Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm kien in-numru ta' każijiet ta' żbroff/fawran tad-drenaġġ rapportati lill-awtorità konċernata f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu żbroff/fawran fil-widien u x'passi ttieħdu? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu f'dan id-dipartiment konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’ser jiġri mit-18-il ħaddiem tal-Casma Ltd li baqa' il-casino issa la jsejjaħ għat-tenders la jrid ixolji il-Casma Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Casma Ltd mhux ser tiġi likwidata.
Kull min ser jippreżenta tender ser ikun mitlub li jħaddem miegħu l-impjegati msemmija kif kien sar ma’ l-ewwel operator.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3846 u jara għaliex ma jridux jagħmlu hyperbaric ġewwa l-Isptar Mater Dei, meta t-tobba ta' sptar Amerikan kif ukoll professuri barranin qalu li b'hekk isir progress fil-każ tat-tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-każ ta’ dan it-tifel kien ġie riferut lil speċjalista fil-Baromedicine fl-iSptar Mater Dei fit-3 ta’ April 2008. Il-konkużjoni ta’ dan l-ispeċjalista kienet li t-tifel ftit li xejn kien ser jibbenifika mit-terapija tal-Hyperbaric Oxygen filwaqt li kien ser ikun espost għal riskji kawza tal-High Pressure Oxygen. Dan kollu jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu waqt l-aħħar European Consensus Conference fuq l-effetti tal-Hyperbaric Oxygen Therapy li kienet organizzata mill-ECHM (European Committee for Hyperbaric Medicine), li hija l-unika istituzzjoni rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropeja.
Informat ukoll li f’ Mejju 2008, l-ispeċjalista spjega dawn il-fatti lil missier dan it-tifel u infurmah ukoll li anki fl-Istati Uniti,
Hyperbaric Oxygen
m’huwiex approvat għall-kundizzjoni tat-tifel u li
c-Chamber
li offra li jitratta lit-tifel ma kienetx qed timxi mar-rakkommandazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3885 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazjoni,, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min jidħol fl-operat tal-CDAU?
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppat il-policy li ser tirregola l-ħidma biex sqaqien u passaġġi fir-raba' jkunu aktar aċċessibbli u imtejba speċjalment wara l-istaġun tax-xitwa fejn il-passaġġi f'raba' issirilhom ħafna ħsara? Din il-mistoqsija qed isir sabiex tiġi mogħtija informazzjoni fuq xi żviluppi li seta' kien hemm wara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1042.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każi li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 140, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Works Division ħawwilx siġar u għamilx il-ħidma ta' tindif f'Wied il-Għasel, speċjalment fl-inħawi ta' taħt il-pont fl-inħawi tal-Kappella tal-Isperanza, il-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni u l-pont il-kbir li hemm f'tarf ta' Triq il-Fortizza?
Mosta — Triq il Kungress Ewkaristiku - xogħlijiet fuq water culvert
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn intqal li diġà saru spezzjonijiet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u t-tiswijiet meħtieġa kellhom jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet li l-istess Awtorità dwar it-Trasport kellha ppjanta għall-Mejju li għadda, jista' l-Ministu jgħid għala s'issa għadu ma sar xejn? Din il-mistoqsija qed issir ħalli l-Awtorità tieħu miżuri meħtieġa sabiex water culvert f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta ma jibqax ta' periklu għall-karozzi kif ukoll għal min ikun qed isuq rota jew mutur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li biex tiġi solvuta l-problema msemmija hemm bżonn li jsir proġett sħiħ ta’ resurfacing ta’ din it-triq biex terġa titbaxxa għal-livell oriġinali. Ġara li matul is-snin ingħata wiċċ fuq ieħor b’konsegwenza li l-livell tat-triq għola ‘l fuq mill-outlets tal-ilma tax-xita tad-djar. Għaldaqstant kien tħalla kanal mal-ġenb tat-triq u madwar il-gradilji li jiġbru l-ilma tat-triq.
Bħala miżura sabiex titjieb is-sigurtà f’din it-triq, l-ADT ser tagħmel marki fuq il-ġenb tat-triq biex tħares aħjar is-sigurtà ta' min isuq.
Furjana — Triq Pietro Floriani - sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex pjanijiet li timbarka fuq ir-rikostruzzjoni ta' Triq Valletta Żurrieq li tibda minn Ħal Kirkop u tispiċċa ż-Żurrieq?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex il-ħsieb tiddiskuti mal-kunsilli lokali l-impatt ta' kif se jaffettwa l-inħawi t-tibdil fil-
management
tat-traffiku ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Qrendi, Mqabba, Żurriq, Ħal SAfi u Kirkop — rural trails li jesponu s-siti storiċi w arkejoloġiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li mill-fondi tal-iżvillup rurali, jitwaqqfu rural trails li jesponu s-siti storiċi w arkejoloġiċi fl-inħawi ta' Qrendi, Mqabba, Żurrieq , Safi u Kirkop li jattiraw turisti li jħobbu jimxu u li għandhom interess fl-operi storiċi bħall-Knisja ta' Ħal Millieri, it-torri puniku , ix-xarolla , it-tempji, w oħrajn fir-reġjun tax-Xlokk ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li miżura 313 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007 - 2013 fost l-oħrajn taħseb għall-investimenti u progetti ta’ dan it-tip. Fil-fatt waħda mill-azzjonijiet maħsuba hija li jiġu stabbiliti trails li jorbtu siti ta’ valur turistiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġetti li d-dipartiment minnu rappreżentat u li kien kommess li jwettaq fir-reġjun tax-Xlokk ta' Malta u li kien saħansitra beda jwettaq taħt it-tmexxija tal-eks Ministru Ninu Zammit, hux ser jitkomplew ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru jindika għal liema proġetti qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jindika r-raġuni għalfejn ma ġewx istallati traffic lights fi Triq San Ġwann , Kirkop eżattament fejn hemm il-Kulleġġ San Benedettu u s-supermarket Lidl in vista tal-attività f’din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex jiżgura illi l-ilma ta' taħt l-art ma jiġix kontaminat wara l-iżbroff tad-drenaġġ li kien hemm riċentement fl-inħawi tal-Qammieħ limiti tal-Mellieħa?
Jista' jispjega kif nonostante l-eluf ta' flus minfuqa sabiex dan l-akkadut jiġi evitat, reġa' seħħ?
Jista' jgħid ġewx istitwiti proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta' min kien inkarigat mill-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.