Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ditta SLR — tender

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' tender mgħotija lid-ditta SLR in konnessjoni ma' studji li saru jew għandhom isiru dwar l-ambjent EIS fuq l-impjant ta' Sant Antnin f'Marsascala? Kemm ġiet tiswa din it-tender? Jista' jgħid jekk tħallasx l-ammont kollu dovut lill-kumpannija li għamlet jew kella tagħmel dawn l-istudji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Refund ta' social security contribution

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma rċevitx refund ta' social security contribution class one mħallsa minnha għal xogħol part-time, meta skond kif ġiet mgħarrfa mid-dipartiment tas-servizzi soċjali hija kellha tirċievi lura dan ir-refund ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna eks service man mas-servizzi Ingliżi li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'hijiex tirċievi l-pensjoni sħiħa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Furjana — Riżorsi Umani - Flexitime

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq liema kriterji qed jiġi apporvat il-flexitime lill-ħaddiema fil-fergħa tar-riżorsi umani fil-Furjana? Jista' jgħid wara li f'Ottubru li għadda dawn talbu li jaħdmu sigħat flessibli, liema talba ntlaqgħet mid-direttur u dawn daħlu għal xi impenji skond kif kien jippermetti l-ħin ta' xogħolhom, din il-faċilità ta' flexitime ġiet mitmuma ħesrem għad-dannu finanzjarju u psikoloġiku ta' dawn il-ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-fergħa tar-riżorsi umani fil-Furjana ma ġie rtirat l-ebda flexitime.

Qrendi — bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bus shelter fil-pjazza ta' quddiem il-knisja tal-Qreni, fejn hemm il-venda tal-karozzi tal-linja, li kien tneħħa meta sar il-paviment tal-pjazza mill-istess ministeru li wettaq dan il-proġett, sal-lum għadu ma reġax twaħħal? Meta ser isir u għalfejn dan id-dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Skejjel statali — Jum il-Lingwa Maltija

Question

Tista' l-Ministru tikkunsidra l-possibbiltà li darba fis-sena jkun hemm ċelebrazzjoni ta' Jum il-Lingwa Maltija fl-iskejjel statali u postijiet oħra governattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bħalissa, fl-iskejjel Maltin, issir ċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi fl-20 t’Ottubru. Il-lingwi kollha jiġu ċċelebrati permezz ta’ attività li d-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning iħejji matul is-sena. Tul dawn l-aħħar snin saret il-Best Language Practice Award fejn l-iskejjel Statali, Indipendenti u tal-Knisja jieħdu sehem f’attivitajiet li jiċċelebraw il-komunikazzjoni permezz tal-lingwa

Żieda fil-pensjoni

Question

Stante li fil-baġit għas-sena 2008 il-gvern kien ta' żieda ta' Lm6 lil kulħadd inkluż il-pensjonanti, u stante li kien qasamha fi ħlas ta' Lm 4 fix-xahar fiċ-ċekk tal-pensjoni u ħlas ieħor ta' sena f'daqqa' tal-ekwivalenti ta' Lm 2 fix-xahar, u stante li milli jidher din is-sena li pensjonanti mhux ser jirċievu l-ekwivalenti ta' ħlas ta' sena f'daqqa ta' Lm 2 fix-xaħar, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx allura li l-miżura ta' żieda ta' Lm 6 fix-xahar lill-pensjonanti li ngħatat is-sena l-oħra ma kenitx waħda reali, imma kient immaskerata għal sena waħda biss?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4610 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżerija tal-għażla tiegħek — Tibdil

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna tistax tbiddel l-ispiżerija lokali (tar-raħal tagħha) li minnha tiġbor il-mediċini li hi ntitolata għalihom? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li trid tintuża?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li pazjent reġistrat ma' l-Iskema ta' l-Għażla tiegħek jista' jibdel l-Ispiżerija għall-waħda oħra ta' l-Għażla tiegħu/tagħha. Informat ukoll li l-proċedura li għandha tiġi segwita hija li timtela formola ġdida li magħha l-pazjent ikun se jirreġistra. Din il-formola ta' reġistrazzjoni ġdida għandha tinbagħat lid-Dipartiment ta' l-Iskema ta' l-Ispiżerija Tiegħek fl-Isptar San Luqa flimkien ma ittra mill-pazjent fejn tingħata r-raġunijiet għalfejn se tinbidel l-Ispiżerija.

Karozzi reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi fil-kategorija 1800cc - 2000cc reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport? X'inhi l-età ta' dawn il-vetturi skont kif reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport skont is-sena tar-reġistrazzjoni tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa — Ħlas għall-qbiela u ċnus

Question

Billi hu magħruf li numru sew ta' ħaddiema kienu applikaw biex iħallsu għall-qbiela/ċnus tar-raba' li fil-fatt kienu qed jaħdmu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' dawn il-bdiewa li għadhom qed jistennew biex jibdew iħallsu? F'liema lokalitajiet tinsab l-art agrikola li s'issa għadha qed tiġi kkunsidrata biex fiha jiġu rikonoxxuti l-bdiewa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa li jaħdmu raba' tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara li l-iskema li permezz tagħha bdiewa li qed jaħdmu raba' tal-Gvern, li iżda għadhom mhux rikonoxxuti mill-Gvern terġa' tinħareġ biex jiġi assenjat li dawk il-bdiewa li m'applikawx meta kien hemm din l-iskema xi snin ilu, fil-fatt ikollhom iċ-ċans li japplikaw?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi fil-kategorija 1800cc - 2000cc li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport fl-2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2782 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern trasferiti għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.

Ħlas f'inċentivi

Question

Jikkonferma l-Ministru li matul din is-sena 2008 tħallsu jew se jkunu tħallsu madwar €20.5 miljun f’inċentivi? Jekk fl-affermattiv, kif ġew allokati dawn l-inċentivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal din is-sena, l-Item tal-Inċentivi 7096, taħt il-Ministeru X, Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informatika, jlaħħaq €14.1 miljuni. L-Item tal-Inċentivi 7096, taħt il-Ministeru VIII, Għawdex, għal din is-sena, jilħaq €665,000. Il-Vot 7096 ġie allokat kif spjegat hawn isfel: € Access to Finance 1,737,981 Investment Aid 6,543,153 SME Development 114,303 Research & Development 186,350 Enterprise Development 876,962 HSBC Call Centre 2,444,727 MCAST Aviation Training 2,198,928 14,102,404 Ta’ min jinnota wkoll illi apparti l-Voti ta’ l-inċentivi, Malta Enterprise taprova wkoll madwar €40 miljun inċentiv ta’ natura fiskali. Incentivi Fiskali taħt il- Business Promotion Act Tip ta’ l- Inċentiva Riferenza Valur ta’ l-Incentiva €m Tax Holiday Artiklu 4 0.9 Allowance Għall-Investiment Investment Allowance Artiklu 7 1.9 Rati Mnaqqsa Ta’ Taxxa Reduced Rate of Tax Artikli 6 u 24b 0.2 Rati Mnaqqsa Ta’ Taxxa fuq L-Income Reduced Rates of Income Tax Regolament 4 24.1 Krediti Ta’ Taxxa Fuq Investiment Investment Tax Credit 11.8 Skema Ta’ Inċentiva Fuq Valur Miżjud Value Added Incentive Scheme Regolament 6 0.84 Total €39.74m

Rabat — Santu Spritu - Dipartiment tal-Arkivji - arkivisti ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu impjegati numru ta' arkivisti mad-Dipartiment tal-Arkivji ġewwa Santu Spirtu r-Rabat, issa li hemm numru sabiħ ta' arkivisti gradwati mill-Università ta' Malta? Ma taħsibx li post ta' din l-importanza għandu jiġi sostnut bi staff professjonali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Parti intrinsika mir-riforma leġislattiva li saret permezz ta’ l-Att V,2005 kien propju li l-Arkivji Nazzjonali jippromwovu l-professjonalita’ u joffru l-opportunita’ ta’ karriera fl-Arkivistika.L-Arkivji Nazzjonali jinsabu mexjin progressivament sabiex iżidu n-numru ta’ nies impjegati li jkunu wkoll gradwati fl-Arkivistika jew fl-Amministrazzjoni ta’ rekords.Matul din is-sena intlaħaq l-ewwel ftehim kollettiv li jipprovdi sabiex issa hemm struttura professjonali ta’ gradi li fost l-oħrajn tinkludi l-Archives Officers u l-Archives Assistants. Matul dawn fl-aħħar snin fl-Arkivju Nazzjonali żdied l-ammont ta’ gradwati minn wieħed full time u ieħor part time għall-erbgħa full time fit-tliet siti li minnhom topera din l-entita’. Hu l-ħsieb li fil-qafas legali ġdid u modern li issa s-settur għandu jitkompla dan il-proċess dejjem fil-limiti wkoll finanzjarji.

Equivalency Board

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ipproċessa talbiet għal equivalency l-Equivalency Board tad-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena? Min huma l-membri tal-bord preżenti? Min huwa responsabbli għal dan il-bord? X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-bord? X'renumeration jieħdu l-membri tal-bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jeżisti l-ebda Equivalence Board fid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni li jipprocessa kwalifiki.

Warrants Board

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ipproċessa warrants l-Warrants Board tad-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minn dawn kienu permanent warrants u kemm kienu temporary warrants? Kemm kienu għal għalliema fl-iskejjel tal-istat u kemm kienu għal għalliema fi skejjel oħra? Kemm ġew ippreżentati applikazzjonijiet li ġew rifjutati għal xi raġuni jew oħra, u x'kienu r-raġunijiet f'kull każ? Kull meta jiltaqa' l-bord? Kif inhu kompost il-bord? Lil min jirrispondi dan il-bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Petizzjonijiet leġġittmi li tressqu quddiem il-Public Service Commission

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex wara li saru numru ta' petizzjonijiet leġġittmi li tressqu quddiem il-Public Service Commission skond l-Estacode, b'referenza għal ċerta pożizzjonijiet fid-Direttorati tal-Edukazzjoni dawn il-pożizzjonijiet imtlew xorta, u l-appointments ħarġu wkoll, għalkemm il-każijiet għadhom qed jiġu investigati mill-PSC u għadu ma ngħata l-ebda ruling dwarhom? Ma taħsibx li dan juri disrispett assolut lejn l-istess PSC? Ma taħsibx li kien ikun ferm aktar prudenti li kieku l-ewwel ġew iċċarati l-affarijiet? Ma taħsibx li b'li sar ġew ippreġudikati d-drittijiet fundamentali tal-individwi konċernati li jkollhom smiegħ xieraq fi żmien raġjonevoli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema pożizzjonijiet qed jirreferi sabiex tingħata l-informazzjoni mitluba.

Skejjel — Minor staff compliment

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu kbir il-compliment tal-minor staff fl-iskejjel? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Kemm hemm personnell f'kull branka ta' din is-sezzjoni? Kemm minnhom huma full time u kemm minnhom huma casual jew part-time? Kemm naqas minn sena għal oħra matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' full-timers fis-sezzjoni tal-minor staff?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Complement tal-Minor Staff fl-iskejjel statali f’Malta jammonta għal 515. minnhom hemm 269 nisa u 246 irġiel. Il-personnel f’kull branka ta’ din is-sezzjoni hu mqassam hekk: General Hands (Tindif) - 290 General Hands (Manutenzjoni) - 73 Part-time Cleaners - 152 Minnhom hemm 363 full-time u 152 part-time. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ full-timers fis-sezzjoni tal-Minor Staff.