliet snin,tista' l-Ministru tgħid kemm-il Livell Nazzjonali għal Settur ta’ Żvilupp fil-qasam tax-xogħol ġew approvati u ppubblikati minn dan il-kunsill? Kemm kienet s’issa l-ispiża globali minn sena għal sena ta’ dan il-Kunsill u kemm kienet l-ispiża fuq safar? Minn kif qed jagħmel il-ħidma tiegħu dan il-kunsill, x’inhuma l-possibilitajiet li l-miri tan-National Reform Plan sejrin ikunu milħuqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ingħata €422,516.7 mill-Fond Soċjali Ewropew biex f’Jannar 2009 jibda proġett li se jwassal biex Malta jkollha Livell Nazzjonali għal disa’ setturi ta’ żvilupp fil-qasam tax-xogħol.
L-ispiża globali għas-snin 2005-2007 kienet kif ġej:
2005 € 7,295.6
2006 € 75,658
2007 €164,354
L-ispiża fuq safar ta’ uffiċċjali tal-MQC hi kif jidher hawn taħt:
2005 xejn
2006 €1,829.45
2007 €5,132.19
2008 €6,310
Parti sostanzjali minn din l-ispiża hi koperta mill-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki diġa’ qed jilħaq il-miri tan-National Reform Plan billi:
ħoloq il-Qafas Malti għall-Kwalifiki sostnut bil-pubblikazzjoni ta’ erbgħa volumi (
Valuing All Learning Vol I, II, III
) ta’ riċerka u informazzjoni kif ukoll publikazzjoni dwar il-Ħiliet Basiċi li jikkumplimentaw il-Qafas Malti tal-Kwalifiki;
nieda abbozz ta’ politika għall-valutazzjoni ta’ edukazzjoni informali u mhux formali
nieda
Passaporti
għall-edukazzjoni vokazzjonali
għin biex jinħoloq
School Leaving Certificate
ġdid li jikkorrispondi għad-deskrittur ta’ l-ewwel Livell tal-Qafas Malti għall-Kwalifiki
qed jirristruttura l-qasaf legali u amministrattiv tar-rikkonoxximent tal-Kwalifiki biex dan jikkorrispondi aktar għal-miri ta’ Lisbona.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sajf li għadda x'passi ħadet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex il-promenade ta' Buġibba sal-Qawra tkun imżejna u msebbħa kif ukoll tibqa' tinżamm nadifa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MTA dan is-sajf assistiet lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar f’servizz ta’ tindif kuljum matul il-promenade ta’ San Pawl, Buġibba u Qawra. L-MTA ħallset sabiex issir it-tieni frekwenza ta’ tbattil tal-bins matul il-promenade, u sabiex kuljum tinħasel parti mill-promenade biex tkun inħaslet kollha darbtejn fil-ġimgħa, apparti li ż-żona pedonali tinħasel tlett darbiet fil-ġimgħa.
L-
MTA
tellgħet erba’ (4)
week
e
nds
bi prova ta’ żona pedonali f'Buġibba, kif ukoll offriet divertiment bil-parteċipazzjoni ta’ baned,
face painters
, u attivitajiet oħra għat-tfal. L-
MTA
organizzat ukoll attività mużikali bħala parti mill-Malta Music Week u għenet finanzjarment sabiex tittella’ l-
Air Show.
Jista' l-Ministru jagħti f'figuri ta' kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' 3% ta' RA1 fuq il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja għas-snin 2006, 2007 u l-ewwel 6 xhur tas-sena 2008 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul mit taxxa tat-3% RA1 kien €403,820 għas-sena 2006 u € 416,012 għas-sena 2007.
Il-figura għas-sena 2008 tkun disponibbli fl-2009 wara li l-formoli tat-taxxa relattivi jigu pproċessati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar 6 xhur ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta' Marzu 2008? F'liema dipartiment/sezzjoni qed jaħdmu dawn u f'liem skala jinsabu? Kemm ingħataw promozzjonijiet fl-istess dipartiment fl-istess żmien? Minn liema skala għal liema skala ġew issa dawn il-ħaddiema?
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — Żieda ta' dawl fit-toroq
Question
Billi diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jew m'għandhom l-ebda dawl fit-toroq, inkella għandhom bżonn ta' aktar dawl għal matul il-lejl, jista' l-Prim Ministru jara li f'dawn it-toroq ikun hemm żieda tad-dawl kif meħtieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar hu konxju mill-problema ta’ nuqqas ta’ dawl f’ċerti toroq fil-lokalità.
Il-Kunsill qed iġib stimi ta’ l-ispejjeż involuti biex skond ma jippremettulu l-finanzi jkun jista’ jindirizza din il-problema.
Legal Notice dwar ħsejjes minn postijiet tal-kummerċ
Question
Jista' l-Ministru jispjega eżatt x'jifhem bil-parti tal-legal notice tal-2006 fejn qal "li sezzjoni (d) l-operat ta' post kummerċjali liċenzjat biex jiftaħ għall-kummerċ mis-1.00 am sad-4.00 am m'għandux matul dawk is-sigħat joħloq fastidju jew inkonvenjenza lil viċini b'xi xorta ta' ħoss li jinstema' minn barra l-post jew b'xi mezz magħmul minn ġewwa jew minn barra tal-post"? Jista' jgħid jekk dan jinkludix ukoll storbju magħmul min-nies li jkunu qed jiffrekwentaw f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-course tal-ICT fit-tieni sena għadhom qed jistennew sabiex jibagħtu għall-istudenti u jkomplu l-kors, liema kors kien qiegħed isir minn kumpannija privata fil-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dewmien biex l-istudenti jissejħu biex jibdew l-istudji tagħhom ma kienx jiddependi mill-MCAST iżda minn:
(a) proċeduri marbuta ma’ appell li sar minn kuntrattur wieħed dwar l-għoti ta’
tender
lill
-private
training providers
għall-korsijiet tal-ICT
;
(b) minn investigazzjoni tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li saru dwar dawn it-
tenders għall-courses tal-ICT .
Għaldaqstant il-proċess kollu kellu jieqaf sakemm dawn ikunu deċiżi. Issa li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha, il-Bord tal-Appell mistenni jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin. Appena l-proċeduri legali jkunu eżawriti, l-istudenti jistgħu jibdew il-korsijiet rispettivi tagħhom u jingħataw l-istess sigħat ta’ tagħlim bħal studenti li diġa bdew il-kors u bl-istess livell ta’ tagħlim.
B'referenza għall-fondi li joħorġu mill-Consolidated Fund lejn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u li jidħlu fil-Consolidated Fund minn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx item votes fil-Financial Estimates 2009, li jirriflettu d-dħul u l-ħruġ, aktar minn dawn li qed nelenka:
Dħul Kapitali: Id-dħul kollu llistjat taħt Grants, XIII 0710 sa 0739, bil-fondi elenkati magħhom f'line item votes ibbrekitjati taħt line item 0739, ref. page 12 tal-Financial Estimates.
Ħruġ Rikorrenti: Il-ħruġ kollu llistjat taħt Vot 29, fil-line items: 5398 EU Fiscalis Programme; 5409 EU Travel expenses of delegations; 5410 EU own resources; 5429 European Investment Bank, ref. paġna 211 tal-Financial Estimates 2009.
Jekk hemm aktar elementi ta' dħul/ħruġ finanzjarju bejn il-Consolidated Fund u l-istituzzjonijiet ta' l-UE li jidhru f'line items oħra tal-Financial Estimates 2009, jista' jindika liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontribuzzjoni lill-European Investment Bank tista’ tiġi deskritta bħala allokazzjoni ta’ natura differenti mill-kumplament ta’ l-allokazzjonijiet li qed nirreferu għalihom f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Taħt Vot 29, Item 5398 u Item 5409, il-fondi jirriflettu nfiq lokali għall-iskopijiet indikati, li minnhom jiġu rifonduti l-ammonti indikati taħt id-Dħul minn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja.
Meta’ l-Frontex jirrifondu fondi lill-Forzi Armati, in konnessjoni mal-vjaġġi fil-Mediterran minn
Third Country Nationals
, dawn jerġgħu jintużaw mill-istess Forzi Armati għall-istess skop.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar rapport riċenti tat-Treasury Clearance Fund, 'lil hinn minn dak muri fil-Financial Report 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kalkara — Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp - post okkupat mill-berġa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli joħroġ mill-berġa substandard li hemm f'Misraħ Arċisqof Gonzi il-Kalkara, u jidħol minflok fil-fond maqbul mill-Kunsill Lokali Kalkara fi Triq San Mikiel fil-Kalkara? Jaf li s-Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp teħtieġ ħafna l-post li bħalissa okkupat mill-berġa li hu proprjetà tagħha? Għalfejn donnu waqaf kollox wara l-elezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-kwistjoni hija dwar Berġa wżata mid-Dipartiment tas-Saħħa, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi t-talba tiegħu lil-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-kumpanniji reġistrati mal-Malta Financial Services Authority u li jaħdmu fis-settur ta' l-e-gaming?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji reġistrati mal-Gaming and Lotteries Authority jammonta għall-mitejn u erbgħa u għoxrin [224] sa Settembru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid min ser iħallas it-taxxa ġdida fuq il-plastic bag jekk hux is-sidien tal-istabbilimenti jew il-konsumatur? Jista' jgħid jekk din it-taxxa hux ser tkun imposta wkoll fuq l-eco-bagsu/jew dawk biodegredabbli? X'ser isir mid-dħul ta' din it-taxxa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-eko-kontribuzzjoni ta’ 15-il ċenteżmu se tkun fuq kull basket tal-plastic li jingħata mill-ħwienet. Se tkun obbligatorja fuq kull ħanut f’pajjiżna li meta jagħti carrying bag tal-plastic dan l-ammont irid iddaħħal fl-irċevuta fiskali.