Jista' l-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħed minn kumpanniji Ewropei (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Jista' l-Ministru jgħid:
a) KEmm hawn polikliniċi f'Malta?
b) Kemm swiet kull poliklinika lill-gvern kull sena, f'dawn l-aħħar tliet snin?
ċ) Kemm hemm impjegati f'kull poliklinika?
d) X'inhuma l-ammont f'pagi u salarji li l-Gvern ħallas kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, għal kull poliklinika?
e) Kemm attendew pazjenti f'kull poliklinika kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin?
Jista' l-Ministru jwieġeb kull domanda b'mod individwali?
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf id-Dipartiment għall-istandards fil-Ħarsien Soċjali u xi standards tfasslu matul dan iż-żmien? Saru spezzjonijiet minn dan id-dipartiment biex jara li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għal Servizz ta' Ħarsien Soċjali bħal servizzi Initial Response, Vjolenza Domestika, Child Protection qed jingħataw b'mod professjonali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għalkemm il-bidla fl-isem seħħet permezz ta’ avviz fil-Gazzetta tal-Gvern datata 9 t’Awissu 2005, fil-bidla minn Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għal Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali kienet waħda twila fejn is-servizzi li kien jagħti id-dipartiment fil-qasam soċjali bdew jiġu trasferiti lil Fondazzjoni għal Servizz ta' Ħarsien Soċjali fuq mhedda ta’ 3-4 snin. L-aħħar servizz li ġie trasferit din is-sena lil Aġenzija Appoġġ kien dak tal-addozzjonijiet. Il-għan fil-bidla minn Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għal Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali kien li jispiċċa r-rwol ta’ dipartiment li jagħti servizzi fil-qasam tal-Familja għal wieħed ta’ Regolatur fil-Qasam tal-Kura Soċjali. Fl-Lulju 2006 il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta Soċjali kien ħareġ Standards Nazzjonali għall-Faċilitajiet ta’ Matul il-Jum għat-Tfal wara proċess ta’ konsultazzjoni immexxi mid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali.
Ninsab informat ukoll li dan id-dipartiment lesta ukoll l-abbozz ta’
Standards
għat-tfal li qegħdin fil-kura residenzjali u taħt
Foster Care.
Wara li tlesta l-abboz ta’ l-
Istandards
dan ġie ippubblikat biex issir konsultazzjoni pubblika fi Frar 2008. Qed isiru r-reviżjonijiet neċessarji skond
feedback
mogħti minn dawk involuti f’dan il-qasam sabiex jinhareġ l-abbozz finali bl-isem ta’
National Standards of out-of-home child care
. Hemm ippjanat li jkun hemm verżjoni adattata għat-tfal li tkun lesta fl-2009. Tfassal ukoll abbozz ta’
model policies and procedures for out-of-home care
li nħareġ għal konsultazzjoni pubblika fl-2008. Id-Dipartiment ħareġ ukoll Kodiċi ta’ Kondotta u Ta’ Prattika għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali u Kodiċi ta’ Kondotta u ta’ Prattika għal Min Iħaddem fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali.
Id-Dipartiment ingħata ukoll r-rwol ta’ Awtorita’ Ċentrali meta daħħlu fis-seħħ l-Att XVII dwar il-
Fostering
u Att IV dwar l-Adozzjoni. Ix-xogħol ewlieni kien li tingħata akkredidazzjoni lil dawn iż-żewġt servizzi. Saret applikazzjoni mit-taqsima tal-
Fostering
fi ħdan l-Aġenzija Appogg biex din tiġi akkreditat mid-dipartiment. Wara li saret spezzjoni mit-taqsima ta’ l-assessjar tad-dipartiment bħalissa għaddej il-proċess biex jinħareġ ir-rapport.
Fil-preżent għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jitlestew il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ akkredidazzjoni mit-taqsima ta’ l-adozzjoni ta’ l-istess Fondazzjoni. Pero sakemm ikun hemm qafas legali, il-poteri ta’ spezzijonijiet fil-oqsma l-oħra huma limitati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25966 li saret fil-leġislatura l-oħra u jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fasslitx il-Quality Services Charter tas-servizzi li hija tmexxi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldat li qegħdin mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol dawn l-aħħar sitt xhur? Fuq liema bażi ngħataw dawn iċ-charges?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4123, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4545 u jagħti breakdown ta' kif intnefqet iċ-ċifra ta' €215,565 wied wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ċ-cifra ta’ €215,565 intefqet skond kif ġej:
Wied il-Għasel, 5,506
Burmarrad 84,395
Wied Qannotta, 906
Wied Għajn Riħana 1,009
Wied Bidni M’Scala, 11,373
Marsa
watercourse
66,410
Wied Qlejgha, 21,158
Wied Rmiedi, 3,402
Wied Inċita, 1,670
Wied Ħemsija, 1,600
Wied is-Sewda 15,500
Wied Morfu, 2,636
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4210, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4543 u jinfurmani meta ser jitlesta l-istudju u t-tfassil tal-programm in kwistjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-istudju u t-tfassil tal-program isiru b’mod kontinwu wied b’wied, matul is-sena. Hu maħsub li l-istudju u program fuq il-widien li ser insemmi jitlestew matul is-sena li gejja:
Wied Għajn Riħana
Wied Ħesri
Wied il-Luq
Wied il-Kbir
Parti minn wied il-Għasel
Parti mic-
Chadwick Lakes
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 4526 u 4000 u tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant għas-sena 2007 u għall-periodu Jannar 2008 sa Novembru 2008 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Rigward is-snin 2004-2006 nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għat-tweġibijiet Parlamentari Numri 7542, 18073 u 25148.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4525 u 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4523, 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent — Skema ta CPPS
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS għand l-Awtorità tal-Ippjannar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad? Għall-istess inħawi kemm hu l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent għal dak li hu titjib lokali?
Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — investiment infrastrutturali qawwi
Question
Billi l-Gvern ħa d-deċizjoni li matul is-sena d-dieħla jsir investiment infrastrutturali qawwi, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'dan il-perijodu jsir investiment infrastrutturali qawwi fit-toroq u l-bankini ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, u dan għall-benefiċċju tar-residenti u t-turiżmu f'dan l-inħawi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi partikulari qed jittieħdu biex il-problema tal-bumunqar l-aħmar fil-palm f'Malta, fil-fatt tiġi kkontrollata u ma tibqax tinfirex?
Billi l-energy certification of buildings mistennija tinbeda s-sena dieħla, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux ser isiru xi korsijiet partikulari għal dawk li huma interesati jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk iva, meta ser jinżammu dawn il-korsijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi l-Onor membru għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Nru 3728.
Rigward it-tieni parti, jien infurmat li
l-ewwel korsijiet dwar
energy performance certification
għal djar residenzjali hu maħsub li jibdew għal-nofs Frar 2009 u jkunu ta’ madwar 3 ijiem. Korsijiet oħra għal bini aktar ikkomplikat u li d-dħul fis-sehh tar-regolamenti dwarhom jibda f-Ġunju 2009 ser jibdew għal ħabta ta’ Mejju 2009.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport f'kollaborazzjoni mal-ELC, jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jispjega kif tifel taħt l-eta', li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, allegatament inħareġ minn Malta mingħajr dokumentazzjoni nhar il-5 ta' Lulju, 2006 u dan meta l-passaport tiegħu jinstab għand ommu? B'liema mod jistgħu l-awtoritajiet jgħinu biex it-tifel jinġieb lura Malta mil-Libja?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ikun dejjem lest jassisti l-Ministeru involut sabiex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu ma' pajjiż jew pajjiżi barranin meta u fejn dan ikun il-każ. Il-persuna konċernata tista dejjem tikkomunika wkoll ma' l-Uffiċċju Konsulari fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin sabiex wieħed jara x'assistenza tista' tiġi offruta.
Awtorità tad-Djar — Stallazzjoni ta' solar water heaters
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-Awtorità tad-Djar dwar stallazzjoni ta' solar water heater fuq bjut ta' blokki ta' appartamenti tagħha? Jista' jgħid jekk hemmx bżonn kunsens tal-persuni l-oħra li jabitaw fil-blokk biex persuna tagħmel din l-istallazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li “Fil-bini l-ġdid li qegħda tibni l-Awtorita tad-Djar, kull benefiċjarju qed tiġi indikata lilu l-pożizzjoni fejn għandu jistalla s-“solar water heater” jekk u meta ikun irid jagħmel dan u b’hekk m’għandux għalfejn il-kunsens tal-ġirien biex jistallaħ. Biss, f’ħafna mill-bini eżistenti sal-llum u fejn il-kirijiet għadhom jinġabru mit-Taqsima tal-Proprjeta’ tal-Gvern, meta kienu nbnew l-appartamenti ma kinitx għadha daħlet din il-prattika (li tiġi indikata l-pożizzjoni tas-“solar water heater”) u għalhekk ikun irid jinkiseb il-“clearance” mit-Taqsima qabel ikun jista’ jitqiegħed is-“solar water heater”.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm guidance teachers fl-iskejjel tal-istat? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema skejjel qegħdin dawn l-għalliema, skola skola? Kemm ilhom jagħtu snin ta' servizz kull wieħed u waħda minnhom? Xi kwalifiki għandhom kull għalliem jew għalliema minnhom? Kemm minnhom attendew korsijiet barra u fejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' riorganizzazzjoni qed tiġi kkunsidrata għas-sezzjoni tat-trasport? Liema sezzjonijiet tat-trasport ser ikunu kkunsidrati? Kemm fondi ser ikunu allokati għal din ir-riorganizzazzjoni? X'benefiċċji hu mistenni li joħroġ minn dan l-eżerċizzju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru kkummissjona rapport dwar is-Sezzjoni tat-Trasport. Kif jiġi ppreżentat dan ir-rapport, jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet.