Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi minfuqa fuq riċerka

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm fondi intnefqu fuq riċerka mill-ex-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-preżenti Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Liema kienu l-entitajiet li magħhom saret din ir-riċerka? Liema skejjel kienu involuti f'kull riċerka skola skola? Kemm tfal kienu involuti minn kull skola, bniet u subien f'kull riċerka? X'ħareġ minn kull riċerka li saret? X'riċerka hemm ippjanata għat-tlett snin li ġejjin? X'fondi jistgħu jiġu akkwistati mill-Ewropa biex itaffu n-nefqa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammont ta’ fondi li ntefqu fuq riċerka mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, sena b’sena tul dawn l-aħħar ħames snin kienu: Sena Ammont 2004 €53,884.55 2005 €83,911.00 2006 €69,587.86 2007 €122,177.76 2008 €86,998.24 L-entitajiet li magħhom saret din ir-riċerka kienu prinċipalment: l-Universita’ ta’ Malta, il-Fondazzjoni Nazzjonali għal Riċerka fl-Edukazzjoni (NFER), L-Organiżżazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Evalwazzjoni ta’ Kisbiet fl-Edukazzjoni (IEA). Fir-riċerka li saret kienu involuti l-iskejjel primarji u sekondarji kollha, kemm pubbliċi kif wkoll privati. In-numru ta’ tfal involuti f’kull riċerka huwa kif jidher fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mir-riċerka li saret fil-primarja mat-tfal ta’ l-ewwel sena kien ippubblikat il-ktieb “Mathematics in Malta”. Min din ir-riċerka ħarġu numru ta’ riżultati fosthom li l-istudenti bniet fl-ewwel sena ta’ l-iskola primarja marru aħjar minn studenti subien, u li t-tul ta’ żmien li l-istudenti għamlu fil-kindergarten kellu effett pożittiv fuq il-kisbiet (performances) fit-test. Għal aktar informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal din il-pubblikazzjoni fejn wieħed jista’ jsib ir-riżultati ta’ din ir-riċerka. Mir-riċerka li saret fil-livell ta’ l-edukazzjoni sekondarja s’issa għadu ma ħareġ l-ebda riżultat. Ir-riżultat joħroġ meta jintemm il-proċess ta’ riċerka li hu marbut ma’ skeda internazzjonali. Fil ġejjieni hemm il-ħsieb li Malta tieħu sehem f’riċerka internazzjonali bħall TIMSS, PIRLS u PISA. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa d-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni talbu u irċevew għajnuna finanzjarja taħt il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropeja biex itaffu n-nefqa tar-riċerka.

Skejjel tal-istat — Text books

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu text books mill-istores tad-Direttorat tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin biex jitqassmu fl-iskejjel tal-istat? Liema kienu l-kotba, f'liema ammonti, u f'liema skejjel skola, skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenti Diretturi — Performance Agreement

Question

B'referenza għall-mistoqsija paralmentari 2962 li għamilt fir-rigward tal-performance agreement tal-Assistenti Diretturi li jaqgħu taħt id-Direttorati tal-Edukazzjoni għas-sena 2008, tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li l-assistenti diretturi li kienu fil-post ma ntalbux jagħmlu dan l-agreement? Qed jingħad li l-post tagħhom kien intenzjonat li jiġi abolit, tista' tikkonferma jekk dan huwiex minnu? Ta' min kienet l-idea u x'ġara li biddel id-direzzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferei lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 2962.
Leg 11 PQ #3817 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Protokolli bejn Malta u Italja — bini tat-toroq

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3740, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il wieħed mill-protokolli bejn Malta u l-Italja kien hemm fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' flus li fil-fatt kien iddedikat għall-bini tat-toroq mill-valur ta' €75 miljun tal-Ħames Protokoll? Meta ħarġu tenders biex it-toroq li nbnew mill-fondi tal-protokoll Taljan fil-fatt setgħu jinbnew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward l-ewwel Neutrality Agreement bejn l-Italja u Malta taħt Artikolu I kien hemm Lm0.3 miljun ($0.7 miljun) fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f’Malta. Dan seħħ matul l-1982 u dawn il-fondi ntużaw għall-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mosta North Peripheral Road. Ma kienx hemm fondi ddedikati għall-bini tat-toroq fit-tieni, t-tielet u r-raba’ Protokoll. Taħt il-Ħames Protokoll Taljan kienu allokati €30 miljun. It- tenders kienu sottomessi f’Jannar 2004 u kienu aġġjudikati f’Mejju 2004.
Leg 11 PQ #4045 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsaxlokk — Xatt is-Sajjieda - Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq il-proġett ta’ Marsaxlokk għandu jibda f’Jannar 2009.
Leg 11 PQ #4089 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — ħlas għal permess ta' cranes

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema qed jaħdem bi proċedura fejn jitlob ħlas ta' €2.33 għal permess ta' crane, filwaqt li għall-istess permess, jekk l-applikant ikun żviluppatur, ikun mitlub €46.58? Jista' jinvestiga ukoll jekk skond ir-regolamenti tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li diġà jitolbu lill-iżviluppatur li jħallas depositu fuq xi ħsara li tista' ssir fuq bankina, l-istess kunsill ta' Tas-Sliema qed jitlob garanzija għall-istess skop? Peress li l-kunsill lokali qed jitlob ħlas għall-ħitan li jkunu mibnija f'toroq bħala ilqugħ kif ikunu mitluba li jinbnew mill-istess Awtorità, jista' l-gvern iwaqqaf dan l-aġir? Jista' l-gvern jara jekk il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandux bye-lawgħal dawn il-proċeduri, u jekk għandu bye-law jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-bye-law?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li għandu jintalab mill-Kunsill Lokali għal permessi ta’ crane hu dak stabbilit fl-Avviż Legali 119 tal-2002 u l-ebda ħlas ieħor mhu permess fil-każ ta’ ħitan mibnija bħala lqugħ (boundary walls) m’għandu jintalab l-ebda ħlas. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ma jista’ jagħmel l-ebda Bye-Laws li jmorru kontra regolamenti jew leġislazzjoni nazzjonali. Għaldaqstant jekk sar ħlas mhux skond kif spejgat aktar ’il fuq, min ħallas għandu dritt għal rifużjoni mingħand il-Kunsill rispettiv.

Ftuħ ta' Negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jirispondi mistoqsijiet parlamentari 3150, 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Leg 11 PQ #4107 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4116 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjat privat tal-Prim Ministru ma sar l-ebda xogħol ta’ refurbishment minn April 2008 sal-lum.

Sptar Mater Dei — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3255 u 2627 u jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenzjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista' jgħid jekk din il-manutenzjoni hijiex issir minn ħaddiema impjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ispiża għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iSptar Mater Dei matul il-perjodu indikat tammonta għal €6,311,752. Ix-xogħol ta' manutenzjoni isir kemm minn kuntratturi privati kif ukoll minn ħaddiema tal-gvern.

Popolazzjoni fis-snin 2025 u 2050

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4148 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani lokali — ġurament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-gwardjani lokali jerġgħu jibdew jieħdu ġurament kif kien sar meta laħqu l-ewwel gwardjani lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda obbligu bil-liġi li Gwardjan Lokali jieħu ġurament tal-ħatra. L-uniku obbligu hu li Gwardjan Lokali jkollu l-liċenza li jopera bħala tali, liema liċenza tinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija wara li l-persuna tkun għamlet kors ta’ taħriġ minn istituzzjoni approvata kif ukoll wara li tissodisfa diversi rekwiżiti imsemmija fl-Att ta’ l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap 389).
Leg 11 PQ #4162 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4463.
Leg 11 PQ #4181 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi rifjutati mid-Development Control Commission Board

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li kienu rakkmandati biex jiġu approvati mid-direttorat u li fil-fatt ġew rifjutati mid-Development Control Commission Board matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena (2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx approvati minn dan il-bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm dsatax-il applikazzjoni li d-Direttorat irrakkomanda għall-approvazzjoni iżda kienu rifjutati mid-DCC. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi dawn il-lokalitajiet.

Ċentri għall-Persuni ta' anqas minn 60 sena — riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3454 u jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tkun tista' tmur fih għal riabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmorru Zammit Clapp, hemm ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Żebbuġ — Produzzjoni u żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Persuni Boarded out

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3457 u jgħid jekk inbidlitx is-sistema li permezz tagħha persuni kienu joħorġu boarded out? Jista' jispjega kif inbidlet jekk inbidlet? Jista' jispjega kemm minn dawk in-nies li kienu digà għaddew boarded out ma reġgħux għaddew?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema dwar talbiet għall-pensjoni tal-invalidita’ inbidlet f’Lulju 2007 permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. B’riżultat ta’ dawn l-emendi sar tibdil fil-formola tal-applikazzjoni, tibdil fil-format tal-boards mediċi kif ukoll ġew introdotti għal-ewwel darba f’Malta impairement tables bħala parti mill-liġi biex iservu bħala gwida għall-boards mediċi. Ninsab infurmat li minn Lulju 2007 sa Ottubru 2008 kien hemm 1,584 każ li skadielhom it-terminu ta’ żmien li kellhom jirċievu pensjoni tal-invalidita’ taħt is-sistema antika u għalhekk il-każ tagħhom ġie rikunsidrat taħt is-sistema l-ġdida. Minn dawn, 430 ma rrikwalifikawx għal din il-pensjoni.

Sussidju fuq Elettriku u gass

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4019 u 3688 u jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Korporazzjoni Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-għotjiet mogħtija mill-Gvern lil Enemalta kienu kif jidhru hawn taħt. Sena finanzjarja 2004/5 2005/6 2006/7 € € € Elettriku 15,166,550 44,807,827 37,065,334 Gass 4,192,872 4,891,684 4,891,684 Total 19,359,422 49,699,511 41,957,018