Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamenari 4020 u 3689 u jgħid kemm kien is-sussidji mogħti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infroamzzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4021 u 3637 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa għal perijodu ta' 65 sena għall-kiri tal-impjant tal-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3637.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onorevoli Interpellant Tonio Fenech għal Mistoqsija Numru 4243.
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater dei — Ħlas mill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2554 u jgħid jekk jafx li pazjenti Maltin li jħallsu polza privata tas-sigurtà tas-saħħa qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta' l-assigurazzjoni tagħhom biex jagħmlu użu mis-servizzi tal-Isptar Mater Dei? Jaf li talli l-pazjent jmur l-Isptar Mater Dei l-aġenzija tippremjahom b'somma nominali ta' flus li hi wisq anqas mill-ammont li kieku kien ikollha tħallas l-aġenzija kieku l-pazjent jagħmlu użu minn xi sptar jew klinika privata? Jekk iħossx l-Ministru li din hija prattika inġusta u abbuż mis-sistema tas-saħħa kemm a skapitu tal-Gvern li ma jdaħħal xejn mill-aġenżiji għall-ispejjeż li jagħmel il-Gvern, kif ukoll a skapitu tal-kliniċi u sptarijiet privati? Jħossx il-Ministru li din il-prattika għandha tiġi mwaqqfa immedjatament anke permezz ta' liġi li tipprojbixxi dan l-abbuż?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jipprovdi s-servizzi tas-saħħa lil kulħadd, irrispettivament jekk il-persuna jkollhiex polza ta’ assigurazzjoni jew le. Il-proċeduri u / jew regolamenti dwar l-operat ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Nappella liill-Onorevoli Interpellant sabiex jekk għandu provi li pazjenti li jħallsu polza privata tas-sigurtà qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta’ l-assigurazzjoni biex jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Mater Dei, iressaq dawn il-provi ħalli jiġu nvestigati mill-awtorita regolatorja konċernata.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat loġġ tal-ħġieġ t'anzjana li dettalji qed jintbagħtu separatament peress li għandu l-ħġieġ imkisser u l-persuna indikata ma tistax tagħmlu hi peress li qiegħed fl-għoli? Jista' jara li jsir dan ix-xogħol peress meta tagħmel ix-xita jidħol ħafna ilma ġewwa?
Response (DALLI, JOHN)
Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lill-Awtorita' tad-Djar biex tinvestiga l-ilment.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal jistennew SPS? Tista' tara li jitmexxa l-każ ta' tifla li dettalji tagħha qed jidhru separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li sad-data tal-lum hemm 434 persuna jistennew is-servizzi tal-SPS (School Psychological Service).
Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ġew provduti separatament, ġie rreferut lill-iSchool Psychological Service fl-24 ta’ Ottubru 2008. Skond il-kriterji tal-iSchool Psychological Services, il-każ mhux urġenti u għalhekk tpoġġa fuq waiting list.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Malta Industrial Parks ta' dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri mis-sena 2003 'l quddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Audited Accounts li l-MIPL għandha huma għas-snin 2003 u 2004.
Is-snin 2005, 2006, 2007 għadhom ma ġewx awditjati minħabba li ftehim bejn il-Ministeru u l-MIPL dwar ir-responsabilitajiet ta’ l-MIPL (Service Level Agreement) lejn u minn il-proprejetajiet li ġew avdati lilha għadu ma ġiex iffirmat u għalhekk l-audits ma jistgħux jiġu konklużi.
Tender għall-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar
Question
Jista’ Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet/negozjati mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Meta mistennija toħroġ it-tender għall-privatizzazzjoni ta’ dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemmx negozjati mal-Kummissjoni Ewropea dwar xi privatizzazjoni fis-sens kif qed jiġi indikat fl-interpellanza. Il-proċess miexi kif kien ippjanat u hu mistenni li, kmieni is-sena d-dieħla, tinħareġ is-sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-vjaġġi bejn Malta u Għawdex kif mitlub mir-regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropeja.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew id-deċiżjoni tal-Istatementing Board dwar l-eliġibilità tagħhom għal facilitator? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlet l-applikazzjoni għal dan is-servizz? Kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma jiġux impjegati aktar counsellors għall-iskejjel f’Għawdex meta hemm bżonn kbir ta’ aktar servizz ta’ counselling għat-tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi għalkemm għandna Counsellor, għandna wkoll Educational Psychologist u SPLD teacher assenjati l-aktar għal Għawdex. Bħalissa qed joħorġu applikazzjonijiet għal personnel trainee li jista' jgħin f'dan il-qasam, applikazzjonijiet fuq bażi nazzjonali.
Għajnsielem — xogħlijiet fl-2006 mingħajr permessi u awtoizzazzjonijiet meħtieġa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min talab, min ordna u min approva x-xogħlijiet li saru f’Għajnsielem fl-2006 mingħajr il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u li l-Kummissarju tal-Artijiet/Diviżjoni tal-Proprjetà fil-25 ta’ Novembru 2008 bdew jaqilgħu x-xogħolijiet li saru biex jerġgħu jġibu l-art għall-istat li kienet qabel? Min assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet? Fuq awtorizzazzjoni u approvazzjoni ta’ min ġew assenjati? Min talab u min approva li joħroġ il-materjal tal-Gvern għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant sar f'Jannar 2003 u mhux fl-2006. Kien ordnat u approvat mill Ministeru għal Għawdex wara ilmenti minn bosta nies li ġibdu l-attenzjoni tal-Ministeru biex jitranġaw ir-retaining wall u l-passaġġ li kienu jinsabu fi stat ta' periklu, telqa u abbandun. Sabiex dan ix-xogħol isir sewwa u ma jiġrix li jinġarr mil-ilmijiet li jgħaddu mill-wied, il-ħajt inbena fuq pedament sod ftit 'il barra minn dak li kien hemm qabel.
Għawdex — Ċittadella - fondi allokati għar-restawr u riabilitazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex mill-Voti tal-Ministeru tagħha? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġetti ta’ restawr fiċ-Cittadella f’Għawdex qed jitfasslu mill-Unit tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4252 dwar esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods), jista’ l- Ministru jagħti l-istess informazzjoni għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-esportazzjoni minn Malta eskluż Għawdex ta’ hwejjeg (goods) hija kif tidher f’din it-tabella.
Esportazzjoni globali ta’ ħwejjeg (goods) mill- entitajiet li għandhom il-VAT reġistrat Malta
Stimi sal - 26/11/2008
Sena Valur Stima €
2003 2,146,512,500
2004 2,099,303,601
2005 1,946,166,660
2006 2,243,066,680
2007 2,269,908,361
2008 Jan-Sep 1,517,002,388
Nirreferi lill-Minstru għat-tweġiba li tat fit18 ta’ Novembru 2008 għall-Mistoqsija Parlamentari 4065 fejn kont tlabtha tgħid x’kienet in-nefqa rikurrenti tal-Ministeru tagħha sal-aħħar ta’ Settembru 2008, tista’ tispjega għaliex qalet li din l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar 7 ġimgħat wara li għalaq ix-xahar ta’ Settembru meta din l-informazzjoni tkun tista’ toħroġ f''għeluq l-istess xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Mistoqdija numru 4068 saret fl-14 ta' Novembru 2008 u kellha tiġi risposta fit-18 ta' Novembru 2008, jiġifieri erbat ijiem biss wara. Peress li f'dak iż-żmien tas-sena s-sezzjoni ta' l-accounts normalment ikollha xogħol iżjed mill-bqija tas-sena, din ma rnexxilhiex tiġbor l-informazzjoni mitluba matul dawk l-erbat ijiem.
Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Nterpellant li sussegwentement l-informazzjoni mitluba nġabret u qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a. x’inhu dak ix-xogħol allokat lill-membri tal-ALE?
b. min hu responsabbli sabiex jagħmel l-
inspections
konċernanti (i) l-kaċċa u (ii) r-rimi illegali fis-sajf?
c. hemmx staġun miftuħ għall-kaċċa fis-sajf?
d. x’inhuma l-ħinijiet li fihom jaħdmu l-ALE matul is-sena b’mod partikolari fis-sajf?
e. kemm tressqu persuni l-Qorti, sena b’sena tul dawn l-aħħar sitt snin fuq (a) kaċċa illegali u (b) rimi ta' skart illegali mis-sezzjoni ta' (a) ALE u (b) mid-distretti rispettivi?
f. kemm u x’tip ta' apparat hemm għad-dispożizzjoni tat-taqsima tal-ALE?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta' l-A.L.E. tal-Pulizija tiffoka l-aktar fuq l-infurzar ta' liġijiet amministrattivi, kif ukoll fuq ksur ta' liġijiet oħra kif huwa fid-dover li jagħmel kull membru tal-Korp tal-Pulizija.
Infurmat ukoll li kemm il-membri ta' l-A.L.E. kif ukoll dawk stazzjonati fid-Distretti u Diviżjonijiet jagħmlu spezzjonijiet dwar kaċċa, kif ukoll rimi ta' żibel u skart matul is-sena kollha, inkluż ix-xhur tas-sajf. Il-membri tat-Taqsima tal-A.L.E. jaħdmu fuq sistema ta' xift.
Għar-rigward it-tielet domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Avviżi Legali numri 146/93 u 184/08.
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar persuni mressqa l-Qorti tul dawn l-aħħar sitt snin mhux disponibbli fil-mod kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Dwar aħħar domanda tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-A.L.E. għandha għad-dispożizzjoni tagħha, kemm vetturi, roti, kif ukoll dgħajjes. Ma nħossx li huwa opportun li għandhom jingħataw id-dettalji rikjesti mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hix veritiera l-allegazzjoni illi ċerti vetturi li jiġu allokati għall-użu tal-Korp tal-Pulizija jkunu effettivament dikjarati bħala scrap?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li mhux minnu illi ċerti vetturi li jiġu allokati għall-użu tal-Korp tal-Pulizija jkunu effettivament dikjarati bħala scrap.
Jista' l-Ministru jekk hix minnha l-allegazzjoni illi xi membri tal-banda tal-Korp tal-Pulizija kellhom ordni biex jieħdu lura lill-Quarter Master Section il-ġlekk tas-sajf biex jingħata lil ħaddieħor?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sa ftit taż-żmien ilu, il-membri tal-banda tal-Korp tal-Pulizija kienu jingħataw l-uniformi tas-sajf magħrufa bħala slacks & tunic, sabiex tintuża biss waqt parati jew attivitajiet oħra li tkun qed tieħu sehem fihom il-banda.
Peress illi llum din il-banda għandha uniformi ġdida, l-antika kienet inġabret lura skont il-prassi tas-servizz tal-Korp. Fejn irriżulta illi xi uniformijiet minn dawn kienu għadhom fi stat tajjeb, intbagħtu l-laundry sabiex, jekk ikun meħtieġ, ikunu jistgħu jerġġħu jiġu utilizzata f'attivitajiet oħra tal-Korp.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ġie affettwat tibdil fis-sistema tal-ħlasijiet tal-overtime fil-Korp tal-Pulizija u minflok qed jingħata siegħa b’siegħa time off in lieu kontra kif kien ġie mwiegħed fil-manifest elettorali min-naħa tal-Gvern?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3437 u 3441.