Korporazzjoni Enemalta — Ġbir mill-konsum ta' l-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret il-Korporazzjoni Enemalta minn fuq konsum tal-elettriku sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2526.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa, jiġifieri, fuq mollijiet,
breakwater
, eċċ.? Kemm hi stmata li tkun in-nefqa għat-tkomplija tal-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali (certified for payment) fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa sa l-aħħar tas-sena 2007 kienet ta’ €18,392,220.80.
Bħalissa, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta qegħda tipprepara disinn ġdid sabiex toħroġ it-
tenders
neċessarji għall-bini ta’ terminal fiċ-Ċirkewwa bl-għajnuna finanzjarja tal-
Cohesion Fund
tal-UE. L-informazzjoni fuq l-ispiża ta’ dawn ix-xogħolijiet għadha qed tinġabar u tkun tista’ tingħata aktar tard.
Jista’ l-Ministru jara jekk jistax jiżdied id-dawl fid-daħla għal Ta’ Qali minn Triq id-Durumblat peress li din tintuża minn numru kbir ta’ persuni li tard bil-lejl jew kmieni filgħodu jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiziku bħal mixi jew jogging?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jelenka x-xogħlijiet infrastrutturali li jridu jsiru biex tkun moqdija Smart City u kemm hu maħsub li kull wieħed se jiswa separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Water Services Coporation ħa ttejjeb ix-Xghajra Wastewater Pumping Station u se tipprovdi ‘main’ ta’ l-ilma bi pressa adegwata. L-ispejjeż huma ta’ madwar 210,000 ewro.
L-ispejjeż fuq xogħol ta’ elletriku huma ta’ madwar 8,948,900 ewro.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3635.
Bengħajsa — Trasferiment ta' biċċa art mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa lill-Korporazzjoni Enemalta għal perijodu ta' 65 sena għal kiri tal-impjant tal-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kopja tal-kuntratt tat-23 ta’ April 2004 bejn id-Dipartiment ta’ l-Artijiet u l-Enemalta fejn il-Gvern ittrasferixxa biċċa art f’Bengħajsa għal perijodu ta’ 65 sena għal kiri tal-impjant tal-gas ġie imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta kienet qiegħda tiġi diskussa ir-Riżoluzzjoni biex din l-art tiġi trasferita lill-Gasco.
Għaldaqstant qiegħed nerġa npoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3560 u jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Korporazzjoni Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3560 waqt seduta Nru. 49.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3137 u 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu , kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2526.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment ta' l-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li d-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rcevit xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'għandu ebda informazzjoni fir-records tiegħu li turi li għandu jagħti flus ta' bejgħ ta' post fejn il-bejgħ sar fl-2005, lill-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-heavy plant ta' St. Andrew? Kemm hemm staff allokat hemm, xi grad huma u x'inhuma is-sigħat ta' xogħol tagħhom? Kemm saru tiswijiet f'dan il-garaxx mill-bidu ta' din is-sena fuq karozzi tad-Direttorati? Ta' liema natura kienu dawn it-tiswijiet, u fuq liema vetturi? Kemm huwa stmat li jiswew dawn it-tiswijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Heavy Plant Garage f’St. Andrew’s se jkompli jagħti s-servizz li qed jagħti illum. Fih hemm tlett impjegati li huma zewġ Senior Tradesman u xufier. Fix-xitwa dawn jaħdmu mis-7.00 a.m. sal-4.00 p.m. u fis-sajf mis-7.00 a.m. sas-1.00 p.m. Mill-bidu ta’ din is-sena saru 114-il tiswija fuq vetturi tad-Direttorati. It-tiswijiet kienu jvarjaw minn service ta’ rutina, tiswijiet relatati ma’ steering u suspension, braking, chassis, body u magna. Il-vetturi li saru tiswijiet fuqhom kienu dawn:
1 Peugeot 306, 1 Toyota Corolla, 5 AEC 505, 4 Toyota Coaster, 1 Ford Plaxton, 1 Kia Asia Combi, 1 Toyota Hilux, 6 Ligier Nova, 1 Skoda Favorit, 1 Peugeot 505, 2 Renault Master, 1 Isuzu Gemini, 2 Peugeot 405, 2 Renault 19, 1 Toyota Hiace, 1 LDV Convoy, 1 VW Golf, 8 Chevrolet Kalos, 1 Chevrolet Nubira, 1 Citroen Xsara, 1 Renault Megan, 1 Seat Inca.
Huwa stmat li dawn it-tiswijiet swew €12,698,80.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu computers ġodda din is-sena fl-iskejjel? F'liema skejjel, skola skola u l-ammonti? Kemm ser jiswa lid-Direttorati l-kiri u l-manutenzjoni ta' dawn il-computers, kull sena? X'sar mill-computers li ġew imwarrba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Diviżjoni tas-Saħħa -Sezzjoni Sanita — spezzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni saret fl-iskejjel tal-Istat matul dawn l-aħħar ħames snin mid-Diviżjoni tas-Saħħa, sezzjoni sanita sena b'sena, u skola skola? Kemm-il rapport sar minn dawn l-ispetturi tas-sanità, u x'kienu l-affarijiet li għalihom inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet li għanhom jiġu indirizzati? X'passi ttieħdu biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-rata uffiċjali li biha għandhom jitħallsu eżaminaturi li jiġu mqabbda mid-Dipartiment tal-Eżamijiet? Kemm ilha ma tiġi riveduta din ir-rata? Min jistabilixxi din ir-rata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li r-rata uffiċjali li biha jitħallsu eżaminaturi mqabbda mid-Dipartiment tal-Eżamijiet hija hekk:
Kull eżami ta' livell SEC ('O' level) jew anqas:
Issettjar tal-karta -
€35
Korrezzjoni -
€1
kull karta
Kull eżami ta' livell MATSEC (
Advanced Level
)
Issettjar tal-karta -
€52.50
Korrezzjoni -
€1.50
kull karta
Kull eżami ta' livell ta' Degree
Issettjar tal-karta -
€70
Korrezzjoni -
€2
kull karta
Din ir-rata ġiet riveduta fit-3 ta' Lulju 2007.
Ir-rakkomandazzjoni sabiex jiġu rriveduti r-rati tiġi mingħand id-Direttur tal-Eżamijiet bi qbil mal-Management and Personnel Office fl-Uffiċju tal-Prim Ministru u bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Health and Safety Inspectors — mezz ta' prevenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru Health and Safety Inspectors, li kienu rrakmandati mill-Bord Intern tal-inkjesta li kien twaqqaf mill-Ministru preċedenti, wara l-mewt traġika ta' student fl-iskola San Franġisk T'Assisi fl-2003? Jekk le, tista' tagħti r-raġunijiet li azzjoni fuq rakkmandazzjoni bħal din ħadet daqshekk żmien biex tiġi implimentata, meta dawn l-ispetturi jistgħu jkunu mezz ta' prevenzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Bord ta’ Inkjesta li kien twaqqaf mill-Ministru preċedenti , wara l-mewt traġika ta’ student fl-iskola San Franġisk t’Assisi, kien issottometta 14-il rakkomandazzjoni. Tnax minnhom ġew attwati b’mod immedjat u qed iħallu r-riżultat mixtieq. It-tnejn l-oħra jirrakommandaw il-ħatra ta’ uffiċċjali speċjalizzati li jimmoniterjaw ix-xogħol li qed isir mill-Health and Safety Teachers fl-iskejjel, fost ħwejjeġ oħra.
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħa dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet bis-serjeta’, tant li llum il-ħatra ta’ dawn l-uffiċjali m’għadiex biss rakkomandazzjoni ta’ Bord ta’ Inkjesta, imma tifforma parti mill-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-MUT, u tifforma parti mid-dokument “Student Services within the Directorate for Education Services:a framework of operation”. Il-ħatra ta’ dawn l-uffiċċjali ser issir skont il-pjan imfassal mid-Direttorat għall-ħatriet kollha, b’mod gradat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sponsorja attivitajiet kulturali l-Ministeru tal-Edukazzjoni matul din is-sena? X'kienu dawn l-attivitajiet, waħda waħda? Liema kienu l-entitajiet konċernati li lilhom ingħata sponsorship? Kemm kien jiswa l-isponsorship għal kull attività f'termini ta' flus jew forom oħra ta' sponsorship?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-fini tal-liġi, Ħal Ferħ Complex għadux ikkonsidrat bħala kumpannija parastatali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpannija kummerċjali Ħal Ferh Co Ltd hija kumpannija ‘limited liability’ irreġistrata Malta bin-numru ta’ reġistrazzjoni C3512. L-ishma kollha tal-kumpannija minbarra sehem wieħed huma tal-kumpannija Maltija Air Malta plc filwaqt li s-sehem wieħed huwa tal-kumpannija Holiday Malta Co Ltd li hija reġistrata fir-Renju Unit.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu passi neċessarji biex it-triq li tgħaddi matul il-Victoria Lines bejn Tarġa Gap u Triq Xifer il-Kief, fil-fatt tiġi rranġata l-ewwelnett għaliex qed issir ħsara lill-Victoria Lines, u t-tieni għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li s-sidien li tteħditilhom proprjeta' fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjetà li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi is-sidien li tteħditilhom proprjeta’ fil-Belt, li d-dettalji tagħhom intbgħatu separatament , qed jiġu ikkompensati billi titħallas kera’ ta’ għarfien kull sitt xhur peress li l-proprjeta’qegħda għand il-Gvern taħt titolu ta’ dominju pubbliku. Din il-kera’ ta’ għarfien hija mħallsa skond it-termini ta’ l-Ordinanza dwar Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88).
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-iskema ta’ irtirar kmieni mit-Tarzna? Kemm minn dawn tħallsu digà? Kemm saru ħlasijiet sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm hemm ħlasijiet pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.