Legislature:
Category:
Reset
Active:

Test tas-sewqan — flus li jħallsu l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2945 u jgħid kemm jiġi jiswa' sabiex student jitla' għat-test tas-sewqan? Kemm irid iħallas kull darba li jeħel biex jerġa' jitla' għat-test tas-sewqan? Fiex jintużaw dawn il-flus li jħallsu l-istudenti? L-instructor tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu xi persentaġġ ta' commission jew qliegħ minn dawn il-flus li jħallsu l-istudenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq in-Naxxar - Sistema tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2955 u jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess tirq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4012 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dħul mit-taxxa ta RA 1

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3690 u jagħti f'figuri ta' kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' 3% ta' RA1 fuq il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja għas-snin 2006, 2007 u l-ewwel 6 xhur tas-sena 2008 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3690.

Ministeru tal-Finanz, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3700, 3137 u 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kuntratturi li joffru servizz lil gvern

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni ta' kemm hawn kuntratturi li qed joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern? Min huma? Fejn qed joffru dawn is-servizzi? Kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur imma qed joffru s-servizz tagħhom lill-Gvern? Dawn il-ħaddiema jaħdmu fuq bażi full-time jew part-time? Dawn il-ħaddiema għandhom l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol jekk ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ħlas tal-ħaddiema mill-Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jħallas il-Gvern lil kull kuntrattur li jiprovdi is-servizzi, ta' kull ħaddiem li jħaddem miegħu f'kull livell li jimpjega? Kemm dawk tad-tindif, sigurtà u kull tip ta' servizz ieħor li l-Gvern jixtri minn għand il-kuntrattur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4062 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2772 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u Għawdex implimentat “Skema ta’ għajnuna għall-Intrapriżi Turistiċi, b’kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”. Din l-iskema ġiet implimentata mis-sena 2004 sa s-sena 2008. Il-proġett kellu buġet ta’ 2.5 miljun ewro li minnu 60% kienu fondi pubbliċi. Is-settur privat kellu jiffinanzja 40% tal-proġetti aċċettati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4116 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April ta' l-2008 sal-lum sar xogħol ta' refurbishment fis-segretarjat privat tal-Ministeru. li l-valur tiegħu kien jammonta għal €9,514.87. Dan kien jikkonsisti fi qlugħ, tibdil u tqegħid mill-ġdid ta' kamra tal-banju, illi kienet waslet sabiex tinbidel, kompluta bl-aċċessorji, inkluż plumbing u xogħol tal-elettriku flimkien ma' refurbishment ta' ante room bil-madum, dwal, gypsum u aluminium fixtures.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Valletta — Kumpens ta' art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3879 u jara li s-sidien li tteħditilhom proprjetà fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjeta' li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ix-xogħlijiet ta’ refurbishment fil-Ministeru, (Private Secretariat) sar mill-impjegati ta’ l-istess Ministeru. In-nefqa minn April 2008 sal-lum tammonta għal € 24,255.91 biex inxtrat għamara ġdida.

Roundabout tal-Kappara — Periklu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3550 u jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira. Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin. Nifhem li lill-ADT ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq two way

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-awtoritajiet biex it-triq minn Mekkek Bar sal-Lukanda Halland terġa' tinfetaħ two way,deċiżjoni li qed toħloq mill-ġdid problemi tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq l-Ibraġġ kienet inqallbet temporanjament “one-way” fid-direzzjoni mis-Swieqi lejn San Ġwann, bħala parti mill-iskema ta’ l- immanniġġjar tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet tal-pont Manwel Dimech. Għaldaqstant, din l-iskema temporanja reġgħet ġiet lura għas-sistema “two-way”, la darba l-pont reġa' infetaħ kompletament għat-traffiku.

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' xogħol extra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol extra f'terminu ta' ħlas mill-pulizija mill-1 ta' Jannar 2008 ma' banek, fabbriki, football, festi reliġjużi u attivitajiet statali? Jista' jagħti dawn il-figuri separatament u jgħid kemm minnhom diġa' tħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx rekords kompjuterizzati bit-tagħrif kif qed jiġi mitlub mill-Onor. Interpellant. Pero', ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena il-Korp tal-Pulizija irċeva l-ammont ta' € 1,779,260 għal xogħol li l-membri tiegħu wettqu fuq talba ta’ terzi persuni. Il-bilanċ dovut lill-Korp huwa ta' €315,182.19.

Korp tal-Pulizija — Xogħol extra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'ammont ta' flus għadu ma tħallasx għal xogħol extra li sar mill-pulizija fl-2005, 2006 u 2007 separatament? X'inhu jsir biex dawn il-flus jinġabru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet ta' extra duty on payment li għad irid jitħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għas-snin mitluba mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- 2005 €47.79 2006 €5,739.06 2007 €15,153.57 Infurmat ukoll illi, għalkemm dawn l-ammonti jirrappreżentaw perċentwal żgħir ferm mix-xogħol kollu li sar mill-membri tal-Korp u li tiegħu diġa’ tħallsu – fil-fatt dawn jammontaw għal 0.003% fl-2005, 0.4% fl-2006 u 0.9% fl-2007 - xorta waħda qegħdin isiru l-isforzi neċessarji sabiex l-ammonti dovuti jinġabru u jitħallsu lill-membri tal-Korp.
Leg 11 PQ #4166 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika? Jista' jgħid kemm-il Ministeru wettaq mir-rakkmandazzjonijiet li sarulu f'dawn ir-rapporti biex inaqqsu l-vjolenza domestika f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4167 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reati kriminali fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati kriminali fuq l-anzjani matul l-aħħar tliet snin? Kemm inqabdu kriminali li abbużaw minn dawn l-anzjani? X'kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti minħabba dawn ir-reati gravi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel it-Tweġiba lill-Ministru konċernat.