Legislature:
Category:
Reset
Active:

Politika Soċjali — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Finanzi, Ekonomija u Investiment — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hija fin-negativ.

Gustizzja u Intern — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru preżentement għadhom ma nxtrawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku.
Leg 11 PQ #4516 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li ħadu sehem fi programmi mmexxija mill-Appoġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja li s-sena l-oħra u din is-sena ħadu sehem fil-programmi Budz, High Support u Innoċenti li kienu mmexxija mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-Programm Budz kienu jattendu 7 studenti minn Skejjel tal-Gvern u 2 minn skejjel tal-Knisja. Informat ukoll li fil-Programm High Support jattendu 15 studenti li jattendu kollha fl-iskejjel tal-Gvern. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm Innoċenti mhuwiex immexxi mill-Aġenzija Appoġġ.
Leg 11 PQ #4517 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Familji ntitolati għas-sussidju tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm familji li jgħixu fi djarhom (u mhux f'xi dar residenzjali) li huma ntitolati għas-sussidju tad-dawl u l-ilma? Kemm minn dawn il-familji applikaw għal dan is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta’ familji li jgħixu fi’ djarhom u li qedgħin jibbenefikaw mis-sussidju tad-dawl u l-ilma jammonta għal 29,298. Minn dawn hemm 8,281 li kkwalifikaw awtomatikament għax jirċievu xi tip ta’ għajnuna soċjali, hemm 20,896 li kkwalifikaw għax issodisfaw it-test tal-mezzi u 121 li kkwalifikaw għax applikaw bħala każijiet umanitarji. Informat ukoll li id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali ma tistax tikkwantifika kemm hawn familji li jista jkunu intitolati għal dan is-sussidju jekk dawn ma jkunux ikkwalifikaw għal xi għajnuna.

Marsaxlokk — Skola Primarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-sala tal-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk? Meta huwa maħsub li din titlesta u li tibda tintuża mill-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-bini tlesta u qiegħed jiġi finalizzat ix-xogħol ta’ ġewwa, fejn, jekk ma jkunx hemm problemi, ikun lest għall-bidu ta’ April 2009.

Bini tat-Teatru Rjal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4003, jista' l-Ministru jikkunsidra li s'April li ġej, il-gvern ikollu pożizzjoni uffiċjali dwar il-proġett tal-bini tat-Teatru Rjal? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġa jaf l-Onorevoli Nterpellant, il-Gvern diġa ħabbar il-ħsibijiet dwar dan il-proġett.
Leg 11 PQ #4537 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4187 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali li ntefqet fl-Isptar Mater Dei minn Jannar sa Ottubru 2008 xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li għal perjodu bejn Jannar u Ottubru ta' l-2008 l-ispiża totali ta' l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis maħruġa mid-Department Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €82,422,075. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f'Kolonna (1), fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li dan l-ammont ma jinkludix il-materjali mediku u farmaċewtiku li jidher f'kolonna (2) - li għall-istessperjodu ammonta għal €26,402,075 - liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu titla' għal €108,824,820 , kif qed jiġi spjegat f'kolonna (3).
Leg 11 PQ #4538 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4186 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar Mater Dei fl-ewwel sena tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn Novembru ta’ l-2007 u Ottubru ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis maħruġa mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal Ewro 98,770,245. Dan l-ammont ma jinkludix il-materjal mediku u farmacewtiku li għall-istess perjodu kien jammonta għal Ewro 29,233,283 – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu tammonta għal Ewro 128,003,528.
Leg 11 PQ #4539 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4185 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar San Luqa fl-aħħar sena qabel għalaq?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn Novembru ta’ l-2006 u Ottubru ta’ l-2007 l-ispiża totali ta’ l-isptar San Luqa fuq Cash Basis maħruga mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal Ewro 86,258,278. Dan l-ammont ma jinkludix il-materjal mediku u farmacewtiku li għall-istess perjodu kien jammonta għal Ewro 20,262,919 – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G10 SLH/MDH. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu tammonta ghal Ewro 106,521,197.
Leg 11 PQ #4540 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Tiswija u manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4191 u jgħid kemm intnefqu flus f'affarijiet bħal tiswija, manutenzjoni u xiri ta' apparat ġdid minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u Ottubru ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis mahruga mid-Departmental Accounting System (DAS) rigward tiswija/manutenzjoni kienet tammonta ghal Ewro 5,138,092. Rigward apparat gdid, fuq l-istess perjodu l-ispiza kienet ta’ Ewro 93,627. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu rigward tiswija/manutenzjoni u apparat ġdid, tammonta ghal Ewro 5,231,719.

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Marsa — biċċerija - Spejjeż għall-manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4117, jista' l-Ministru jgħid kemm intuża diesel u x'kienu l-ispejjeż għad-diesel u għall-manutenzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi sa issa ntużaw 811,700 litri ta’ diesel. In-nefqa fuq diesel matul is-sena 2008 kienet tammonta għal € 837,025.80 filwaqt li n-nefqa għall-manutenzjoni tammonta għal € 201,331.52. Ta’ min jgħid li dan l-investiment huwa essenzjali fil-ħarsien tas-saħħa tan-nies. Permess tal-investiment li sar f’dan l-inċineratur ħalli jitratta skart problematiku ġie ffrankat investiment ieħor, kapitali u rikurrenti inkluż spejjeż fuq enerġija, li pajjiżna xorta waħda kellu bżonn jagħmel ħalli jilħaq mar-regolamenti ambjentali u standards internazzjonali.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4206 u 3856 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #4559 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex,Biċċerija — Sejħa għall-offerti

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-aħħar sejħa għall-offerti għall-provvista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjunar ta' apparat u servizz anċillari tal-biċċerija ta' Għawdex ħarġet fit-26 ta' Ottubru, 2007 u ma ħarġet l-ebda sejħa oħra minn dakinhar 'l hawn? Hemm xi problemi jew diffikultajiet biex terġa' toħroġ l-offerta? Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li terġa' toħroġ is-sejħa? Tista' tagħti assigurazzjoni lill-Kamra li l-biċċerija ta' Għawdex se terġa' tiftaħ? Jekk fl-affermattiv, meta mistennija titfaħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li s-sejħa għall-offerti għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjunar ta' Apparat u Servizz Anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex li nħarġet fis-26 ta' Ottubru 2007 ġiet aġġudikata mill-parti amministrattiva u teknika, iżda saru appelli minn xi kuntratturi li għadhom iridu jinstemgħju mill-Bord ta' l-Appelli tal-Kuntratti Pubbliċi. Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jerġa' jiftaħ il-Biċċerija u d-data tiddependi mill-programm ta' xogħol li jkun determinat meta tiġi mogħtija t-tender.

Dħul gross mit-turiżmu

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4251 dwar dħul gross mit-turiżmu, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dħul ma jinħadimx għal Għawdex separatament? X'hemm xi jżomm li jinħadem dan id-dħul?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex dan id-dħul gross mit-turiżmu ma jinħadimx għal Għawdex separatament hija li, it-TOURSTAT survey, li huwa l-uniku survey użat biex tinġabar informazzjoni dwar in-nefqa tat-turisti f’Malta, ma jippermettix li issir distinzjoni bejn infieq fil-gżira Maltija u infieq fil gżira Għawdxija. Dan minħabba fl-istruttura tiegħu.
Leg 11 PQ #4561 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru mill-ajruport għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.