Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4526 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Minsteru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4000 u tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa f'safar

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4001, 3686, 3138 u 2527 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #4528 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina — interfereon

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4277 u 3663 u jindika meta ġejja l-mediċina Interfereon għaliex ninsab infurmat li allegatament pazjenti li jbatu bil-multiple sclerosis ilhom 15-il jum mingħajrha b’periklu kbir għal saħħithom tant li jistgħu saħansitra jispiċċaw paralizzati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-mediċina Interferon issa qegħda in stock u qed titqassam. Informat ukoll li d-Dipartiment spiċċa bla stokk wara li l-Kuntrattur abbanduna l-kuntratt u għalhekk kellha tinħareġ sejħa urġenti għax-xiri ta' din il-mediċina minn sorsi oħra.

Roundabout tal-Kappara — Periklu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4137 u 3550 u jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira. Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin. Nifhem li lill-Awtorità dwar it-Trasport ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ADT qed tistenna l-permessi tal-MEPA biex tibni "elevated walkway" (passaġġ elevat) f'dan is-sit. Ma tinżammx statistika tal-inċidenti tat-traffiku li seħħew f'din il-"junction".

Rapport Mott Mcdonald — Enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4136, 3509 u 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li wara r-rapport Mott McDonald il-Gvern Malti ikkummissjona dawn l-istudji: 1. Studju imwettaq minn l-Awtorità Dwar ir-Riżorsi fis-sena 2005. Dan huwa ir-rapport intitolat Offshore Wind Resource Potential in Malta. 2. Studju tal-Lahmeyer International ikkummissjonat mill-Awtorità Dwar ir-Riżorsi fejn l-enerġija alternattiva kienet ukoll ikkunsidrata fl-ambitu ta’ dan l-istudju. Ir-Rapport intitolat Energy Interconnection Malta-Europe. 3. L-istudju minn kumitat ta’ esperti fuq l-enerġija mir-riħ. Ir-Rapport huwa intitolat An Offshore Wind Farm at Is-Sikka l-Bajda – An Evaluation of Concerns from Government Stakeholders ’. Dan ir-rapport jissupera (jirrimpjazza) l-ewwel rapport imsemmi. Ir-rapporti jiffurmaw parti minn proċessi oħra li jridu jwasslu għal deċiżjonijiet strateġiċi. Ma nsibx diffikultà li dawn ikunu ppublikati fil-mument adatt.
Leg 11 PQ #4531 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — bad debts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4088, 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4534 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei u Sptar San Luqa — Numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4190 u jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod f'kull dipartiment fl-Isptar Mater Dei? Kemm kien in-numru ta' sodod fl-istess dipartimenti fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tqassim tas-swali fl-isptarijiet Mater Dei u kif kienu l-Isptar San Luqa m'humiex l-istess. Għalhekk meta wieħed iqabbel in-numru ta' sodod ta' kull dipartiment dawn mhux dejjem jiġu mqabbla like with like. Per eżempju f'San Luqa ma kienetx teżisti il-Cardiac Medical Ward li f'Mater Dei taqa' taħt id-Dipartiment tas-Servizzi tal-Qalb. Għalhekk il-pazjenti bil-problemi tal-qalb kienu jiddaħlu fis-swali ġenerali tal-Mediċina. Swali oħra bħall-Emergency Ward 2 f'Mater Dei li sservi bħala Surgical Admissions Unit, ma kellhiex ekwivalenti fl-Isptar San Luqa. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4535 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4189 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fl-Isptar San Luqa fl-aħħar sena li kien miftuħ? Kif kienu mqassma skond l-iskali ta' estacode? Kemm kienu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar 12-il xahar (Ottubru 2007 - Ottubru 2008)?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4536 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet ta' Malta — Inpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4188 u jgħid kemm jiswa inpatient fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar ta' Għawdex, f'San Vinċenz de Paule, fl-Isptar Sir Paul Boffa u f'Zammit Clapp kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isir eżerċizzju ntensiv biex jiġu stabbiliti l-ispiża ta' kull servizz li jingħada l-isptar. Inħoss li din l-informazzjoni tingħata meta jitlesta dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #4550 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Job vacancies

Question

Jaf il-Ministru li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Income Tax — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatamnet u li għandhom pensjoni minima, qegħdin jiġu intaxxati mill-Income Tax?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pulizja — Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw pulizijia grad, grad sena b'sena fl-aħħar ħames snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

In-numru ta' membri li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija f’dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: Grad 2004 2005 2006 2007 2008 (30.11.08) Assistent Kummissarju 3 Supretendent 1 3 1 2 1 Spettur 2 6 5 8 Surġent Maġġur 1 3 5 Surġent (rġiel) 24 14 5 10 16 Surġent (nisa) 2 1 1 3 Kuntistabbli (rġiel) 48 51 23 29 57 Kuntistabbli (nisa) 3 11 6 9 10 Total 80 86 36 59 103

Applikazzjonijiet għal social housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal social housing sad-data tal-mistoqsija? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f' a) irġiel u nisa b) kemm hemm separati c) single mothers u jgħid x'inhuma l-etajiet f'age groups tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Lotterija Super 5

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex is-Super 5 bħas-sena li għaddiet reġgħet telgħet għas-somma ta' flus fenomenali u qed jidher li hemm pattern ta' kif u meta din il-lotterija jkollha l-premju tagħha daqshekk kbir?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dewmien fi ħlas tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta persuna fost koppja miżżewġa tmut sakemm tinħadem il-pensjoni tal-persuna l-oħra, qed jgħaddu anke 3 xhur biex jiġu riveduti ċ-ċirkostanzi kollha bil-konsegwenza li jieqfu l-pagamenti b'diffikultà finanzjarja għall-benefiċċju/i?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Regolamenti dwar żibel u skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sorveljanza dwar regolamenti ta' żibel u skart qed tingħata f'idejn il-Pulizija meta dawn jistgħu jiġu nfurzati aktar permezz ta' enforcement officers oħra lebsin pajżana?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-ksur tar-Regolamenti dwar iż-Żibel u Skart huwa reat, il-Pulizija hija fid-dmir li tara li ma jsirux u tieħu passi skont il-Liġi kontra dawk li jinqabdu jiksru dawn ir-regolamenti.

Permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4133, 3927 u 4382 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kiri ta' ċens temporanji

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4456 u cioe: b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.