Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Vetturi Mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3858 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 4291.
Fondi tal-Unjoni Ewropea — Riabilitazzjoni ta' widien
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3968 u jinfurmani kemm mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul l-2007 u l-2008 marru sabiex jiġu riabilitati l-widien f'pajjiżna? Jista' jinfurmani kemm kienet in-nefqa tal-gvern matul l-istess perijodu għall-istess għan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li m’hemm l-ebda program speċifiku għal-rijabilitazzjoni ta’ widien li jikkwalifika għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Ċertu widien huma mdaħħla fil-proġett għal-kontra l-għargħar li jikkwalifika mill-fondi ta’ Koeżjoni ta’ bejn 2007-2013. Ix-xogħol fiżiku fuq dan il-proġett mistenni li jinbeda għal-nofs is-sena 2010.
Infurmat ukoll li n-nefqa tal-gvern għal-rijabilitazzjoni ta’ widien kienet skond kif ġej:
2007 - € 245,126
2008 - € 215,565
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4022 u jara li l-kwalità tal-ħrieqi li qed jingħataw l-anzjani huma ta' kwalità inferjuri, saħansitra lanqas jinxtraw mill-konsumatur? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn il-ħrieqi jkunu ta' kwalità tajba?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-kwalita' tal-ħrieqi li qed jingħataw lill-anzjani hija skond il-kriterji mitluba u kif stabilliti fit-Technical Specifications tal-kuntrattur kurrenti maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Informat ukoll li kull meta jkun hemm ilmenti dwar il-ħrieqi, dawn jiġu immedjatament mgħoddija lill-Kuntrattur biex jieħu l-miżuri meħtieġa skond il-każ.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4044 u 3329 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisbiħ fil-promenade ta' l-Għadira?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett ta’ tisbiħ fil-promenade ta’ l-Għadira għadu qed jiġi kkunsidrat.
Ċimiterju tal-addolorata — aċċess għall-persuni anzjani jew b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4010 u jinvestiga ilmenti ta' persuni anzjani/b'diżabilità li jixtiequ li jkollhom aċċess biex ikunu jistgħu jżuru l-oqbra li hemm f'section KA-M taċ-ċimiterju tal-Addolorata imma minħabba li t-taraġ huwa tal-franka jagħmel dan diffiċli?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li diversi inħawi taċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata m’humiex aċċessibli għal persuni anzjani/b'diżabilità. Dan minħabba li fil pjan oriġinali ta’ kostruzzjoni, tali kriterji ma kienux jiġu kkonsidrati. Għaldaqstant is-suġġeriment tal-Onorevoli inyterpellant qiegħed jiġi mgħoddi lil Building and Engineering Department, Works Department Ministry for Resources and Infrastructure għal konsiderazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tas-Settur Pubbliku ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kull xahar minn Jannar 2007 sal-aħħar ta’ April 2008? Jista’ jagħtini l-grad tagħhom u għal liema dipartiment tal-Gvern, kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji ġew trasferiti Għawdex? Jista’ jgħid jekk sarx xi manpower needs evaluations qabel ġew trasferiti Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn l-evalwazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar in-numru ta’ uffiċċjali pubbliċi w impjegati fis-Settur Pubbliku li ġew ittrasferiti għal Għawdex minn Jannar 2007 sal-aħħar ta’ April 2008, risposta ser tingħata f’Mistoqsija Parlamentari numru 4070.
Dwar it-tieni parti ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, il-kriterji applikati biex saru tali trasferimenti kienu żewġ raġunijiet ewlenin:-
1. stħarriġ bir-reqqa ta’ l-esiġenzi tas-Servizz/Settur Pubbliku f’Għawdex li nieda l-
Capacity Building Forum
għall-Ministeru għal Għawdex, magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi, u
2. skond il-politika tal-Gvern illi
back office work
jibda jitwettaq Għawdex ħalli l-Għawdxin, kemm jista’ jkun, isibu xogħol Għawdex. Dan il-
back office work
kien jinkludi dawn il-proġetti, li ħolqu xogħol għall-ħaddiema Għawdxin kif ġej:-
Proġett
Numru ta’ Ħaddiema
Government Information Service
6
Energy Benefit Scheme
3
Health Head Office Salaries
5
Treasury Pensions
7
Treasury Salaries
12
Consumer Affairs Call Centre
3
Law Courts Administration Services
3
Data Entry and Validation
10
Inland Revenue Department Call Centre
13
TOTAL
62
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ isħma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħtini x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'jista' jwassal biex ċerti applikazzjonijet li jkun ilhom xhur sħaħ quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp f'daqqa waħda tintalab konsultazzjoni ma' entitajiet oħra governattivi meta proċess bħal dan messu jsir fi ftit jiem minn meta ssir l-applikazjoni mhux xhur wara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment konsultazzjonijiet isiru fil-bidu tal-ipproċessar, iżda f'ċertu każi, waqt l-ipproċessar innifsu jew b’riżultat ta’ konsultazzjoni interna ma’ sezzjonijiet oħra fi ħdan l-Awtorità, jinħtieġ il-bżonn ta’ konsultazzjoni addizzjonali biex tgħin l-uffiċjal jasal għar-rakkomandazzjoni koretta. Okkażjoni oħra (mhux daqshekk komuni) fejn jistgħu jsiru konsultazzjonijiet tard huwa fejn il-Manager tas-sezzjoni jew saħansitra l-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp jiddeċiedu li jinħtieġ konsultazzjoni, għalkemm ir-rapport tal-case officer ikun lest.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu bħalissa n-numru ta' talbiet pendenti minn sajjieda f'Malta u f'Għawdex li qed jitlob li jbiddlu l-bastiment tas-sajd tagħhom? Minn liema lokalitajiet huma dawn is-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda talba għal bdil ta' bastiment.
Tista' l-Minsitru tagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li fuqhom qed isir xogħol bħalissa b'kordinazzjoni ma' Heritage Malta? F'liema lokalità jinsabu dawn is-siti storiċi? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol li bħalissa qed in hand f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-uniku xogħol b’kordinazzjoni ma’ Heritage Malta hu dak li bħalissa qed isr mas-sezzjoni ta’ Konservazzjoni fl-Arkitettura,fl-Oratorju taż-Żejtun, wara li fl-aħħar tal-2006 rebħet tender sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Huwa maħsub li x-xogħol ser jitlesta aktar tard is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu, u fejn huma, maqsuma raħal b'raħal, ir-requisition orders li għadhom urġenti bħalissa? F'liema nħawi kienu ir-requisition orders li tneħħew matul l-aħħar sena?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ħaddiema tal-IPSC li huma attached mal-kunsilli lokali? Kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema li qed jaħdmu ma' kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 136 ħaddiem ta’ l-IPSL ma’ Kunsilli Lokali. Dawn qegħdin imqassmin kif inhu indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3321 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol tar-rijabilitazzjoni tas-Salini?
Sant Antnin u Razzett tal-Ħbiberija — Park għall-Familja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3323 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq "Park għall-Familja" fuq medda art bejn l-impjant ta' Sant Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif diġà kelli opportunità ngħid fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru jien infurmat li x-xogħol fuq il-permessi għall-iżvilupp mill-MEPA huwa fi stadju avvanzat. Sadanittant ir-restawr tal-kappella ta’ Sant’ Antnin li tifforma parti mill-Family Park, huwa lest.