Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35132 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti li rrikorrew għas-servizz tad-Dipartiment tad-Dentistrija f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm pazjenti li f'dawn l-aħħar tliet snin rrikorrew għas-servizz tad-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Tista' tgħid kemm hemm staff f'dan id-dipartiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' pazjenti li rrikorrew għas-servizz tal-klinika dentali fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar tliet snin kien ta' 20,246. L-istaff f'din il-klinika jikkonsisti f'żewġ dentisti, tliet dental hygienists, nurse u receptionist.
Leg 11 PQ #35133 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — siġar maqgħluha waqt l-eżekuzzjonijiet tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intmessew u nqagħlu siġar waqt l-eżekuzzjonijiet tax-xogħol ta' upgrade fil-Villa Rundle?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li waqt l-upgrade tal-Villa Rundle nqalgħu 54 siġra, u ġew trapjantati 20 oħra. Jiena nfurmata wkoll li fil-proċess tal-upgrading tħawlu 160 siġra ġdida.

Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34380, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kirijiet li saru fuq dan il-ġnien f'dawn l-aħħar erba' snin kif ukoll l-ismijiet tal-kerrejja tal-kontestazzjonijiet li kull wieħed għamel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tall-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4380 kont spegajt li l-Ġnien Ta’ Hastings kien devolut lill-Kunsill Lokali tal-Belt, ninfurmah li għaldaqstant dan il-Ministeru m’għandux l-informazzjoni mitluba dwaru. Għar-rigward tal-Ġnien tal-Barrakka t’Isfel ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba għar-rigward il-Barrakka t’ Isfel. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu imsemmi ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34533, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti li saret għall-użu esklussiv tal-proprjetajiet tal-gvern li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna kif ukoll lista tal-offerti li ġew sottomessi u kopja tal-ftehim li sar bejn FWA u Island Caterers?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi għar-risposta li diġà ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 34533 fejn kien spjegat illi l-ħarsien u l-amministrazzjoni tas-saluting Battery fil-belt Valletta hija fdata lill-Fondazzjoni Wirt Artna permezz ta’ Att ta’ Kurazija ffirmat fl-2010 u mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra war ali kien approvat mill-Kabinett u mill-Kumitat ta’ Garanzija. Skond dan l-Att, hija l-Fondazzjoni Wirt Artna li għandha l-kompitu u r-responsabbiltà li tamministra l-operazzjoni u l-loġistika ta’ funzjonijiet privati u pubbliċi skont termini u arranġamenti li tagħ¿el hi.

MEPA — applikazzjonijiet għall-iżvilupp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34973, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'applikazzjonijiet u minn min (privat jew gvern) saru dawn l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-Fortizza ta' Campbell f'Selmun? Xi żviluppi kienu proposti minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità irċeviet applikazzjoni waħda fuq il-Forti Campbell, bin-numru PA1977/00. Din l-applikazzjoni għal rijabilitazzjoni ta' l-istess Forti ġiet sottomessa mill-privat. Dettalji dwar din l-applikazzjoni ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 34972.

Għawdex — Rabat - żbroff ta' drenaġġ

Question

Peress li waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fir-Rabat Għawdex senjatament fejn hemm ir-roundabout qabel tibda Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat, Għawdex saru ħafna ħsarat ukoll fis-sistema tad-drenaġġ tant li dan l-iżbroff ilu għaddej diversi ġranet u qed ikun kaġun ta' ħafna inkonvenjent, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress is-sistema tad-drenaġġ f'dan il-post partikolari kienet antika, din inbidlet f'waħda ġdida. Matul din l-operazzjoni, id-drenaġġ dejjem ġie ddevjat mis-sistema l-antika għal ġol-gdida u qatt ma rriżulta xi tip ta’ żbroff. Preżentament qegħdin jinbnew manholes ġodda, u ladarba dawn ikunu lesti fi ftit ġranet oħra, ix-xogħol kollu ikun ġie ndirizzat.
Leg 11 PQ #35187 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li bit-terminu ‘staff klerikali’, l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għal kategorija D, jiġifieri l-klassi klerikali li hi magħmula mill-gradi ta’ Clerk u Senior Clerk, hekk kif ikkontemplat fil-“Classification, Regrading and Assimiliation of the Administrative, Executive and Clerical Grades in the General Service.” Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — direct actions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta' direct actions mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li saru s'issa matul din is-sena u f'liema lokalitajiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — Qtugħ ta' siġar minn fejn bus terminus tal-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta talbitx li xi siġar li hemm fil-bus terminus tal-Qawra jew madwaru fil-fatt jinqagħtu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess awtorità fil-fatt qabbditx kuntratturi biex jaqtgħu dawn is-siġar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li waqt ix-xogħlijiet ta’ upgrading fit-Terminus tal-Qawra/Buġibba, Transport Malta ma tat ebda struzzjoni biex jinqatgħu siġar. Transport Malta naddfet iż-żona tat-terminus minn ħaxix ħażin u skart iehor u żergħet siġar ġodda fiż-żoni li tħallew għal-landscaping skont id-disinn il-ġdid.

Qawra — terminus - qtuħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk kienx hemm xi siġar fil-madwar tat-terminus tal-karozzi tal-linja fil-Qawra, li ġew maqtugħa? Jista' jinvestiga min qata' dawn is-siġar u min ħallas, jekk ħallas, għal qtuħ ta' dawn l-istess siġar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35200.

LPG mingħajr mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35055 u 34783 u jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal fil-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30t’April, 2012, f’seduta Nru. 466

kontijiet li qed joħorġu l-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35029 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34960 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34471, jista' l-Ministru issa jgħid kemm kellu kawżi fil-Qrati fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35237 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' perit

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ perit mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u l-kriterija li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-kunsilli lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #35238 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — contracts manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ contracts manager mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda contracts manager, jista' jagħti lista’ tal-kunsilli li ma jużawx dan is-servizz u raġunijiet għalfejn dawn ma jużawx contracts manager?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35239.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza ghat-twegiba mogħtija fil-mistoqsija Parlamentari 35239 mghotija fis-seduta 486 tal-4 ta' Ġunju, 2012.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 35239.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.