Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Istat — Kotba ġodda għal libreriji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji fl-iskejjel tal-Istat, mill-fondi għad-dispożizzjoni tal-istess skejjel skola skola? X'intnefaq minn kull skola għal dan il-għan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Diploma courses - Libraries and Information Studies

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qiegħed iżomm milli jiġi organizzat ġewwa Għawdex, Diploma Course fil-Libraries and Information Studies taħt il-kappa tal-Università ta' Malta? Minn informazzjoni li għandi jirriżulta li hemm diversi persuni interessati biex jagħmlu dan il-course, inkluż ukoll numru ta' għalliema. Ninsab ċert li t-tagħlim f'dan il-livell jgħolli mhux ftit is-servizz fil-libreriji f'Għawdex, inkluż l-iskejjel.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d- Diploma Course fil-Libararies and Information Studies li jsir filgħaxija matul il-ġimgħa, fil-preżent mhux possibli li jsir f’Għawdex minħabba n-nuqqas ta’ nies speċjalizzati u riżorsi adekwati.

Skejjel tal-Istat — Diploma jew Degree - librara

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm librara hemm fl-iskejjel tal-Istat li għandhom diploma jew degree relatati mal-libreriji? F'liema skejjel qegħdin dawn il-librara? Kemm minnhom huma kwalifiki miksuba mill-Università ta' Malta u kemm minnhom inkisbu minn universitajiet barranin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorati tal-Edukazzjoni — xufiera u mezzi tat-trasport

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm xufiera hemm fil-pool tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm għandhom karozzi għad-dispożizzjoni tagħhom u x'tip huma? X'ammont ta' servizz taw lill-uffiċjali li m'għandhomx mezzi ta' trasport? Kemm-il vjaġġ għamlu minn Jannar s'issa u lejn liema destinazzjonijiet? X'ammont ta' persuni ġarrew? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol ta' dawn ix-xufiera? Min huwa inkarigat minnhom? X'ammont ta' flus intnefqu fuq dan is-servizz inkwantu ta' petrol u diesel, kif ukoll il-manutenzjonji ta' dawn il-karozzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pool ta’ 16-il impjegat li jagħmlu xogħol ta’ xufiera sabiex jaqdu l-ħtiġijiet taż-żewġ Direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħthom, kif ukoll il-ħtigijiet ta’ numru ta’ dipartimenti oħra li jiffurmaw parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-vetturi użati huma: · 4 Chevrolet Kalos · 1 Toyota Liteace · 1 Toyota Hiace · 1 Ligier Nova · 2 Peugeot 405 · 1 Renault 19 · 1 Kia Asia Combi · 1VW Combi · 3 AEC Swift ( Coaches) · 1 Ford Plaxton ( Coach) Minn Jannar s’issa saru aktar minn 5,000 vjaġġ lejn destinazzjonijiet diversi skond l-esigenzi tas-servizz u nġarru aktar minn 70,000 passiġġier, inkluż l-istudenti li jitwasslu l-iskola lura d-dar bil-coaches li hemm f’dan il-pool. Il-maġġoranza tax-xufiera li jiffurmaw parti minn dan il- pool jaħdmu mis-7:45am sal-5:15pm fix-xitwa u mis-7:30am sas-1:30pm fis-sajf. Dawk ix-xufiera li jieħdu ħsieb it-trasport tal-istudenti minn u lejn l-iskejjel jaħdmu mis-7:00am sal-4:00pm fix-xitwa u mis-7:00am sas-1:30pm fis-sajf. L-uffiċjal inkarigat mix-xufiera ta’ dan il- pool huwa Prinċipal. Minn Jannar sa’ llum intefqet is-somma ta’ €19,572.99 fi fuel u €2,600.85 f’ parts u affarijiet relatati mas- servicing fuq dawn il-vetturi.

Vetturi tal-gvern — testjiet tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu vetturi l-Gvern li huma tiegħu? Kemm minn dawn l-vetturi jsirilhom it-testijiet tal-VRT? Kemm għandhom żmien dawn il-vetturi u kemm hija l-ispiża biex jżommu dawn il-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Testijiet tal-vetturi VRT

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li t-testijiet tal-vetturi VRT jaraw u jeżaminaw l-magni tal-vetturi u l-funzjonijiet tagħhom? Jista' jikkonferma jekk dan it-test fost affarijiet oħrajn jarax l-ammissjonijiiet tal-karozzi jew le? Jista' jgħid x'inhuma l-livelli t'ammissjonijiet mill-karozzi u vetturi oħrajn li huma aċċettabbli? Jista' jagħti x'inhuma l-livelli aċċettabbli mill-awtorità u jgħid min qed jagħmel dawn il-livell?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-regolamenti dwar testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq - Leġislazzjoni Sussidjarja 65,15,

Marsa — Powerstation - Filters taċ-ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fliexken tal-plastik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-liftime ta' flixkun tal-plastik? Kemm-il flixkun tal-plastik qiegħed jiġi mibjugħ fis-suq lokali kull sena? Kemm-il flixkun tal-plastik inbiegħu mimlija ilma, luminata, xampu, ħasil tal-platti, ħasil tal-ħwejjeġ u ħasil ta' l-art matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008? Kemm minn dawn il-fliexken huwa kkalkolat li nġabru lura? Jekk huwiex il-ħsieb li ssir eko kontribuzzjoni fuq dawn wkoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni li nista’ nagħti tirrigwarda biss dik miżmuma mill-WasteServ, u ma tirriflettix l-ammont miġbur minn entitajiet oħra. Jien infurmat li matul is-snin imsemmija l-ammont ta’ plastik miġbur mill-WasteServ kien kif ġej: 2005 328.33 tunellati 2006 487.65 tunellati 2007 676.67 tunellati 2008 1,749.00 tunellati Jien infurmat ukoll li ma tinżammx informazzjoni dwar il- lifetime ta’ flixkun tal-plastik. Hu stmat li l-ammont ta’ fliexken li jintużaw għal-xampu, ħasil tal-platti, ħasil tal-ħwejjeġ u ħasil ta’ l-art jammonta għal dawn il-figuri: 2005 45.6 tunnellati 2006 67.3 tunnellati 2007 93.4 tunnellati 2008 242.0 tunnellati Jien infurmat li l-prodotti kollha msemmijin fil-mistoqsija diġà għandhom eko kontribuzzjoni fuqhom. Nitlob l-Onor Membru biex għal statistika fuq bażi nazzjonali jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ammissjonijiet tal-karozzi

Question

Minn studji li għandu l-Gvern f'idejh, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li karozza ta' 5, 10, 15 jew 20 sena titfa' ammissjonijiet valenużi fl-arja? X'inhuma dawn l-ammissjonijiet? Dawn l-ammissjonijiet huma relatati mal-kwalità ta' fuelli nitfgħu fil-magni jew minħabba xi ħaġa oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Eko-kontribuzzjoni fuq il-liċenzji tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġett sejra tintuża' l-eko-kontribuzzjoni li ddaħħlet din is-sena fil-budget li permezz tagħha għolew il-liċenzji tal-vetturi kollha? Jista' jgħid kif dan il-proġett li għandu sejjer jaffettwa pożittivament l-ambjent u allura permezz ta' hekk jonqos il-mard li huwa semma' bħall-ażma u l-kanċer?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Animal Waste Inċinerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' animal waste li ġie inċinerat fil-biċċerija tal-Marsa matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena fl-incineratur il-gdid fil-biċċerija tal-Marsa ġew inċinerati, 3667.45 tunnellata (3,667,450kg) ta’ animal waste.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellenat illi fis-Segretarjat Privat ma saru l-ebda xogħolijiet ta’ refurbishment.

Riabilitazzjoni tal-Widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'dak li huwa xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tal-widien f'Malta matul din is-sena? Liema kienu l-widien u x'referenza kellhom għal dak li jirrigwarda l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Ambjent dwar ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-nefqa għal xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni tal-widien f’Malta matul din is-sena hu stmat li laħqet is-somma ta’ € 215,565. Ix-xogħol f’dawn il-postijiet; Wied Rmiedi, Wied il-Għasel, Burmarrad Wied Inċita, Wied Qannotta, Wied Ħemsija, Wied Għajn Riħana Wied is-Sewda Wied Bidni M’Scala, Wied Morfu, Marsa watercourse Wied Qlejja, Il-permessi tal-MEPA kienu għal xogħol ta’ dredging u tiswijiet fil-lokalitajiet ta’ Marsascala ( PA 2798/08), u restawr tal- water course Burmarrad (PA 6966/04). Fix-xogħol l-ieħor ma kienx hemm bżonn permessi tal-MEPA.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Refurbishment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-valur tax-xogħolijiet ta’ refurbishment li sar minn April 2008 sal-lum fil-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari f’ Casa Leoni, Sta. Venera huwa:- Ministeru €6,724.94 Segretarjat Parlamentari €2,600.85
Leg 11 PQ #4126 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Refurbishment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nikkonferma li saru xogħolijiet ta' refurbishment fis-segretarjat privat u l-valur ta' dawn ix-xogholijiet kien ta' €16,347.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — refurbishment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April 2008 sa' llum ma sar ebda refurbishment fil-Ministeru (Private Secretariat) tiegħi.

Freedom of movement miċħud

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jinvestiga r-raġuni għala l-mara barannija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha miżżewġa Malti għal aktar minn disa' snin u li qabel kellha l-freedom of movement issa qiegħed jiġi miċħud lilha dan id-dritt?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mara barranija jew ir-raġel barrani ta' ċittadin ta' Malta tgawdi jew igawdi l-freedom of movement sakemm il-koppja tkun qed tgħix flimkien. Ninsab infurmat li, fl-aħħar tas-sena 2006, ir-raġel tal-persuna konċernata kien avża lill-Awtoritajiet ta' l-Immigrazzjoni li hu u l-mara tiegħu qatt m'għexu flimkien u għalhekk il-mara tilfet id-dritt li tgawdi l-freedom of movement. Sussegwentement saret dikjarazzjoni ffirmata mill-mara waħidha biss, fejn stqarret li hi u żewġha qed jerġgħu jgħixu flimkien. Fid-dawl ta' dan l-Awtoritajiet pertinenti qed jeżaminaw il-każ.
Leg 11 PQ #4191 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — Tiswija u Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'affarijiet bħal tiswija, manutenzjoni u xiri ta' apparat ġdid minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3856 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.