Jista' l-Ministru jara li l-latrina pubblika li tinsab faċċata tal-knisja ta' Marsaxlokk fejn jarma l-monti tiġi miżmuma b'mod nadif minħabba li kemm Maltin kif ukoll turisti qed jilmentaw minn ħmieġ kbir fiha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li responsabbiltà ta’ din il-latrina kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, għalhekk nitolbu jqajjem il-każ ma’ dan il-kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-tender għat-trasport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta u mill-Belt Valletta għall-Kottonera? Meta għalqet din it-tender u x'ġara minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Tender "Provision of Scheduled Maritime Ferry Services for the Grand Harbour and the Port of Marsamxett" għalqet fis-16 ta' Frar 2012. Transport Malta rċeviet offerta waħda. Intbagħtet il-Letter of Acceptance fid-29 ta' Marzu 2012 u Transport Malta preżentament tinsab f'diskussjonijiet mal-kumpanija li tefgħet l-offerta biex jiġi finalizzat il-kuntratt għas-servizz.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana ta' 86 sena li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hemm xi problema fil kont tal-ilma peress li ġie €2,535 u ma jidhirix li hemm kontijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu r-riżultati tal-eżamijiet għal-liċenzja tan-nar u jekk dan id-dewmien hux minħabba li hemm xi karti tal-eżamijiet li għadhom ma ġewx ikkoreġuti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ tal-liċenzji msemmija hija responsabbiltà tal-Pulizija. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li huwa responsabbli mill-Intern.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35136, 34967, 34559, 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għadhom jinġabru l-kontijiet konnessi maċ-ċelebrazzjonijiet li saru f’April 2012.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35181 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kif wara li sar it-tarmac quddiem Villa Rundle għall-inawgurazzjoni tal-ġnien, it-triq qed terġa' tinqala mill-ġdid? Min qed iħallas għal dan ix-xogħol doppju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sodda tal-asfalt (asphalt basecourse) li ngħata fil-parti tat-triq quddiem Villa Rundle mhux maħsub li jerġa’ jinqala għajr jekk jirriżultaw xi difetti ta’ kostruzzjoni. Bħalissa għaddej xogħol ta’ servizzi fil-ġnub tat-triq u pavimentar tal-bankini. Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħataw is-saffi suċċessivi tal-asfalt (asphalt binder and wearing course).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35180 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta għalih u jispjega kif il-perita li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament, li taħdem bħala perita mal-proġetti tal-Ministeru ta' Ghawdex hi wkoll il-perita privata tad-ditta Sqallija li qed jagħmlu ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella liema proġett hu tal-istess Ministeru? Ma taħsibx li dan hu konflitt kbir ta' interess?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm tħallsu bħala fees fir-rigward ta’ berthing fees għas-servizz offrut fil-yacht marina magħrufa bħala l-Ex MMA Berths f’Tignè għall-perjodu Mejju 2008 sa Lulju 2011? Jista' jgħid l-ammont ta’ yachts jew opri tal-baħar oħra li daħlu f'dan il-perjodu? Jista' fir-risposta tiegħu jgħid kemm ġie utillizzat f'dawl u ilma għall-perjodu msemmi hawn fuq mis-sidien tal-yachts jew opri tal-baħar li utillizzaw il-marina msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat minn Transport Malta li dħul u spejjeż tal-ex MMA berths f'Tignè kienu jiġu nklużi ma' dawk tal-Imsida u Ta' Xbiex Marinas u għalhekk mhemmx records separati.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jopera l-Ex MMA Berths ta’ Tignè u jipproduċi kopja tal-kuntratt li jixhed it-trasferiment tal-operat tal-kumpanija preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ġewwa l-Ex MMA Berths Tignè, mis-sena 1991 sa 2008, kienu jitwaħħlu 8 modules għal perjodu ta' bejn Mejju sa Novembru ta’ kull sena li kienu jissupplixxu d-dawl u l-ilma? Jista’ jikkonferma jekk minn Mejju 2008 sal 15 ta’ Lulju 2011 kenux jitwaħħlu l-modules aktar ‘l fuq imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tikkonferma li sas-sena 2008 kienu twaħħlu 8 modules. Bejn is-sena 2009 u Lulju 2011, minħabba nuqqas ta' domanda, kien twaħħal biss module wieħed.
Jista' l-Ministru jipprovdi kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li approva l-użu ta’ latrini li kienu jintużaw mis-sidien tal-yachts u opri tal-baħar flimkien mal-guests tagħhom, issa saru parti minn restaurant u ġew alterati għal kċina ta’ restaurant li jinsab fil-ġnien tal-Imsida?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika fuq site plan għal liema area qiegħed jirreferi biex b'hekk l-awtorità tkun tista twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma r-romol maskili u dawk feminili li jirċievu pensjoni anqas minn €500 fix-xahar fil-mument?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jien infurmat li numru ta’ persuni maskili li jirċievu pensjoni għar-Romol ta’ inqas minn €500 fix-xahar huwa ta’ 103 filwaqt li n-numru ta’ persuni feminili li jaqaw taħt l-istess kategorija huwa ta’ 7425.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35178 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta persuna tmur biex tibdel il-karta tal-identità għax tkun damaged ikollha tħallas xi fee ta’ xi €5 - €10?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, preżentament, persuna li tibdel il-karta tal-identità tagħha, minħabba li tkun damaged, tħallas €2.33, skont art. 10(2) tal-Att dwar il-Karti tal-Identità (Kap. 258).
Jista' l-Ministru jinforma jekk huwiex possibli li jikkunsidra pjan ta' prova għall-parkeġġ residenzjali bejn is-7:00pm u s-7:00am fl-Imtarfa bil-pjan li r-residenti jkollhom parkeġġ wara li jirritornaw lura mill-ġurnata tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa kien applika għal Skema ta' Parkeġġ Ikkontrollat għar-Residenti iżda l-kunsill lokali għadu ma ssottomettiex l-istudji neċessarji, skont it-Termini ta' Referenza, għal tali skemi. Il-kunsill kien ġie nfurmat li kellhom jiġu sottomessi dawn l-istudji u Transport Malta tkun f'pożizzjoni li tevalwa t-talba għal tali skema meta jiġu sottomessi dawn l-istudji.
Jista' l-Ministru jinforma jekk huwiex possibli li jikkunsidra pjan ta' prova għall-parkeġġ residenzjali bejn is-7:00pm u s-7:00am fi Triq Konti Ruġġieru, Triq San Martin, Triq San Pupulju u Triq Santa Maria fir-Rabat, bil-pjan li r-residenti jkollhom parkeġġ wara li jirritornaw lura mill-ġurnata tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li talbiet għal skemi kontrollati għal Parkeġġ Residenzjali għandhom isiru mill-kunsill lokali rispettivi u li fil-każ in kwistjoni ma saret l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fil-konfront tat-toroq msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ intbagħat lura mill-Qorti tal-Appell lit-Tribunal tal-Appelli mid-deċiżjonijiet mogħtija minn din il-Qorti fl-aħħar ta' Mejju li kienu jammontaw madwar 22? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irnexxiela tirbaħ fil-Qorti tal-Appell?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-31 ta' Mejju 2012 il-Qorti tal-Appell tat 14-il sentenza, fejn f'żewġ sentenzi minnhom il-Qorti tal-Appell ikkonfermat id-deċiżjoni tat-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, u fit-tnax il-sentenza l-oħra il-Qorti tal-Appell annullat id-deċiżjonijiet rispettivi tat-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn fil-maġġoranza ta' dawn il-każijiet il-Qorti tal-Appell ħasset illi t-Tribunal ma trattax għas-sodisfazzjon tal-Qorti aggravvji imqajjma minn appellanti quddiem l-istess Tribunal.
Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35137 u l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata seduta oħra.