Legislature:
Category:
Reset
Active:

Flus dovuti lil membri tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin fid-distretti tal-Hamrun, Rabat (Malta) u Raħal Ġdid mingħand l-MFA?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent l-MFA jonqosha tħallas is-somma ta' €3,741.64 għal xogħol extra duty maħdum minn membri tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin fid-distretti msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4499 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjal Principal Anzjan — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal Uffiċjal Principal Anzjan ( Senior Principal) u kemm nies ġew maħtura għal din l-kariga minn dawk li għaddew mill-aħħar eżami li sar? Jekk għadu ma nħatar ħadd jistgħu jingħataw raġunijiet għala dan għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Football Association — players barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ players barranin irreġistrati Malta u li qegħdin jilagħbu f’xi wieħed mill-leagues f’Malta taħt il-kappa tal-Malta Football Association?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3345.

Affarijiet Barranin — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tiegħi għad m'għandux karozza li taħdem bl-elettriku. Ninsab infurmat illi qed isiru kuntatti mad-ditta li rebħet it-tender sabiex tinxtara karozza minn dan it-tip.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma nxtrat l-ebda karozza li taħdem bl-elettriku.

Riżorzi u Affarijiet Rurali — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma nxtrawx karozzi, iżda nkrew żewġ vetturi li jaħdmu bl-elettriku li ħadu post żewġ karozzi konvenzjonali.

Korporazzjoni Enemalta — Light heating oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont totali f'tunnellati ta' light heating oil li l-Korporazzjoni Enemalta biegħet lill-industriji f'Malta u f'Għawdex fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont f'euros?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-Ministeru tiegħi ma nxtraw ebda karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma karozzi konvenzjonali.

Għeluq tal-Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qorti Superjuri — Imħallfin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' imħallfin fil-Qorti Superjuri? Min huma u meta ġew appuntati? Jista' jindika kemm se jirtiraw matul l-2009 għaliex ikunu għalqu l-65 sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' Imħallfin fil-Qorti Superjuri huwa ta' 19 (inkluż il-Prim Imħallef). Infurmat ukoll illi fis-sena 2009 ser jirtira Imħallef wieħed għaliex ikun għalaq il-65 sena. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.

Maġistrati sedenti fil-qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-maġistrati sedenti fil-Qrati tagħna? Meta ġew appuntati? Kemm minnhom se jirtiraw fl-2009 għaliex ikunu għalqu l-65 sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Għar-rigward l-aħħar domanda tal-mistoqsija ninsab infurmat illi fl-2009 mhu ser jirtira l-ebda Maġistrat bl-eta' ta' 65 minn dawk imsemmija fit-tabella.

Pensjoni tal-invalidità — Bord mediku

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għal darbtejn ma ġietx invistata minn bord mediku dwar l-applikazzjoni li għamlet għall-pensjoni tal-invalidità meta din qed tbati minn marda mentali? Jista' jgħid x'rimedju għandha din il-pazjenta li qed tħossha aggravata bid-deċiżjoni tal-bord mediku dwar l-applikazzjoni li hija ressqet?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Persuni b'diżabilità — Nappies

Question

Peress li qed nirċievi diversi ilmenti mingħand familjari ta' persuni b'diżabilita` dwar il-kwalita` tan-nappies li qed jiġu fornuti fil-preżent li huma ta' kwalità inferjuri minn dawk li kienu jiġu fornuti qabel, jista` l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi solvut?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Rabat Għawdex — Skola Sir Mikelang Refalo

Question

Peress li diversi studenti tal-iskola Sir Mikelang Refalo tar-Rabat, Għawdex ma jistgħux jieħdu l-Ġermaniż u l-Franċiż għaliex hemm clash fil-ħinijiet tal-lezzjonijiet, peress li hemm ħafna studenti li jixtiequ jitgħallmu dawn iż-żewġ lingwi flimkien imma minħabba din il-problema ma jistgħux, tista` l-Ministru tara li din il-problema tiġi mistħarrġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hemm studenta waħda li għamlet din ir-rikjesta. Tajjeb wieħed jispega li l-preparamenti għat-timetable jibdew isiru f'April (jiġifieri għal din is-sena skolastika ix-xogħol beda f'April 2008) sabiex din tkun lesta kmieni u jiġu kkalkulati kemm hemm bżonn għalliema. It-timetable issir skond il-gruppi ta' suġġetti li huma neċessarji għal diversi korsijiet fl-Universita’. Il-Ġermaniz u l-Franċiż huma fl-istess grupp ta' suġġetti għaliex mhumiex obbligatorji t-tnejn għal xi kors partikolari. L-iskola ħadmet fuq ir-rekwiżiti li se jkollhom bżonn l-istudenti meta jiġu biex jidħlu l-Universita sentejn oħra. Waqt li wieħed jifhem li jkun jixtieq jikkuntenta lil kulħadd, biex timetable tinħadem irid ikun hemm parametri biex din tkun operata b'mod effettiv. L-istudenta kkonċernata kienet magħrfa b'din l-informazzjoni u in fatti bdiet is-sena billi għażlet l-Ingliż u l-Franċiż. Jidher li dan l-aħħar ma tantx għoġobha l-Ingliż u esprimiet li tixtieq tbiddlu għall-Ġermaniż. L-iskola pruvat tagħmel l-arranġamenti interni sabiex din il-problema tissolva. Pero’ma kienx possibbli għaliex biex jitħarrku l-gruppi ta' suġġetti ta’ l-għażliet tal-istudenti jimplika li jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ mijiet ta’ studenti. B’hekk jinħoloq aktar disgwid u n-numru ta’ studenti bi problemi jimmultipplika bil-mijiet.

Minister tal-Ġustizzja u l-Intern — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3997 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4523 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa f'safar

Question

Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Inċineratur — spiża biex jitħaddem

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4004 u jagħti breakdown tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena? Jista' jinfurmani kemm-il darba kien sospiż l-operat tal-inċineratur minħabba ħsarat u kemm kienu l-ispejjeż f'ċifri ta' flus globali għal dawn il-ħsarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ispiża biex jopera l-inċineratur għall-ewwel għaxar xhur kienet ta’ madwar €1.7 miljun. L-ispiża hija maqsuma hekk: € 0.23 miljun f’labour, € 0.88 miljun fi fuel u € 0.59 miljun f’utilities u nfiq ieħor. Bejn il-perjodu ta’ Jannar – Novembru 2008, fl-impjant saru disa’ interventi biex jigu aġġustati xi partijiet u anke jissewwew ħsarat li żviluppaw matul il- commissioning ta’ dan l-impjant. Waqt dawn il-perjodi ta’ ftit ġranet, l-iskart inħażen fil- cold storages u wara ġie trattat fl-inċineratur. L-ispiża kienet ta’ madwar €10,000. Din hija baxxa għax ħafna mill- parts u xogħol huma provduti mill-manifattur, peress li l-impjant huwa kopert mill-garanziji.