Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2783 u 4071 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-rijabilitazzjoni tal-Ġgantija mill-Voti tal-Ministeru tagħha? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li Heritage Malta għandha għaddej proġett iffinanzjat mill-fondi reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea (ERDF), proġett li jinkudi €3.1miljun Ewro għall-Ġgantija. Dan il-proġett jinsab fil-fażi bikrija tiegħu u mistenni li jitlesta lejn il-bidu tal-2013. Il-proġett ikopri studji xjentifiċi u strutturali fuq it-Tempji, il-bini ta’ ċentru għall-viżitaturi, Mużew tal-Preistorja, kif ukoll tisbiħ ta’ l-inħawi ta’ madwar it-Tempji biex jittejjeb u jiġi mħares l-ambjent li jinsabu fih.
Rigward xogħol kontinwu ta’ manutenzjoni u tisbiħ, li jinkludi restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, Heritage Malta għandha vvutati €8,000 għas-sena 2009. Xogħlijiet oħra marbuta mal-Ġgantija, bħal per eżempju, x-xiri u l-installazzjoni ta’
weather station
, huma ffinanzjati minn
sponsorship
tal-
Vodafone Malta Foundation
.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4074 u cioe': b’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2788 dwar servizz għall-anzjani, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet li għamiltilha u
a) tgħid kemm għandhom sigħat ta’ servizz kull wieħed/waħda mill-10 anzjani li m’għandhomx is-sigħat kollha ta’ servizz u kemm sigħat kull wieħed/waħda għandu/ha approvati mill-bord;
b) tgħid għaliex dawn l-10 anzjani mhumiex jingħataw is-servizz kollu approvat mill-bord;
ċ) tgħid kemm hu n-numru ta’ applikanti anzjani, lokalità b'lokalità, li għadhom ma nagħtawx servizz u f’liema sena kull anzjan/anzjana kellu/kellha s-servizz approvat mill-bord u kemm sigħat ta’ servizz kellu/kellha approvati mill-bord;
d) tagħti s-sigħat, siegħa siegħa, li l-
part-time social assistants
jaħdmu fil-ġimgħa; kemm hu l-massimu ta’ sigħat li
part-time social assistant
jaħdem fil-ġimgħa;
e) tgħid għaliex, dawk li għandhom is-servizz tagħhom approvat mill-bord għadhom mhux jingħataw servizz;
f) tgħid kemm sigħat ta’ servizz kienu jingħataw l-anzjani fi djarhom f’Awwissu 2007 u f’Awwissu 2008
g) tgħid għaliex in-numru ta’
part-time social assistants
tħalla jonqos minn 107 għal 101 minn Awwissu 2007 sa Awwissu 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella annessa.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 3233 jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet l-offerta għall-operat ta’ dan l-impjant? Meta ngħata l-kuntratt relattiv? Għaliex hemm ċerti kundizzjonijiet tal-kuntratt li qed jiġu ffinalizzati wara li ngħata l-kuntratt? X’inhuma l-kundizzjonijiet li qed jiġu ffinalizzati wara l-għoti tal-kuntratt? X’inhi l-kapaċità massima tat-trattament ta’ drenaġġ tal-impjant? Kemm ittratta drenaġġ kull xahar minn meta beda jopera l-impjant sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-offerta għall-operat u l-manutenzjoni ta’ l-impjant kienet ħarġet bħala parti integrali mis-sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ l-istess impjant fit-28 ta’ April 2004.
Il-kuntratt ġie iffirmat fil-11 ta’ Frar 2005.
Il-kuntratt jagħmel referenza u provediment għal reviżjoni tar-rati li jitħallsu lill-kuntrattur. Dawn qegħdin fil-proċess li jiġu riveduti partikolarment minħabba t-tariffi ġodda ta' l-elettriku.
L-impjant għandu il-kapaċita li jittratta l-medja ta’ 6,000 metri kubi ta’ drenaġġ kuljum. L-impjant ittratta il-volum ta’ 1,343,568 metri kubi ta’ drenaġġ minn kemm ilu jopera. Din il-figura hija ekwivalenti għall-medja ta’ 111,964 metri kubi fix-xahar, sa l-aħħar ta’ Novembru 2008.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4296 u 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Ministru jara li l-iskema li permezz tagħha bdiewa li qed jaħdmu raba' tal-Gvern, li iżda għadhom mhux rikonoxxuti mill-Gvern terġa' tinħareġ biex jiġi assenjat li dawk il-bdiewa li m'applikawx meta kien hemm din l-iskema xi snin ilu, fil-fatt ikollhom iċ-ċans li japplikaw?
Response (FENECH, TONIO)
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant se jiġi mistħarreġ.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema studenti f'kull suġġett, f'kull sena tal-kors għas-sekondarja li bħalissa qed jattendu l-kors tal-B. Educ, fl-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk rigward ir-riformi fl-Armata, dawk li għandhom jingħataw awment fl-iskala tax-xogħol tagħhom skond ir-riforma li ħabbar hu stess, huwiex il-każ kif qed jingħad verbalment sal-lum, speċjalment fil-first regiment biss, li min ma setax jagħmel physical exercise, inkella minħabba raġunijiet ta' saħħa, min ma ħax sehem fil-parati, jew min kellu xi charges minuri, mhux se jibbenefika minn dawn l-iskali?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mill-gvern biex igħin l-industrija Maltija tesporta l-prodotti tagħha lejn il-Lvant Nofsani? X'ġie esportat matul din is-sena f'dan ir-reġjun u f'liema ammonti?
Persuna fis-Servizz Pubbliku f'laqgħat fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx jaf li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kienet qed tkun waqt il-ħin tax-xogħol tagħha f’laqgħat fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kif ġie żvelat fl-e-mail li s-Segratarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u li giet ippubblikata fil-mezzi tax-xandir? Jekk le, jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi dixxiplinarji kontriha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-impjegati tas-segretarjati privati tal-Ministri huma mistennija jaħdmu ħinijiet twal u flessibbli u ma jaqawx taħt ir-regolamenti ta’ sigħat kif jaħdem is-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinxtara ż-żejt mhux maħdum għas-suq Malti? Fejn jinħadem biex ikun jista' jintuża mill-konsumatur? Kemm saru ordnijiet fl-2007 u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Importazzjoni ta' petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm ġie impurtat petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel din is-sena? Kemm kien jiswa l-prezz ta' kull prodott maħdum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' industriji ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' industrijia ġodda? Meta saret kull applikazzjoni u minn min? X'inhu l-prodott li se jinħadem? Kemm hu maħsub li kull fabbrika se tħaddem nies?
Jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' priġunieri li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imqassma f'Maltin u barranin? Kemm minn dawn qed jiskontaw sentenza? Kemm hemm priġunieri li qed jagħmlu xi xorta ta' studju li jista' jwassal għal "O" level? Kemm hemm li qed jagħmlu kors fi stadju aktar avvanzat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentement ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm 298 priġunier ta' nazzjonalita' Maltija u 139 ta' dik barranija.
Minn dawn hemm 273 Maltin u 61 barranin li qed jiskontaw sentenza.
Infurmat ukoll li hemm 11-il priġunier li qed isegwi studju li jwassal għal-livell Ordinarju, filwaqt li 9 qed jattendu korsijiet li jwasslu għal-livell aktar avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex jintroduċi advanced street light optimization systems li jinkludu adaptive lighting control, improved lamp performance, kif ukoll sistema wiesa' ta’ centralized street light asset management? Dan billi sistemi simili jnaqqsu sostanzjalment il-konsum tal-enerġija, il-maintenance costs u anke l-impatt ambjentali?
Kif jaf żgur il-Ministru jeżistu wkoll sistemi stand alone ta’ lamp control li jsaħħu l-performance u l-effiċjenza fi street lighting simili permezz ta’ retrofitting ta' lamp controllers għal street lighting fixtures eżistenti.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-snajja' li jiġu mgħallma lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm li qed jitgħallmu f'kull xogħol? Hemm barranin li qed jitgħallmu xi sengħa? Liema sengħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li preżentement qed jiġu mgħallma 6 tipi ta' snajja ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, jiġifieri: Electrical and Plumbing,Xogħol fil-ġebel, Fuħħar, Beautician, Body Therapy u Advanced Make- Up.
Infurmat ukoll li hemm 20 priġunier Malti u 11-il barrani li qed jattendu dawn il-korsijiet, kif ġej :-
Electrical and Plumbing 3 Maltin irġiel;
Xogħol fil-ġebel 7 Maltin u 2 barranin; kollha rġiel
Fuħħar 3 Maltin u 2 barranin; kollha rġiel
Beautician 6 Maltin u 4 barranin; kollha nisa
Body Therapy 3 nisa barranin
Advanced make Up 1 Maltija
Barra minn dawn kien hemm ukoll priġunieri Maltin li attendew korsijiet li ingħataw barra mill-Faċilita' matul din is-sena, kif spjegat hawn taħt:-
Shutter Frame Work 1
Manual Metal Arc Welding 2
Introduction to pipe welding 2
Vehicle Spray Painting 1
Food Preparation & Culinary Arts 1
Food Handling, Catagory A & B 1
Peress li r-residenti tal-parti t'isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Qorti ta' Għawdex — Apparat tar-recording bil-ħsara
Question
Peress li l-apparat ta' recording tal-awla magħrufa bħala ż-żgħira fil-Qorti t'Għawdex ilu ma jaħdem ġimgħat sħaħ u allura mhux qed jinstemgħu xhieda b'inkonvenjent kbir kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-avukati u anke għall-ġudikanti, tista' l-Ministru tindirizza dan l-inkonvenjent kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-apparat ta’ l-awla ż-żgħira mhux bil-ħsara imma dak ta’ l-awla l-kbira huwa bil-ħsara u qed jissewwa, u peress illi din l-awla ta’ l-aħħar l-iktar li tintuża, l-apparat tar-recording ta’ l-awla ż-żgħira kellu jiġi trasferit fl-awla l-kbira.
Mhux minnu, pero’ illi mhux qed jinstemgħu xhieda fl-awla ż-żgħira anżi hemm maġistrat minnhom li jinsisti li jagħmel is-seduti tiegħu kollha f’din l-awla ż-żgħira.
Ir-
recording
fl-awla ż-żgħira xorta jista’ jsir, u qed isir, f’din l-awla ż-żgħira billi jiġi utiliżżat
recorder
manwali. Biss hemm maġistrat ieħor li, għal raġunijiet tiegħu, ma jridx jutiliżża dan l-apparat.
Ta’ min iżid jgħid ukoll illi apparti dawn iż-żewġ awli, hemm wkoll awla oħra ġdida, b’apparat ta’
recording
ġdid li jista’ faċilment jiġi wżat fi kwalunkwe każ. Pero’ l-istess maġistrat li ma jridx juża l-apparat tar-
recording
manwali ma jkunx irid juża din l-awla.
B'referenza għan-numru ta’ siġar li l-Ministru qed jgħid li ġew imħawla mill-Ministeru tiegħu, jista' jgħid x’persentaġġ minnhom ġew importati minn barra minn Malta u x’persentaġġ tnisslu minn siġar lokali? Jista' jgħid ukoll xi spiża saret biex ġew impurtati dawn is-siġar?
Jista' l-Ministru jara għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għamlitx id-double yellow line fil-kantuniera bejn Triq Bieb il-Ġarra u Triq San Gwann ġewwa Hal Safi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.