Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2774 u 4064 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4302 u jgħid din is-sena kemm kien in-numru ta' każijiet ta' żbroff/fawran tad-drenaġġ rapportati lill-awtorità konċernata f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu żbroff/fawran fil-widien u x'passi ttieħdu? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu f'dan id-dipartiment konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu illi l-Awtorità tad-Djar ser tintroduċi proċedura li permezz tagħha kull applikant għal social houseing se jibda jintalab imur personalment b'formola apposta għand il-banek kummerċjali kollha, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità dwar it-Trasport u bnadi oħra sabiex jitlobhom jibagħtu ittra lill-Awtorità tad-Djar dwar xi flus jew assi seta' kellu l-applikant tul l-aħħar tliet snin?
Jista' jgħid x'wassal għal din id-deċizjoni li indubjament ser issarraf f'telf ta ħin għall-applikant, liema deċiżjoni tmur kontra l-kunċett tant reklamat mill-istess awtorità u cioè tal-one stop shops?
Jista' jgħid jekk, għar-rigward, l-awtorità ħaditx in konsiderazzjoni l-fatt illi fejn qabel l-applikant kien jintalab bilanċ fil-kontijiet, issa ser jintalbu statements li jistgħu jsiru ta' piż finanzjarju konsiderevoli għall-istess applikant?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi kull min japplika għal xi skema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar għandu d-dover li jissottometti dettalji tad-dħul annwali tiegħu kif ukoll rendikont ta’ l-assi li jippossiedi. In vista ta’ l-att tal- protezzjoni tad-data, l-Awtorita’ tad-Djar jidrilha illi l-applikanti jkunu iktar protetti jekk l-informazzjoni rikjesta tiġi miġbura minnhom stess.
Informat ukoll li l-Awtorita’ tad-Djar qegħda titlob rendikont tal-bilanċi tal-kontijiet bankarji ta’ l-aħħar tlett snin. Dan qed isir biex jiġu eliminati l-abbużi u sabiex l-għajnuna mogħtija mill-Awtorita’ tad-Djar jeħodha min l-iżjed huwa fil-bżonn.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Raddet ir-Roti, Xemxija, San Pawl il-Baħar fil-fatt tinqala', tiġi allinejata u mogħtija wiċċ bit-tarmac għax tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' barranin, ta' liema nazzjonalità huma u f'liema lokalità joqogħdu, skont in-nazzjonalità tagħhom f'Malta u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inċidenti fatali li seħħew fit-toroq tagħna matul l-2007 u l-2008? Fejn saru dawn l-inċidenti? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn il-lokalitajiet fil-fatt jiġux mgħoddija lill-Awtorità dwar it-Trasport għall-possibbilta' ta' azzjoni fit-toroq fejn seħħew l-inċidenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar tas-sena 2007 u Novembru ta’ l-2008 seħħew 29 inċident tat-traffiku fatali kif spjegat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar l-inċidenti tat-traffiku kollha li jiġu nvestigati mill-Pulizija jiġi mgħoddi lill-Awtorita’ dwar it-Trasport.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti ta' restawr li fuqhom qed taħdem Heritage Malta bħalissa? Liema proġetti oħra hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin? Fejn jinsabu dawn il-proġetti ta' restawr li jinsabu għaddejjin u dawk li mistennija jinbdew matul ix-xhur li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proġetti ta’ restawr li fuqhom qed taħdem il-Heritage Malta bħalissa huma dawn:
Mużew tal-Gwerra -
uprading
totali
Mużew ta l-Arkejoloġija - restawr tal-faċċata u preparazzjoni ta’ swali fis-sular ta’ fuq
Tkomplija ta’ konservazzjoni ta’ oġġetti li hemm fil-Muzew ta’ l-Arkejoloġija
Mużew Marittimu -
upgrading
totali ta’ naħa waħda tal-Mużew
Mużew ta’ l-Arti -
upgrading
totali ta’
wing
waħda tal-mużew.
Muzew ta’ l-Arti – Restawr tal-bitħa interna
Xogħol ta’ konservazzjoni fuq megaliti li jiffurmaw parti mit-tempji ta’ Ħaġar Qim
Restawr tal-linef tas-sala tat-tron fil-Palazz tal-President
Restawr ta’ ċeramika Ċiniża li hemm fil-Palazz tal-President
Restawr ta’ oġġetti li hemm fil-kollezzjoni tal-Mużew ta’ l-Inkwiżitur u Mużew ta’ l-Arti
Oratorju Żejtun u l-qanpiena ta’ l-Oratorju
Refurbishment
ta’ żewġt iswali fil-palazz tal-Inkwiżitur
Manutenzjoni ġenerali u preparazzjoni ta’ swali ġodda fil-mużew tal-istorja naturali
Konservazzjoni tal-kurituri tal-Palazz Presidenzjali
Proġett ta’ konservazzjoni tal-mużajċi fid-Domus Romana u r-
Roman Baths
Tined u ċentru għall-viżitaturi parti mill-proġett ta’ Ħagar Qim u l-Imnajdra
S’issa fost il-proġetti għas-sena li ġejja hemm:
Restawr tal-qanpiena u kampnar ta’ Sant’Anġlu
Restawr tal-faċċata tal-ġenb tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur
Restawr tal-bitħa tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur
Bdil u tiswija ta’ ħitan u gradi tal-ħadid fil-Katakombi ta’ San Pawl
Ħitan ġodda madwar parti mit-tempju ta’ Tas-Silġ
Reception kiosk
ġdid fil-Palazz tal-President
Konservazzjoni tat-torri tal-arloġġ ta’ Pinto tal-Palazz Presidenzjali
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li ilhom pendenti quddiem l-istess case officer għal iktar minn sitt xhur (qabel l-1 ta' Ġunju 2008)?
F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti għal dan il-perijodu quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hi n-nefqa marbuta mat-trasport tat-tfal tal-iskola, għad-diversi skejjel primarji u sekondarji tal-gvern għal kull sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3822.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal indikati mis-social workers li għandhom bżonn is-servizz tal-fostering u ma jistgħux jiġu moqdija minħabba li hemm nuqqas ta' foster carers? Kemm hemm tfal oħra li lanqas ma jistgħu jiġu placed fid-djar residenzjali minħabba li lanqas hawn m'hemm post għalihom?
B'referenza għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4401, jista' l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri Maltin bħalissa li kienu f'Istituti tal-Knisja jew dawk immexxija mill-Gvern (bħal Fejda u Frate Francesco) qabel ma dawn daħlu fil-Facilita' Korrettiva ta’ Kordin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4401, il-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ma żżommx rekords ta' priġunieri Maltin li kienu fostered, inkluż f'xi istituti tal-knisja mmexxija mill-knisja jew mill-Gvern, qabel ma daħlu l-ħabs. .
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008?
Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?
Tista' l-Ministru tispjega jekk l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hux tinvestiga s-sit tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u jekk din instabitx li s-swali tat-taħriġ tagħha mhumiex addattati għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem? Sussegwentement tista' tinforma x'direttivi ħarġet l-awtorità u x'passi qed jittieħdu mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tiġi miġbura mill-Orkestra Nazzjonali.
Taqsima Proprjetà — acquisition rent u titolu ta' dominju pubbliku
Question
Jista' l-Minsitru jgħid x'tifhem it-Taqsima Proprjetà tal-gvern bil-kliem:
a)
acquisition rent
u
b) titolu ta' dominju pubbliku?
Jista' jindika taħt liema liġi jiskattaw dawn iż-żewġ termini u x'inhi l-politika tat-Taqsima de quo dwar l-acquisision rents u t-titli ta' dominji pubbliċi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser fid-diskors tal-budget meta qal "żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp sostenibbli fuq livell lokali"?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern fassal Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli fuq livell nazzjonali. Kif intqal fil-kapitlu dwar il-lokalitajiet sostenibbli fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, l-iżvilupp sostenibbli fuq livell lokali għandu jgħin u jirfed dak fuq livell nazzjonali. Il-Gvern għażel li jniedi żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta’ Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli fil-lokalitajiet tagħna. Minn dawn il-proġetti lokali għandna nistabbilixxu kif tista’ tissaħħaħ ir-rabta bejn l-iżvilupp nazzjonali u lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid l-€4 miljun li se jibdew jieħdu l-kunsilli lokali f'żieda fl-appoġġ finanzjarju, kif se titħaddem is-sistema u kemm se jieħdu kull lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess sabiex jiġi stabbilit eżatt kif iż-żieda finanzjarja qawwija li l-Gvern ħabbar fl-aħħar baġit għall-kunsilli lokali tgħaddi għandhom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq il-Librerija Pubblika ta' Belt is-Sebħ u l-branch libraries matul dawn l-aħħar ħames snin għal xiri ta' kotba ġodda? Kemm inxtraw kotba b'dawn l-ammonti sena b'sena? F'liema libreriji tpoġġew? Kemm minnhom kienu bl-Ingliż u kemm minnhom kienu bil-Malti? Kemm minnhom kienu għat-tfal u kemm minnhom kienu għall-adulti? Min kienu l-aġenti li mingħandhom inxtraw il-kotba sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni — Każi quddiem l-Ombudsman
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm każi tressqu quddiem l-Ombudsman matul dawn l-aħħar tlett snin li jallegaw xi nuqqasijiet kontrihom mill-ex-Diviżjoni tal-Edukazzjoni jew mid-Direttorati l-ġodda tal-Edukazzjoni, sena b'sena? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu favur id-Direttorati tal-Edukazzjoni jew l-ex-Diviżjoni tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-każi li ġew riferuti lill-ex Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jew lid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni mingħand l-Ombudsman, li matul dawn l-aħħar tliet snin kien hemm dawn il-każi li nqatgħu hekk:
Każijiet ex-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni
2006
2007
Total ta’ Każijiet
20
18
Każiijiet Favur
9
4
Każijiet Kontra
1
3
Każijiet Solvuti
9
9
Investigazzjoni mwaqqfa
1
1
Każi mhux investigati
NIL
1
Każijiet kontra id-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni mill-19 ta’ Novembru 2007 sal-25 ta’ Novembru 2008
2007
2008 (minn 1 ta’ Jannar sa 25 ta’ Novembru)
Total ta' Każijiet
1
8
Każijiet Favur
NIL
3
Każijiet Kontra
1
NIL
Każijiet Solvuti
NIL
2
Investigazzjoni mwaqqfa
NIL
1
Każi mhux investigati
NIL
NIL
Pendenti
NIL
2