B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3360 u 2905 jista' l-Ministru jara li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ħejjew l-uffiċjali tal-pulizija li nvestigaw il-każ ta' aġġudikazzjoni tat-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-għajnuniet finanzjarji u/jew rimedji li qed jibbenefikaw minnhom n-negozji ż-żgħar (partikolarment ħwienet tax-xorb u stabbilimenti ta' l-ikel)? Liema huma dawk l-għajnuniet u/jew rimedji li jingħataw minn programmi ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4603 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe': Stante li fil-baġit għas-sena 2008 il-gvern kien ta' żieda ta' Lm6 lil kulħadd inkluż il-pensjonanti, u stante li kien qasamha fi ħlas ta' Lm 4 fix-xahar fiċ-ċekk tal-pensjoni u ħlas ieħor ta' sena f'daqqa' tal-ekwivalenti ta' Lm 2 fix-xahar, u stante li milli jidher din is-sena li pensjonanti mhux ser jirċievu l-ekwivalenti ta' ħlas ta' sena f'daqqa ta' Lm 2 fix-xaħar, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4603 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dan ifissirx allura li l-miżura ta' żieda ta' Lm 6 fix-xahar lill-pensjonanti li ngħatat is-sena l-oħra ma kenitx waħda reali, imma kient immaskerata għal sena waħda biss?
Response (DALLI, JOHN)
Niċħad kategorikament l-allegazzjoni fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Iż-żieda kollha għall-għoli tal-ħajja li se titħallas lill-pensjonanti fl-2009, inkluża l-parti li se titħallas f’daqqa fil-bidu tas-sena, ser tkun b’żieda fuq dik li tħallset fl-2008.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3819 u jinforma lill-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4550 u ċioe: Jaf il-Ministru li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess?
Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi
full-time,
liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi?
Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fid-Dipartiment tal-Patoloġija hemm aktar minn żewġ vacancies li kienu hemm f'Novembru 2005. Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema vacancies qiegħed jirreferi.
Informat ukoll li dwar il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM il-kriterji biex persuna tkun eliġibbli tapplika għall-post ta' konsulent huma dawn :-
A- i) "Certificate of completion of training in the relative speciality/specialities by the local Specialist Accreditation Committee"
ii) OR inclusion in the appropriate Specialist Register/s
iii) OR be approved for inclusion in the appropriate Specialist Register/s
u ,
B- i) "two years full time experience as a specialist in the particular field".
Dak li qed jallega l-Onor. Interpellant dwar persuna partikolari ma jirriżultax mir-rapport tal-Bord tal-Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Billi ftit ilu ġejt mgħarraf li t-triq li tagħti minn Mekkek Bar sa Victoria Gardens/Lukanda Halland reġgħet infetħet two way jista' l-Ministru jinvestiga dawn in-nuqqasijiet marbutin ma' din it-triq u jgħid x’rimedji qed joffri billi :
- it-triq hija biss parzjalment
surfaced
- parti minnha hija ‘
obstructed
’
- parti minnha hija biss tajba għal
one lane
filwaqt li partijiet oħrajn għal
two lane
- fiha hemm xejn anqas minn tliet
blind corners
- u m'hemm l-ebda
footpaths
B’żieda ma' dan hemm il-bottlenecks kontinwi li qed jinqalgħu regolarment mit-traffiku li jkun ġej miż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-lift tal-blokk ta’ bini tal-Awtorità tad-Djar, Blokk B, Triq it-Tarzna, Isla se jinbidel ladarba ġie kkundannat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, l-Awtorita’ tad-Djar għandha madwar 30 talba pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern, fosthom Blokk B, Triq it-Tarzna, Isla. F’dan il-blokk hemm bżonn jitneħħa l-lift eżistenti, li għandu ħsarat konsiderevoli, u jiġi installat lift ġdid. L-ispiża globali biex jiġu installati dawn il-lifts, inkluż ix-xogħol strutturali, hija stmata li ser tiswa’l fuq minn €1,000,000. L-Awtorita ipprogrammat l-installar ta’ dawn il-lifts fuq bażi ta’ prijorita skond id-diżabilta ta’ mobilita tar-residenti u għalhekk, każijiet bi prijorita għolja, inkluż il-każ imsemmi, mistennija jitlestew matul is-sentejn li ġejjin.
Splużjoni minn ħażna ta' nar illegali — Kumpens għal danni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sofriet danni kbar fil-propjeta’ tagħha wara splużjoni minn ħażna ta' nar illegali fis-7 ta’ Gunju 2002, hix intitolata għal kumpens?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3888, 3418, 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Furjana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3887, 3419, 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3424 u jgħid kemm-il persuna resqet għal eżami tas-sewqan, kategorija b'kategorija, xahar b'xahar din is-sena? Kemm m'għaddewx minn dan l-eżami? Kemm baqgħu m'għaddewx għal aktar minn darba, u għal kemm-il darba ġara dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4284 u jgħid x'arranġamenti hemm rigward skema għal mammography għal nisa
i) bi storja medika ta' kanċer fis-sider?
ii) bi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fid-Dipartiment tal-Medical Imaging ta' l-iSptar Mater Dei jiġu milqugħa talbiet minn Konsulenti u Senior Registrars għal mammograghy għal nisa li għandhom kemm storja medika ta' kanċer fis-sider, kif ukoll xi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4574 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' tender mgħotija lid-ditta SLR in konnessjoni ma' studji li saru jew għandhom isiru dwar l-ambjent EIS fuq l-impjant ta' Sant Antnin f'Marsascala?
Kemm ġiet tiswa din it-tender? Jista' jgħid jekk tħallasx l-ammont kollu dovut lill-kumpannija li għamlet jew kella tagħmel dawn l-istudji?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skond din l-Awtorità kien mibni bla permess. Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Malta Enterprise — azjedni jispeċjalizzaw fil-fotografija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’opportunitajiet ta’ assistenza tagħti l-Malta Enterprise għall-azjendi li jispeċjalizzaw fil-fotografija li jikkuntrattaw xogħol ta’ fotografija f’pajjizi oħrajn fl-Unjoni Ewropea biex ix-xogħol imbagħad jinħadem f’Malta? Jista jgħid jekk tali skemi jeżistux u f’każ li le jekk l-Malta Enterprise tikkunsidrax li tagħti inċentivi u/jew assistenza lil din il-kwalità ta’ industrija?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4636 u jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008?
Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4532, 4088, 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jirreferi u x'jifhem bil-frażi "ftit li xejn għandha ċans li tirkupra" peress li dan hu insitu fil-frażi " bad debt ".
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4531, 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Fond bħalissa m’huwiex attiv. Fil-mument, l-Awtorità qed twettaq il-ħidma tagħha permezz ta’ Fondi oħra u permezz ta’ sorsi oħra ta’ introjtu, inkluż is-subvention mill-Gvern.