Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3942 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — proġetti approvati mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġett li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu li fil-fatt għandhom il-permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp diġà approvati? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti u fiex wasal il-proċess tat-tenders tagħhom? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-proġett ta’ attrazzjoni pubblika fil-Qawra, li jinkludi ġnien u akkwarju pubbliku, mistenni jibda fit-tieni kwart ta’ l-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill- MEPA u l-permess ħareġ. Għaddejjin konsultazzjonijiet ma’ l-entitajiet konċernati sabiex jiġi ffinalizzat it- tender . 2. Il-proġett ta’ Fond Għadir f’tas-Sliema, żvilupp ta’ aċċessibbilità u faċilitajiet relatati madwar il-kosta, mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill- MEPA u l-permess se joħroġ fi ftit żmien. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #3944 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — Applikazzjonijiet pendenti għall-permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu u li s'issa għandhom applikazzjoni pendenti għall-permessi quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-proġett ta’ tisbieħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. Żewġ applikazzjonijiet li ġew sottomessi għadhom pendenti imma qegħdin fi stadju avvanzat ta’ proċessar. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat. 2. L-ewwel fażi tal-proġett ta’ l-iżvilupp u titjib tal-bajja fil-Qawra ser jinbeda fit-tielet kwart ta’ l-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal- MEPA. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat. 3. Il-proġett ta’ Pembroke – ġnien u cycle and walking trail – mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal- MEPA. Il-proċess tat- tender ta’ l-ewwel fażi tal-proġett huwa fi stadju avvanzat.

Wires antiki

Question

B'referenza għat-weġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-kumpannija Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bejgħ ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirrefer lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3743.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-mument huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fl-pagamenti/ħlasijiet tal-bolla tal-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ self employed li waqgħu lura fl-pagamenti/ħlasijiet ta’ bolla tal-NI f’Malta huwa ta’ 5553 u 508 f’Għawdex.

Naxxar — Salina Coast Road - xogħol fuq il-junction

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjanti li qed jiġu mfassla bejn l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Awtorità dwar it-Trasport biex il-junctions tal-Coast Road - Salina Naxxar, dik ta' ħdejn Kennedy Grove u d-daħla ta' Buġibba fejn il-lights fil-fatt jiġu upgraded? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn il-junctions?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tipproponi titjieb u twessiegħ ta’ dawn il-junctions msemmija, bħala parti mill- feasibility and EIA studies, li sar fuq it-Ten-T Network fis-sena 2003 – 2004. Il-pjanti għal dawn il-junctions qegħdin fuq il-website ta’ l-ADT. L-Awtorita’ qed tikkonsidra l-possibilita li timplimenta dan il-proġett sa sena 2015.
Leg 11 PQ #3990 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħitan ta siti mhux mibnija

Question

Jista' l-Prim Minsitru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' siti mhux mibnija li fihom il-ħaddiema tal-Ministeru fil-fatt bnew il-ħitan (boundary walls) biex dawn is-siti ma jibqgħux miftuħa għal atti vandali? Fejn jinsabu dawn is-siti? Kemm siti oħra huma mistennija li jiġu magħluqa fiż-żmien li ġej, u fejn jinstabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħitan madwar is-siti li huma miftuħa u li jikwalifikaw taħt l-Inzjattiva dwar Siti Vakanti ma jiġux normalment mibnija mill-ħaddiema tal-Gvern. Jista’ jagħti l-każ li dawn il-ħitan jew jinbnew mis-sid tal-art stess fuq inizzjattiva personali u dan sabiex jaderixxi ruħu mal-Avviż li jkun ħareġ fil-konfront tiegħu jew inkella fin-nuqqas li jsir hekk, il-każ jiġi mgħoddi lill-Kunsill Lokali sabiex il-ħajt jibnih il-Kunsill skond ftehim li jsir mal-MEPA. Dawn is-siti jinstabu f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex fosthom San Pawl il-Baħar, Żabbar, Attard, Ta' XBiex, Marsaskala, Birkirkara, Tarxien, Gżira, Ħamrun, Birżebbuġa, Swieqi, Għaxaq, Żejtun, San Ġiljan u Marsaxlokk. S'issa din l-Inzjattiva sarfet dawn ir-riżulatati li ġejjin: Avvizi maħruġa minn Ottubru 2008 – 32; Każi li bħalissa qed ikunu investigati u azzjoni ser tittieħed dalwaqt – 197; Każi rrapportati mill-Kunsilli skond l-Inizjattiva – 461; Siti li ġew mdawwra b'ħitan fuq inizzjattiva personali tas-sidien mingħajr il-ħtieġa t'Avviż - 883.

Sight-seeing passenger tour service open-top buses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u 3882 cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li kienu iffirmati bejn l-Awtorita u l-operatur.

Ministeru tal-Finanz, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3700, 3137 u 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2526.

Bengħajsa — Trasferiment ta' biċċa art

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3637 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa għal perijodu ta' 65 sena għall-kiri tal-impjant tal-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3637.

Testijiet tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħħal flus minn fuq l-vetturi minħabba t-test tal-VRT matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Fiex qed jintużaw dawn il-flus? Kemm minnhom qed jintużaw ħalli jissewwew it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riċiklaġġ ta' karti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata karti nġabru għar-riċiklaġġ matul is-sena 2008? Kemm jaħseb li din iċ-ċifra tista' titla' matul is-sena 2009? Kif sejjer jara li din iċ-ċifra tintlaħaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni li nista’ nagħti tirrigwarda biss dik miżmuma mill-WasteServ, u ma tirriflettix l-ammont miġbur minn entitajiet oħra. Jien infurmat li minn Jannar sa Ottubru 2008 inġabru 4,441.53 tunnellata ta’ karti u kartun. Huwa proġettat li sa l-aħħar tas-sena jkunu nġabru madwar 5,500 tunnellata. Il-Gvern huwa mpenjat li fis-sena 2009 jilħaq it- targets skond l-obbligi tad-direttiva. Għalhekk il-Gvern qed jinkoraġġixxi li jibdew joperaw l-iskemi għal ġbir ta’ materjal riċiklabbli biex flimkien mal-WasteServ ikunu jistgħu jintlaħqu u jinqabżu dawn l-ammonti. Għal statistika fuq bażi nazzjonali nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ġbir ta' batteriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata batteriji li jintużaw għal skop domestiku nġabru matul is-sena 2007 u 2008? X'qiegħed isir minn dawn il-batteriji użati u kemm qed tiġi tiswa lill-poplu din l-attività jiġifieri biex jinġabru u jintbagħtu fid-destinazzjoni tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ammont ta’ batteriji wżati li nġabru fl-2007 kien ta’ 9.49 tunnellati u fl-2008 kien ta’ 10.82 tunellati. Il-ġbir tal-batteriji mill-kunsilli lokali, skejjel u ħwienet tiswa’ madwar €1160 fix-xahar. Il-batteriji kollha li jinġabru jintiżnu, jinqasmu f’tipi differenti u jinħażnu sakemm jkun hemm kwantità biżżejjed biex jiġu esportati. Tajjeb wieħed jgħid ukoll li bejn is-snin 2005 u 2006 ġew esportati 100 tunnellata ta’ batteriji wżati li kienu inġabru matul numru ta’ snin. Din l-attivita swiet €186,000.

St Vincent de Paule Residence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsiji f'St Vincent de Paule Residence? Kemm ilhom korsija kull persuna li hemm? Jekk tista' tqis li f'residenza li tgħix ħajtek fiha, korsija hijiex ideali? Xi pjanijiet hemm għal futur ħalli jakkomodaw lil dawn l-anzjani aħjar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4035 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baġit ta' kull kunsill

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'baġit kellu kull kunsill f'Malta tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dan l-baġit kull kunsill jkollu jonfoq għall-spejjeż rikorenti u servizzi u pagi? Jista' dawn l-ispejjeż jingħataw lilna forma ta' tabella? Jista' jiprovdi tagħrif ta' kemm kull kunsill jifdallu flus biex jkun jista' juża għall-bżonnijiet tal-lokal tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

St Vincent de Paule Residence — X-Ray

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm anzjani jittieħdu minn St Vincent de Paule Residence għall-Isptar Mater Dei biex ħadulhom chest x-ray matul is-sena 2007, 2008? X'inhi r-raġuni għal dan meta f'St Vincent de Paule Residence hemm l-faċilitajiet kollha biex dan isir?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li qatt ma jintbagħtu anzjani minn San Vincenz għal Mater Dei Hospital biex jittieħdilhom Chest X-Ray. Chest X-Ray jittieħed dejjem f'San Vincenz u meta r-Radiographer ma jkunx duty, jiġi apposta mid-dar biex jaqdi lir-residenti. Dan anke meta r-resident ikun/tkun bed-ridden għaliex l'X-Ray jittieħed permezz tal-postable machine.

Spezzjonijet mill-perit fuq proprjetà

Question

Billi ħafna drabi persuni li jixtru proprjetà speċjalment in shell form ikollhom problema meta l-perit tad-dipartiment jagħmel spezzjoni tal-post (u dan għaliex bejn iż-żmien li jinxtara l-post u dak ta' meta ssir l-ispezzjoni jkun sar ammont ta' xogħol li jbiddel il-valur tal-post), jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-perjodu jiqsar biex jiġu evitati problemi bla bżonn kemm lix-xerrej kif ukoll lil min ibigħ il-proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty f’dawn l-aħħar xhur ħa ħsieb din il-problema u naqqas sew il-perjodu ta’ minn meta n-nutar jippreżenta l-boll għad-data li jiġi nfurmat il-perit tad-dipartiment sabiex issir l-ispezzjoni minnu.

Valletta — Kumpens ta' art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3879 u jara li s-sidien li tteħditilhom proprjetà fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjetà li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3879.

Korporazzajoni għas-Servizz tal-Ilma — karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma xtrat dsatax-il karozza għall-impjegati tagħha? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inxtraw u x'kienet l-ispiża għal dawn il-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara studju finanzjarju li għamlet il-KSI addottat policy sabiex tibda tixtri l-karozzi li għandha bżonn u ma tibqax tikri. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma xtrat 17-il karozza ta’ tip KIA Ceed; 12 LX u 5 EX. Ceed LX jiswew €14,400 kull waħda u Ceed EX jiswew €16,700 kull waħda. B’kollox ser jitneħħew 14-il karozza tal-kiri (diġa tneħħew 10) għax 3 mill-karozzi li nbidlu kienu tal-KSI. Meta jinbidlu l-14 il-vettura jiġu ffrankati €181.18 kuljum.