Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4276 u 3473 u jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Sqaq l-Għadira f’Ħal-Qormi hija nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jinbnew mill-ADT. Madankollu, f’dan l-istadju ma hemmx data stabbilita ta’ meta dan se jsir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4274 u 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4275 u 3475 u jgħid meta se jsir il-footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT qiegħda tipprepara tender rigward dan il-"footway bridge" li mistenni jiġi ppubblikat is-sena dieħla.
Jista' l-Ministru jara li t-triq fejn hemm iż-zebra crossing fi Triq Sarria fejn il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, Furjana titranġa peress li t-triq tinsab fi stat ħażin u perikoluż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fit-triq indikata mill-Onor Interpellant ma jirriżultax li jeżisti periklu kif indikat fil-mistoqsija. Madankollu l-ADT ser tkun qed tieħu nota tat-talba li qed issir sabiex tingħata prijorita’ l-għoti mill-ġdid ta’ asfalt fl-aktar partijiet li jkun hemm bżonn.
Furjana — riabilitazjoni tal-Pjazza Papa Gwanni XXIII
Question
Issa li l-ambaxxata Amerikana ser tasal biex titlaq mill-Furjana, jista' l-Ministru jgħid meta tista' tiġi riabilitata Pjazza Papa Ġwanni XXIII fil-Furjana minħabba l-prominenza tal-pożizzjoni tagħha f 'pajjiżna billi:
a) l-arbli tad-dawl jersqu aktar viċin tal-monument tal-Gran Mastru Manuel De Vilhena?
b) is-siġar tal-madwar jiġu rranġati f'disinn kif jixraq?
ċ) jitranġaw il-bankijiet?
d) il-fosos jiżżejnu bil-fjuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Furjana — Triq ir-Republika l-Belt u Triq Sant' Anna - riabilitazzjoni ta' loġoġ
Question
Peress li l-loġoġ fi Triq ir-Repubblika l-Belt u fi Triq Sant' Anna Furjana huma f'post prominenti f'pajjiżna, jista' l-Ministru jara li jingħataw facelift b'mod partikolari fil-partijiet ta' ġewwa partikolarment fir-rigward ta' tibjid ta' ħitan u tibdil ta' madum billi jintuża materjal isbaħ bħall-irħam biex jixraq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda pjanijiet ta' xogħol fl-imsemmi sit għal matul l-2009.
Jista' l-Prim Ministru jara li s-siġar għoljin fil-Pjazza E.S. Tonna, Furjana jitwaħħlu banda oħra u min flokhom jitwaħħlu siġar iżgħar biex Sala Robert Sammut li għandha faċċata ta' valur arkitettoniku importanti ma tibqax mgħottija?
Kirkop — Triq San Ġwann - rifjut għall-istallazzjoni ta' lampi
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni wara r-rifjut għall-istallazzjoni ta' lampi tad-dawl fuq l-arbli fi Triq San Gwann, Kirkop u dan allavolja l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Kirkop ilu jilmenta minħabba d-dlam li jeżisti f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT bħalissa qed tirrivedi il-policy dwar l-street lighting fit-toroq arterjali u kull talba tiġi eventwalment ikkunsidrata a bażi tal-policies il-ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid hux se jħabbar il-bandu tal-Local Action Group u kemm jaħseb li jista' jkun hemm LAGs f'Malta u f'Għawdex ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-miżuri li jippermettu li l-Local Action Groups jħejju strateġija fuq bażi reġjonali u jimplimentawha ħa jiġu mnedija f’qasir żmien. Skond il-programm ta’ Żvilupp Rurali hemm il-possibilità li jiġu rikonnoxxuti tlett LAG’s, waħda f’Għawdex u tnejn f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid hix l-intenzjoni tiegħu li jorganizza korsijiet għal dawk il-persuni li huma interessati jitrawmu fil-mestjier tal-apikultura fin-naħa tax-Xlokk ta' Malta ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn il-korsijiet humiex ser jigu organizzati f’forma ta' joint venture mal-kunsilli lokali jew inkella ma' xi NGOs?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-Taqsima ta’ l-apikultura ma torganizzax korsijiet għal dawk li huma interessati jitrawmu fil-mestjier tal-apikultura għalkemm kontinwament tgħin u tiggwida lil dawk kollha diġà nvoluti f’dan is-settur. Korsijiet jiġu organizzati ta’ kull sena minn entitajiet oħra fosthom l-MCAST.
Tender għall-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar
Question
Jista’ Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet/negozjati mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Meta mistennija toħroġ it-tender għall-privatizzazzjoni ta’ dan is-servizz?
Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — laqgħat dwar l-opinjoni motivata
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2795 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm, meta saru u x’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern illum dwar dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima qiegħda tipprepara biex toħroġ sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Għawdex għal Malta u minn Malta għal Għawdex permezz tal-pipeline mill-1988 ‘l hawn? Dan l-ilma kien ibblendjat qabel ġie trasferit? Jekk fl-affermattiv, x’persentaġġ ta’ dan l-ilma kien ilma ttrattat mid-desalinatur f’Għawdex u mir-Reverse Osmosis Plant f’Malta kull sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn records tal-KSI jirriżulta illi kien hemm transfer ta 3,155,702 metri kubi ta’ ilma bejn Malta u Għawdex fil-perjodu ta’ bejn l-1997 u llum. Ma kienx hemm transfer ta’ ilma minn Għawdex għal Malta fl-istess perjodu, għajr għal 11,967 metri kubi f’żewġ okkazzjonijiet ta’ emerġenza meta l-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa kien wieqaf għal xi manutenzjoni fit-tul. Records ta’ qabel l-1997 mhumiex elettroniċi u hija ferm diffiċli biex l-informazzjoni tinġabar.
Dan l-ilma ma kienx
blended
f’Malta għaliex kien kollu prodott tar-
Reverse Osmosis
taċ-Ċirkewwa.
Mill-pipeline ta’ taħt il-baħar, l-ilma jiġi ppumpjat fil-ġibjuni ta’ Ta’ Ċenċ u x-Xagħra.
Id-Distillatur ta’ Ħondoq ir-Rummien kien waqaf jopera ftit tas-snin qabel.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4070 u 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn Jannar 2007 sa Awwissu 2008, kien hemm 140 uffiċjal pubbliku u 10 impjegati fis-Settur Pubbliku li ġew trasferiti għal Għawdex kif jidher fid-dettal f’kull każ fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2077 dwar il-port l-antik ta’ l-Imġarr fejn il-Ministru talabni nispeċifika għal liema proġett qed nirreferi, irrid nispeċifika li qed nirreferi għall-proġett li l-Prim Ministru semma fid-diskors tal-baġit 2008 paġna 38 paragrafu 14. Jista’ l-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- proġett imsemmi ma jaqax fid-dekasteru tiegħi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-rispota mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Sewage Treatment plant
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4281 u jgħid meta l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp żaru l-aħħar is-sit tas-sewage treatment plant ta’ Sant'Antnin f’Marsaskala biex jistabilixxu il-gravità u s-sors tar-riħa punġenti li qed ikun hemm? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport iffirmat tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika spezzjoni li saret fis-Sewage Treatment Plant ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn kienet fl-24 ta’ Novembru 2008 biex tiġi investigata l-Mistoqsija Parlamentari 4281. F’din l-ispezzjoni ma nxtammux irwejjaħ punġenti ta’ dranaġġ, għalkemm irwejjaħ dgħajfa relatati mat-tisfija tad-dranaġġ inxtammu f’xi nħawi tas-sit.