Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4277 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina — Interfereon

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 3663 u jindika meta ġejja l-mediċina Interfereon għaliex ninsab infurmat li allegatament pazjenti li jbatu bil-multiple sclerosis ilhom 15-il jum mingħajrha b’periklu kbir għal saħħithom tant li jistgħu saħansitra jispiċċaw paralizzati?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sewage Treatment Plant — tindif tat-tanks

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema organizzazzjoni governattiva hija responsabbli għall-operat ta' Sant'Antnin Sewage Treatment Plant? Min kien il-kuntrattur li ġie appuntat biex jopera u jnaddaf dawn it-tanks? Meta ġie ffirmat dan il-kuntratt u x’kienet l-ispiża totali? X’kienet il-frekwenza tat-tank cleaning li kellu jsir skond il-kuntratt u meta tnaddfu l-aħħar dawn it-tankijiet? Jekk ma jeżisti l-ebda kuntratt, jista' jgħid meta tnaddfu l-aħħar mill-ħaddiema tal-operating agency tal-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma hija responsabbli għall-operat ta’ Sant Antnin Sewage Treatment Plant. Ma jeżisti l-ebda kuntratt għat-tmexxija ta’ dan l-impjant. Il-Korporazzjoni tmexxi dan l-impjant bin-nies tagħha. Fl-impjant hemm numru ta’ tankijiet b’funzjonijiet differenti. Dawn tnaddfu kollha fl-2006. Fil-bidu ta’ l-2009 ser jerġgħu jitnaddfu.

Birgu — Triq SM Genuis - Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3801 u 2883 u jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir bus shelter li ilu mwiegħed kif ukoll approvat mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp fi Triq S.M Genuis fil-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4301 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq 8 ta' Diċembru - żbir ta siġar kbar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3816 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jara li jinżabru siġar kbar (fit-triq arterjali) li jinsabu fi Triq it-8 ta' Diċembru Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s-siġar fi Triq 8 ta’ Diċembru, Bormla, ġew miżbura l-ġimgħa l-oħra.
Leg 11 PQ #3445 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Better Regulation Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ħadem u x'inizjattivi ħa l-Better Regulation Unit matul din is-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3445 tal-Onorevoli Carmelo Abela. L-Uffiċċju tar-Regolamentazzjoni Aħjar (BRU) twaqqaf fi ħdan il-Management Efficiency Unit (MEU) bil-għan li jġib ’il quddiem l-aġenda tar-regolamentazzjoni aħjar, u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi. Il-BRU hija relattivament unit ġdida. Għalhekk matul is-sena tal-2008 il-BRU iffukat prinċiparjament fuq żewġ aspetti. a. Simplifikazzjoni – sa minn meta l-BRU ġiet imwaqqfa hija ffukat l-isforzi tagħha fuq l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-moniteraġġ tal-ewwel Pjan għas-Simplifikazzjoni għal Malta. b. Capacity Building – Il-BRU rat kif issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha billi issieħbet mal-kumpanija NI-CO mill-Irlanda ta’ Fuq fi proġett ( Twinning Light Project ) iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bil-għan li żżid l-għarfien tagħha u t- toolkit tar-regolamentazzjoni aħjar u dwar metodi ta’ kejl ta’ piżijiet amministrattivi fuq in-negozji u ċ-ċittadini. Inizjattivi oħra li ttieħdu mill-BRU jinkludu dan li ġej: c. Djalogu mas-settur tan-negozju; d. parteċipazzjoni f’fora internazzjonali; u e. ippjanar għall-futur tar-regolamentazzjoni aħjar f’Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti lista ta’ miżuri li ġew konklużi matul l-2008.

Kuntratti mad-Divizjoni tal-Edukazzjoni — Nies irtirati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni ta’ età li rtitraw mis-servizz pubbliku iżda li għad għandhom kuntratt mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni jew mal-Ministeru tal-Edukazzjoni? Tista’ tagħti lista’ ta’ dawn il-persuni u fiex jikkonsisti x-xogħol ta’ kull persuna u l-ħlasijiet li tirċievi u x’inhu l-bżonn tagħhom fid-dawl li issa hemm xi 30 uffiċjal edukattiv ġdid jaħdem mad-direttorati tad-divizjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eks Uffiċjali — jaħdmu fuq bażi part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm eks uffiċjali tal-gvern illum pensjonanti jaħdmu fil-kulleġġi fuq bażi part time? Għandhom xi kuntratt? X'isir meta dan jagħlaq? Kif qed jitħallsu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li m’hemm l-ebda eks-uffiċċjal tal-gvern li llum hu pensjonant u jaħdem fuq bażi part-time fil-Kulleġġi. Madankollu hemm 13-il uffiċċjal li jinkludu għalliema rtirati li jaħdmu fuq Contract of Service għal perjodu definit. Għadu kmieni biex wieħed jgħid x’jigri meta jagħlaq il-kuntratt Dawn l-eks uffiċċjali qed jitħallsu b’rata fissa fis-siegħa.

School Audits

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il school audit sar fil-perijodu Jannar – Lulju 2008? F’liema skejjel? Kemm tħallsu salarji ta’ uffiċjali u impjegati fid-Dipartiment responsabbli mill-Kwalità f’dan il-perijodu? Id-Direttur responsabbli minn school audits qed jokkupa xi pożizzjoni oħra full-time bi ħlas flimkien mal-pożizzjoni fis-Servizz Ċivili fi grad 4 ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bejn il-perjodu msemmi ma sarux audits esterni. Iżda minn meta laħaq id-Direttur inkarigat mill-Quality Assurance fi Frar 2008 saret evalwazzjoni kwalitattiva fejn intuzat mixed methodology biex id-Direttur seta’ jippreżenta lid-Diretturi Ġenerali u lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport proposti li waqt li japprezzaw dak li sar f’dawn l-aħħar sentejn, jibnu fuq il-parametri u l-liġi l-ġdida tal-edukazzjoni tal-2006. L-Assistenti Diretturi li sejrin jaħdmu fi ħdan dan id-dipartiment ġew ingaġġati fil-31 ta’ Ottubru 2008. Il-mandat ta’ dan id-dipartiment ġdid huwa mibni fuq il-liġi tal-2006. Id-Direttur ma jokkupax pożizzjoni oħra full-time.

LSAs ġodda — Informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi d-dettalji kollha dwar il-persuni li ġew impjegati bħala LSAs fis-seba' xhur ta' qabel l-elezzjoni (minn Settembru 2007)? Tista' tgħid jekk hux kollha kienu eliġibbli b'żewġ suġġetti f'livell avvanzat? X'kienu s-suġġetti f'livell avvanzat u jekk fosthom kienx hemm Advanced ECDL? L-ECDL suppost li ġie aċċettat bħal suġġett f'livell avvanzat meta huwa meqjus bħala skill, jieħu ħafna inqas ħin ta' studju u ma jikkomparax ma' suġġett akkademiku jew tekniku f'livell avvanzat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Dottorat Barra minn Malta

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ dawk li ngħataw borża ta’ studju fl-iskema tal-gvern għal dawk li qed jagħmlu dottorat barra minn Malta? Kienu eliġibbli għal dawn il-boroz ta’ studji persuni Maltin li qed jgħixu barra minn Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-persuni eliġibbli għal dawn il-Boroz ta’ Studju irid ikollhom jew ċittadinanza Maltija, jew il-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu f’Malta.

Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq it-tliet diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni? Tista’ tikkonferma jekk humiex iffurmati kif tistipula l-liġi? Kemm-il darba ltaqgħu dawn id-Diviżjonijiet mit-twaqqif tagħhom u kemm-il deċiżijoni dwar appelli ttieħdet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki ma jispeċifikax kemm u liema għandhom ikunu d-diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. Bħalissa qed issir rivalwazzjoni sabiex jiġi stabbilit kemm għandu jkun hemm diviżjonijiet u liema setturi għandhom ikopru. Minkejja dan, il-Bord tal-Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki li taħtu jaqgħu dawn id-diviżjonijiet huwa xorta waħda kostitwit peress li l-membri kienu verbalment infurmati li għandhom ikomplu fil-kariga tagħhom, għalkemm qatt ma kien hemm il-ħtieġa li dan il-Bord jerġa’ jiltaqa’. Kif tintemm ir-rivalwazzjoni tintbagħat ittra uffiċjali ta’ reappointment lit-tlett persuni msemmija.

Assi tal-Gvern — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #3852 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Assi tal-Gvern — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3635 u jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3635.

Belt Valletta — bus terminus ġdid

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

Il-proġett għall-bini ta' bus terminus ġdid fil-Belt Valletta qiegħed jiġi rivedut hekk kif il-Gvern qiegħed jistudja riforma sħiħa fuq it-trasport pubbliku bi skeda li trid tinkludi tibdil fl-iskop preżenti tal-bus terminusfil-Belt . Dawn il-pjani preliminari fuq ir-riforma fit-trasport pubbliku bi skeda tal-Gvern se jiġu ippublikati f'Diċembru 2008.

Belt Valletta — Teatru Rjali ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett tal-bini tat-Teatru Rjali ġdid tal-Belt Valletta? Kemm hija ċifra ta' flus li ġiet allokata għal dan il-proġett fl-estimi tas-sena dieħla? Meta se jibda x-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa għad m'hemm ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward.

Inċineratur — spiża biex jitħaddem

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena? Jista' jinfurmani kemm-il darba kien sospiż l-operat tal-inċineratur minħabba ħsarat u kemm kienu l-ispejjeż f'ċifri ta' flus globali għal dawn il-ħsarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Inċineratur — spiża biex jitħaddem

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena? Jista' jinfurmani kemm-il darba kien sospiż l-operat tal-inċineratur minħabba ħsarat u kemm kienu l-ispejjeż f'ċifri ta' flus globali għal dawn il-ħsarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ispiża biex jopera l-inċineratur għall-ewwel għaxar xhur kienet ta’ madwar €1.7 miljun. L-ispiża hija maqsuma hekk: € 0.23 miljun f’labour, € 0.88 miljun fi fuel u € 0.59 miljun f’utilities u nfiq ieħor. Bejn il-perjodu ta’ Jannar – Novembru 2008, fl-impjant saru disa’ interventi biex jigu aġġustati xi partijiet u anke jissewwew ħsarat li żviluppaw matul il- commissioning ta’ dan l-impjant. Waqt dawn il-perjodi ta’ ftit ġranet, l-iskart inħażen fil- cold storages u wara ġie trattat fl-inċineratur. L-ispiża kienet ta’ madwar €10,000. Din hija baxxa għax ħafna mill- parts u xogħol huma provduti mill-manifattur, peress li l-impjant huwa kopert mill-garanziji.

Mosta — Valletta road - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2952 u jgħid meta Valletta Road b'mod speċjali il-biċċa ta' bejn il-Mosta u Ħal Lija se tingħata manutenżjoni? Din it-triq tinstab f'qagħda ħażina ħafna għax biex jevitaw il-ħofor li hemm, ħafna mis-sewwieqa qed isuqu b'mod irregolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħol ta' cold asphalt f'din il-parti tat-triq ħa jsir fi żmien qasir.