Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3959 u jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3959.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3932 u 3582 u jgħid meta se tiddaħħal it-tariffa fuq is-servizz tad-drenaġġ li qal li kellha ssir xi xhur ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qabel xejn nirringrazzja lill-Onor Interpellant li uża l-kelma korretta "tariffa" u mhux il-kelma "taxxa" li uża l-Kap tal-Oppożizzjoni. Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tariffa trid tiddaħħal sa l-aħħar tal-2009.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Agricultural store
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3960 u jivverifika għaliex l-Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li suppost taħdem bħala one stop shop qiegħda tesiġi li anke f'każi ta' strutturi agrikoli minuri bħal agricultural store ta' 4m2 titlob l-applikant li jġib in-no objection mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, mill-veterinarju u anke mill-Awtorità għar-Riżorsi qabel ma jissottometti l-applikazzjoni? Ma jaħsibx li din hi burokrazija żejda fil-konfront tal-bdiewa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3960.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-direttur ġenerali tal-Government Property Division intgħażilx wara sejħa għal min hu interessat? Jekk fin-negattiv, fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li aktar kmieni din is-sena d-Direttur Ġenerali tal-Government Property Division kien informa lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu li bi ħsiebu jirtira mis-Servizz Pubbliku għal raġunijiet personali.
B’hekk inħasset il-ħtieġa li jiġi appuntat persuna mill-aktar fis biex jilħaq isir il-
handing over
adegwat u biex ma jkunx hemm vakanza f’din il-pożizzjoni importanti u sensittiva.
Għal dan il-għan saret konsiderazzjoni ta’ għadd ta’ uffiċjali li setgħu jkunu idonji għal din il-kariga. L-uffiċjal li ntagħżel ġie appuntat bħala
designate
u wara li d-Direttur Ġenerali rtira, hu ħa l-kariga minnfloku.
Sadanittant għadha kemm ħarġet is-sejħa għall-mili ta’ din il-pożizzjoni mill-ġdid, u dan fuq bażi aktar permanenti.
Triq ta' Quddiem De La Salle College — Ilma tax-Xita
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3812 u jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' quddiem De La Salle College ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika aktar fejn qed jgħid li qed iżomm l-ilma minħabba li ninsab infurmat li spezzjonijiet li għamlet l-ADT dan l-aħħar ma rriżultawx fis-sens li qed jgħid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fit-Triq ta' Għajn Tuffieħa (l-isfel minn Sqaq Ciantar) issir speed camera jew inkella tittieħed xi miżura oħra li tiskoragixxi lil min isuq b’veloċità qawwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ngħaddi s-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1918 jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3969 u jagħti breakdown tat-total ta' 239 imsemmi f'kategorija I dwar negozji ġodda?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3970 u jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3971 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 3972 u 3676 u jara li jiġu rimedjati bla aktar dewmien il-ħsarat u cioè l-iżbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenza 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat, Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3977 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati f'Malta u Għawdex separatament li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti għall-bolla tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra f'somma ta' flus involuta? Fil-fatt kemm huwa n-numru globali ta' ħaddiema involuti abbażi ta' din iċ-ċifra rispettivament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3978 u jgħid kemm fil-mument huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fl-pagamenti/ħlasijiet tal-bolla tal-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3978.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Maħfra fuq ċittazjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali
Question
Fil-ħarġa tal-Malta Today ta’ nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2008, sorsi governattivi ġew kwotati li qalu li l-Bord tal-Petizzjonijiet ħafer 57% tal-penali kollha maħruġa mill-gwardjani lokali mill-2006 għax kienu żbaljati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mid-9,560 petizzjoni li allegatament ġew milqugħa mill-bord:
(1) Kienu dwar taħrikiet maħruġa mill-Pulizija?
(2) Kienu taħrikiet maħruġa mill-Uffiċjali tat-Trasport?
(3) Kemm minn mit-taħrikiet tal-gwardjan kienu taħrikiet validi u maħruġin korrettament iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom?
(4) Kemm minnhom kienu dwar taħrikiet għal sewqan bi speed eċċessiv ippruvat iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom?
(5) X’inhu l-perċentwali tal-petizzjonijiet milqugħa komparat man-numru totali ta’ taħrikiet maħruġa mill-gwardjani bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Ottubru 2008?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid għaliex qed ikun hemm tant dewmien biex cittadini Libjani li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jiksbu visa mill-Ambaxxata/Konsolat Malti fi Tripli biex iżuru Malta, bħal fil-każ li bih qed jiġi infurmat il-Ministru?
Tezisti
fast track
għal kazijiet ta’ emerġenza ġenwina?
Jidhirlu il-Ministru li l-Maltin u Għawdxin li japplikaw għal visa għal Libja jkunu jistgħu jibbenefikaw reċiprokament ukoll minn tali ipprocessar aktar malajr u partikolarment f’każi ta’ emerġenza ġenwina?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Kap ta' l-Oppożżizzjoni li l-viżi għaż-żewġ persuni Libjani li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament inħarġu l-Ġimgħa, 21 ta' Novembru 2008, ġurnata wara li dawn applikaw fil-Konsolat ta' Malta fi Tripli. Dan jikkonferma, li kontrarju għal dak li qal l-Onorevoli Kap ta l-Oppożizzjoni, ma kienx hemm dewmien biex dawn iċ-ċittadini Libjani jkunu jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta, tant li l-jum tal-ħruġ tal-viżi kien il-Ġimgħa, jiġifieri, l-Konsolat ta' Malta fi Tripli ħadem b'urġenza f'ġurnata li m'hiex ġurnata tax-xogħol fil-Libja. Dan jikkonferma ukoll li teżisti fast track għal każijiet ta' emerġenza ġenwina.
Grazzi għall-kooperazzjoni sħiħa tad-Dipartimenti kollha konċernati f'Malta, il-ħruġ ta' viżi mill-Konsolat Malti fi Tripli għal ċittadini Libjani li jkunu se jżuru Malta biss jsir dejjem fl-iqsar żmien - bejn wieħed u ieħor erbat ijiem - u, bħal ma għidt qabel, fi żmien aqsar, f'każi ġenwini ta' emerġenza. Il-ħruġ ta' viżi għal Malta u għal pajjiżi li jagħmlu parti mis-Sistema Schengen jsir ukoll fl-iqsar żmien stabbilit.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin hu konxju mill-ilmenti ta' dewmien fil-ħruġ ta' viżi għal ċittadini Maltin li jixtiequ jżuru l-Libja, speċjalment dawk li jkunu se jżuru l-Libja għall-ħidma ta' kummerċ. Waqt il-25 Sessjoni tal-Kummissjoni Mista bejn Malta u l-Libja, li nżammet f'Malta fl-aħħar t'Ottubru li għadda, n-naħa Maltija ġibdet l-attenzjoni tan-naħa Libjana għan-nuqqas ta' reċiproċita' minn naħa Libjana kemm dwar il-ħin meħtieġ għall-ħruġ ta' viżi, kemm f'ċirkustanzi normali kemm f'dawk ta' emerġenza. Kien hemm qbil biex, fuq livell tekniku, ż-żewġ naħat jkomplu diskussjonijiet dwar dan is-suġġett. Minn naħa Maltija, il-Gvern Malti se jkompli jinsisti dwar il-ħtieġa ta' reċiproċita' kemm fiż-żmien li fihom jinħarġu l-viżi, kif ukoll dwar il-ħruġ ta' viżi għal aktar minn żjara waħda (Multiple Entry Visa).
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li kontra kull direttiva ta' uffiċjali għolja fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u kontra kull prassi, l-iskuna Spanjola li nstabet ħatja ġiet mogħtija lura l-qabda tal-ħut?
Taħriġ ta' l-Armata — Spara fuq proprjetà ta' terzi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3592, jista' l-Prim l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet indikati ġewx konklużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4346, irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet imsemmija għadhom ma ġewx konklużi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru d-Deputy Nursing Officers fir-Residenza San Vincenz de Paule li kienu għaddew minn interview u li r-riżultat tiegħu ħareġ fi Frar 2008?
Jista' jgħid l-Acting Deputy Nursing Officers li m'għaddewx mill-imsemmi interview u li sal-lum għadhom jagħmluha ta' acting, meta ser jigu replaced min-nurses li għaddew mill-istess interview?
Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dawn in-nurses ser jintbagħtu jagħmluha ta' Acting Deputies fis-swali l-ġodda li ser jiftħu fir-residenza?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4182 u jgħid x'tip ta' moniteraġġ qed jiġi esegwit fuq l-emmissjonijiet fl-arja u skart iġġenerat fl-inċineratur tal-Marsa? X'inhuma l-kundizzjonijiet għal moniteraġġ kif stipulat mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent għal din il-faċilità? Qegħdin jiġu rrekordjati? Qiegħed jiġi esegwit moniteraġġ indipendenti f'din il-faċilità? Ir-riżultati huma konformi mal-livell stabbiliti ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-inċineratur?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operat tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' Wied il-Għajn sejjer ikun moniterat indipendentament għall-emissjonijiet fl-arja?
Dawn l-impjanti se jkunu joperaw taħt il-permess tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control)? Hemm xi pjan biex l-operat ta' dawn l-impjanti jiġi vverifikat taħt l-eco management u Audit Scheme?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Impjant huwa mgħammar b’apparat li jkejjel u jipproċessa l-valuri ta’ l-emissjonijiet miċ-ċumnija. Il-moniteraġġ qed jiġi kontinwament aġġustat sa ma jibda jopera b’sistema awtomatika hekk kif l-impjant ikun ikkummisjonat biex jieħu t-tipi ta’ skart kollu li ser jiġi pproċessat fiħ. Dan il-moniteraġġ jifforma parti mill-kundizzjonijiet mogħtija fil-permess ta’ l-IPPCli jobbliga l-operatur li jirrikordja dawn l-emissjonijiet darbtejn fis-sena.. Għal dan il-moniteraġġ indipendenti qed tinġieb kumpanija apposta li tieħu s-samples neċessarji u tanalizzahom fil-laboratorju tagħha. Ir-riżultati ta’ testijiet li saru bejn April u Ġunju ta’ din is-sena kif ukoll dawk li saru f’Ottubru li għadda jidhru fuq il-website tal-WasteServ u huma konformi mal-livelli stabbiliti ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-operat tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' Wied il-Għajn se jirrispetta l-kriterji kollha neċessarji kif stabbiliti mill-MEPA, l-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-permess għall-operat.
L-inċineratur huwa kopert bil-permess ta’ IPPC numru IP 0004/07. Il-MEPA obligat lill-WasteServ biex timplimenta ISO9001 u eventwalment timplimenta l-EMAS. Dan ġie stabbilit fil-permess ta’ l-IPPC. L-impjant ta’ Sant’Antnin f’wied il-Għajn m’huwiex suġġett għall-IPPC.