Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4183 u jgħid kemm kienet il-perinatal mortality u still birth rate f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul is-snin 1998-2007 il-perinatal mortality u still birth rate kienet hekk :-
Sena
Numru ta' Stillbirths
SB rate/1000 total births
Numru ta' perinatal deaths
Perinatal rate/1000 total births
1998
23
5.1
35
7.8
1999
27
6.2
43
9.9
2000
16
3.6
32
7.3
2001
20
5.1
30
7.6
2002
20
5.1
36
9.2
2003
16
3.9
34
8.4
2004
15
3.8
27
6.9
2005
8
2.1
21
5.4
2006
10
2.6
14
3.6
2007
12
3.1
29
7.4
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4184 u jgħid kemm kienet ir-rata ta' ċesarji f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm tqum kull ċesarja f'isptar tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numra ta' ċesarji f'Malta u Għawdex bejn is-sena 1999 u l-2007 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Numru ta' Ċesarji
1999
951
2000
994
2001
926
2002
914
2003
1039
2004
1048
2005
1165
2006
1329
2007
1243
Informat ukoll li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-ispiża taċ-ċesarji ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4139 u 3957 u jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-kumpannija Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3957.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4138 u 3959 u jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3959.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4286 u jispjega ż-żieda approvata għas-sena 2008 fis-supplementary estimates taħt Vot X Kapital € 18,824,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa kapitali?
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4133 u 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — Master Plan propost
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4134 u 3954 u jgħid:
a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata?
b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil?
ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju?
d)X'jinkludi l-master plan propost?
e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku?
f) Meta ġie propost dan il-master plan?
g) Minn min ġie propost?
ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-makkinarju ta’ l-iskavazzjoni li qiegħda ssir referenza għaliħ huwa ‘Hymac’ u li s’issa għadu fuq il post. Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali ma irċieva l-ebda rapport li instab xi materjal tossiku fil-lok indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Ninsab informat ukoll li għall-kumplament tal-Mistoqsija, mistoqsija ċ) u d) ma tistax tiġi mwieġba f’dan l-istadju il-għaliex il-Master Plan għadu qed jiġi ppreparat, f) il-Master Plan ġie propost f’Awissu 2008, g) ġie propost mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, u ġ) ma hemmx target date stabilita sabiex il-pjanti riveduti jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1044, jista' l-Prim Minisitru jara li sas-sajf li ġej jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent ta' trab u nuqqas ta' sigurtà għal min juża' l-istess parking space? Skond ir-risposta mogħtija jidher li diġà kien hemm proposti f'dan ir-rigward u għalhekk qed nerġa' nagħmel din it-talba għall-azzjoni li tant hi meħtieġa.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art imsemmija mhix kollha proprjetà tal-Gvern. Qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet konċernati sabiex jiġi stabbilit kif din l-art għandha tintuża għall-aħjar skopijiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm attwalment kawżi pendenti li saru mill-azzjonisti ta' dak li kien in-National Bank of Malta? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi u min huwa l-Imħallef li qed jismagħhom?
Jikkonferma li saru trattattivi bejn il-Gvern u n-nies konċernati? Jista' jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi u kienx hemm xi proposti konkreti minn naħa tal-Gvern?
Jidhirlu li dawn il-pendenzi tan-
National Bank
issa ilhom wisq u allura għandu jitratta din il-kwistjoni b'ċerta urġenza?
Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3911 fejn il-Ministru qalet li l-persuna, li isimha qed jidher separatament, qegħda sservi fl-iskola primarja Mqabba Kulleġġ San Benedittu bi qbil magħha stess, tara l-Ministru li hi għandha informazzjoni ħażina u dan peress li hi qatt ma qablet u jew aktar għamlet xi forma ta' ftehim biex isservi f'din l-iskola imma dejjem talbet li tingħata postha lura bħala general hand f'Villa Saigon Ħad-Dingli, jew fil-gardening unit tal-Ħamrun jew fl-uffiċini tal-gardening unit Birkirkara jew fl-uffiċini tal-gardening unit, Msida? Tista' tara li din il-persuna tinbagħat fejn huwa postha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab assigurata li t-tweġiba li tajt hija korretta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk huwiex veru li l-Gvern mhux qed iħallas iktar il-kontribuzzjoni tiegħu lil North South Centre fil-Kunsill tal-Ewropa? Għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'ittra ddatata 30 ta' Settembru 2008, il-Gvern Malti nforma lis-Segratarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa li Malta rtirat mill-North South Centre tal-Kunsill ta' l-Ewropa b'effett immedjat.
Il-Gvern Malti ħa din id-deċiżjoni wara konsultazzjoni interna u wara li ħa in konsiderazzjoni diversi fatturi. Ta' min jgħid li kien hemm pajjiżi oħra li rtiraw minn dan iċ-Ċentru fis-snin li għaddew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders minn Mejju ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija u kemm huma dawk it-tfal li fuqhom inħareġ care order iżda għadhom fid-dar tal-ġeneturi tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri Maltin li kienu fid-djar residenzjali qabel ma daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm priġunieri Maltin li kienu fostered qabel ma daħlu f'dan il-post?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri Maltin li jinsabu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin huwa ta' 296. Jirriżulta li minn dawn, 4 biss huma reġistrati bħala m'għandhomx indirizz fiss.
Infurmat ukoll li ma hemm l-ebda rekord ta' priġunieri Maltin li kienu fostered qabel ma daħlu l-ħabs.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Malta Industrial Parks ta' dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri mis-sena 2003 'l quddiem?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 781, jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu mibdula t-tabelli fil-bus stops preżenti fil-pjazza tal-Mosta u toroq oħra li biex juru kemm in-numru kif ukoll l-informazzjoni tar-rotta? Peress li skond ir-risposta għall-mistoqsija l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tieħu ħsieb tordna flag type bus stops li jkunu juru n-numru tar-rottot rispettivi, jista' jgħid jekk din l-ordni mill-Awtorità dwar it-Trasport saritx u meta l-awtorità beħsiebha twaħħal dawn it-tabelli l-ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tabelli tal-Bus Stop ġew ordnati għal- Triq il-Kostituzzjoni u Triq il-Kungress Ewkaristiku u t-tip ta’ bus stops ordnati huma flag type bus stops.
Infurmat ukoll li dawn ser ikunu mwaħħla fi żmien qasir.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 138 f'seduta 6 tal-20 ta' Mejju 2008, jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol ta' restawr fuq iż-żuntier tal-Knisja tal-Mosta li skond risposta mogħtija, kien qed jiġi kkunsidrat fil-programm ta' xogħlijiet tad-divizjoni, huwa mistenni li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-pjanti u l-istimi għat-tisbiħ taz-zuntier inkluż ir-restawr jew tibdil tal-balavostrar mad-dawra taz-zuntier saru.
Dan ix-xogħol għadu qed jiġi kkunsidrat fil-programm tax-xogħlijiet tad-Diviżjoni.