Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lobour Force Surveys — turiżmu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4436 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - ħaddiema allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpanniji li huma allokati fabbriki, uffiċini, ċentri ta’ servizzi, eċċ, fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 ‘l hawn, kif ukoll fl-aħħar ta’ Marzu u fl-aħħar ta’ Settembru u Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni skond is-sotto-setturi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.

MCAST — nefqa kapitali fuq bini, tibdil, tiġdid u apparat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa kapitali tal-Ministeru tagħha għal bini, tibdil, tiġdid u apparat, eċċ separatament għall-MCAST f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Stokk ta' vetturi bil-mutur liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi bil mutur liċenzjati għall-ewwel darba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi bil-mutur liċenzjati għall-ewwel darba f’Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1988 sal-2007 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Kemm minn dawn kienu vetturi ġodda u kemm kienu vetturi użati? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4440 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programm għal wara l-ħin tal-iskola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Programm għal Wara l-Ħin tal-Iskola fejn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ crafts, drama, mużika u edukazzjoni fiżika ma ddaħħalx fl-iskejjel primariji f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi l-Programm għal wara l-ħin tal-Iskola kienet inizjattiva tal-Gozo College. Fil-fatt diġa saru l-preparazzjonijiet kollha meħtieġa u huwa ppjanat li jibda fil-bidu ta' Jannar 2009.

Talbiet għall-użu ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4103 u 3540 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4163 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4463 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4162 u jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa f'Malta ma kienx hemm applikazzjonijiet għal permess għal faċilità għal reċiklaġġ ta’ ħġieġ. Ta’ min jinnota illi fl-istess żmien kien hemm 11-il applikazzjoni fosthom l-MRF ta’ Sant’Antnin, sit għal ħażna temporanja fil-Marsa u 3 Civic Amenity Sites (li diġà ħarġu) għal impjanti għal kollezzjoni/ħażna għal ħġieġ qabel dawn jiġu esportati lejn pajjiżi oħra fejn dawn jiġu reċiklati peress illi hawn Malta ma jsirx il-proċess ta’ reċiklaġġ ta’ ħġieġ. 3 applikazzjonijiet (fosthom 2 Civic Amenity Sites) jinstasbu fi stat avvanzat tal-proċess u huwa ppjanat li dawn joħorġu fiż-żmien qarib. Wieħed mill-faċilitajiet b’permess pendenti għandu wkoll permess temporanju skond l-Avviż Legali Numru 106 tal-2007.

Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — recognition rent

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4482 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forza Armata ta' Malta — ingaġġ ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun hemm ingaġġ ieħor ta' membri fil-Forzi Armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ottubru li għadda d-Direttur tal-Eżamijiet ħareġ żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta. Sejħa minnhom kienet għal Uffiċjali Kadetti filwaqt li l-oħra kienet għal suldati regolari. Bħalissa qed isir il-proċess tal-għazla għaż-żewġ sejħiet. Huwa maħsub li l-kandidati magħżula jiġu ngaġġati fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.

Kunsilli Lokali — Attivitajiet kulturali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw għajnuna speċifika biex ikunu jistgħu jtellgħu attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jgħin diversi entitajiet kif ukoll Kunsilli Lokali sabiex itellgħu attivitajiet kulturali matul is-sena. Dawn il-fondi jingħataw skond il-ħtieġa tal-attivita’ u l-kriterji maħruġa mill-MCCA (Malta Council for Culture and the Arts) dwar il-programm tal-Għajnuna Kulturali.
Leg 11 PQ #4484 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — persuni mħarrġa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' persuni li qed jitħarrġu biex jibdew iservu bħala membri fil-Korp tal-Pulizija? Meta hu mistenni li toħroġ sejħa oħra għall-ingaġġ ta' pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa mhux qed jingħata ebda taħriġ ta' rekluti fil-Korp tal-Pulizija. Sejħiet oħra għall-ingaġġ ta' pulizija jsiru minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-Korp.
Leg 11 PQ #4485 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Car parks pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti f'San Pawl il-Baħar li fihom il-Awtorità għall-Ippjanar u Ambjent identifikat li jinbnew car parks pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ‘s-siti identifikata ghal carparks pubblici fiz-zona ta' San Pawl/ Bugibba/Qawra huma erba' u jinsabu fi Triq Parades, Triq il-Port Ruman, Triq il-Mosta u Triq il-Wileg kif jidrhu fuq il-mapep 37 u 38 tal-Pjan Lokali ghall-Majjistral tal-2006. L-izvilupp tal- carparks fuq dawn is-siti huwa regolat bil-policy NWSP 1 fl-istess Pjan Lokali.

Bdiewa tal-Qammieħ — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dawr jekk il-Ministeru rċeviex xi talba biex il-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa, jingħataw kumpens minħabba xi prodotti li setgħu tilfu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lid-dipartiment għamel stima tal-prodotti f’dawn l-inħawi wara talba mid-Dipartiment tas-Saħħa pubblika.

Malta Shipyards — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ġew impjegati bħala full-time, part-time u casual workers mal-Malta Shipyards? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise, kemm kien l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema pajjiżi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyards kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-kunsill lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema fondi tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li ġew impjegati fuq bażi temporanja mal- Malta Shipyards kien 2,545. Dawn il-ħaddiema inġiebu għal numru ta’ ġranet kull wieħed skond il-bżonn u għalhekk huma kollha casual workers. Rigward l-ammont totali li tħallas lil dawn il-ħaddiema ninsab infurmat li l-Malta Shipyards mhiex f’ pożizzjoni li tagħti din iċ-ċifra għax dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li jkunu ngaġġati minnha. Infurmat ukoll li dawn il-ħaddiema ġew prinċipalment mill-Bulgarija, il-Filippini, il-Polonja u r-Rumanija. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill- Onorevoli nterpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.

Reserved Parking Spaces

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar skond l-Awtorità dwar it-Trasport kemm hu n-numru ta' reserved parking spaces li huma approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba, Xemxija u Burmarrad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2007 ‘l hawn, in-numru ta’ Parkeġġi Riservati approvati mill-ADT f’Bugibba, Xemxija, Burmarrad u San Pawl il-Baħar li jagħmlu parti mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huma kif ġej: Parkeġġi Riservati – 75 (ħamsa w sebgħin) Parkeġġi Risevati għal erba’ xhur – 15 (ħmistax) 1.5m Keep Clear – 5 (ħamsa) Dawn kienu kollha allokati għall- persuni b’diżabilità. Infurmat ukoll li hemm “ limited timed parking schemes ” f’ San Pawl il-Baħar f’dawn it-toroq – St.Paul Street, parti minn Triq it-Turisti u parti minn Triq il-Merluzz.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri ta-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li l- Malta Industrial Parks , il- Privatisation Unit , in- Notary to Goverment , il-Lottu u l-Kuntratti ma nefqu l-ebda spiża fuq safar barra mill-Unjoni Ewropeja jew fl-Unjoni Ewropeja. Filwaqt li l- Gozo Channel , l-NSO, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, l-Air Malta, id-Dipartiment tal-VAT, it-Teżor u l- Government Property Division ma nefqu l-ebda spiża fuq safar barra mill-Unjoni Ewropeja.

Malta Dairy Products — Sit ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal xi ħsieb li l-Malta Dairy Products tiċċaqlaq mill-post fejn qed topera llum (u fejn ilha għal għexieren ta' snin) fil-Ħamrun, u jiġi żviluppat sit ġdid, kif ġie propost u magħżul diversi drabi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Dairy Products għadha kemm nefqet ammont sostanzjali f'titjib fl-impjant tal-Ħamrun u ma naħsibx li jagħmel sens li din issa tiċċaqlaq għal xi post ieħor.