Kunsilli Lokali — Bord tal-aġudikazzjoni tat-tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jinħatar il-bord tal-aġudikazzjoni tat-tenders fil-kunsilli lokali? Xi jkun l-parir tad-dipartiment tal-kunsilli f'dan ir-rigward? Issir xi monitoring biex dawn l-bordijiet jimxu skond kif huma stipulati?
Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qligħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qligħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Qasam Tas-saħħa — impjegati direttament mal-kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3510 u 2851 u jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kuntrattur imma jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa? F'liema gradi qiegħdin dawn il-ħaddiema? Kemm jiħallas il-kuntrattur kull siegħa ta' kull ħaddiem li għandu jagħti servizz lill-Istat? Kemm-il sena il-Gvern huwa marbut ma' dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4109 u jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Għall-Ippjanar u l-Ambjent — One stop shops
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3960, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-applikanti qegħdin jintalbu jagħmlu l-konsultazzjoni huma qabel ma' japplikaw meta bħala one stop shop din il-konsultazzjoni suppost issir mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dokument Policy and Design Guidance: Agriculture, Farm Diversification and Stables (2007), speċifikament f'Appendiċi 3, l-applikanti u l-periti għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom lista ta' rekwiżiti li jridu jippreparaw qabel ma jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni. Ħafna minn dawn id-dettalji huma marbutin ma' kriterji stabbiliti mid-dipartimenti konċernati u mhux mill-MEPA. Il-kontenut tad-dokument u t-tielet appendiċi tfasslu flimkien mad-dipartimenti konċernati qabel mad-dokument ġie approvat u ppublikat. Filfatt, din il-proċedura saret għal żewġ raġunijiet primarji:
1. Sabiex kemm jista' jkun jitnaqqas l-ammont ta' applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lill-MEPA avolja ma jilqgħux il-kriterji stabbiliti mid-dipartimenti konċernati (per eżempju, applikazzjoni għal struttura agrikola meta l-applikant lanqas huwa reġistrat bħala bidwi);
2. Sabiex jitnaqqas id-dewmien fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet agrikoli.
Ħafna mid-dewmien fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet qiegħed fil-fażi inizzjali ta' konsultazzjoni u bdil ta' pjanti, u ħafna drabi dan il-bdil fil-pjanti oriġinali jsir sabiex jilqa' il-kriteriji tad-dipartimenti konċernati (li jistgħu anke jwasslu għal bdil sostanzjali, inkluż fil-
layout
tal-proposta sabiex jilqgħu l-i
standards
tad-dipartimenti rispettivi). Għalhekk, huwa importanti li l-applikanti u l-periti jkunu jafu x'inhuma dawn il-kriterji kemm jista' jkun kmieni sabiex jinkorporawhom fil-proposta tagħhom. Din tgħin sabiex jitnaqqas il-bżonn ta' bdil repetut tal-pjanti.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4113, dan ifisser li matul din il-leġislatura, il-proġett kapitali li se jiġu varati mill-gvern huma biss dawk b'konnessjoni mal-proġett tal-Grand Harbour Regeneration?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-SeaMalta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jien infurmat li l-proprjeta’ in kwistjoni hija tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi bil-mutur liċenzjati għall-ewwel darba f’Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1988 sal-2007 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Kemm minn dawn kienu vetturi ġodda u kemm kienu vetturi użati? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-rispota mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterji l-ġodda biex wieħed ikun jista’ jifdi ċ-ċnus, cioe’ jixtri d-diretti dominji temporanji gravanti residenzi ordinarji taħt Skema “ad hoc”, għadhom ma ġewx stabbiliti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4103 u 3540 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4103.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — refurbishment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4124 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sar biss xogħol ta' manutenzjoni u l-valur kien ta' 2,355 Ewro.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4456 u cioe: b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4456.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2780 u 4068 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4069 u jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?