Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti konċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-talbiet oriġinali ta' Malta qabel l-aħħar kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussels dwar il-Climate and Energy Package u kemm minnhom ġew milqugħa? Liema kienu?
Jista' l-Ministru jispjega kemm-il sistema PISCES ġiet istallata f'Malta u fejn? X'data żżomm il-PISCES, f'liema forma u kemm iddum miżmuma fis-sistema? Min għandu aċċess għal din id-data? Il-PISCES f'Malta tirċievi informazzjoni jew data minn xi sistema barra minn Malta jew minn pajjizi oħra li għandhom il-PISCES? Il-PISCES f'Malta tibagħat informazzjoni tagħha lil pajjiżi oħra u liema huma dawn il-pajjiżi? Jista' l-PISCES jiċċekja l-identitajiet tan-nies hekk kif ikunu deħlin f'Malta, ma' databases oħra? Liema huma dawn id-databases?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sistema PISCES qegħda tintuża fil-port controls ta' l-ajruport kif ukoll tas-seaport. Din is-sitema tiġbor informazzjoni li jkun hemm fuq il-passaport u l-moviment ta' persuni minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea. It-tagħrif li jinġabar fuq din is-sistema huwa għall-użu ta' l-awtoritajiet lokali u ma hi mqabbda ma' ebda sistema barra l-pajjiż.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4550, ninfurmah li ż-żewġ vacancies li jiena staqsejtu fuqhom huma tal-ġenetika. Jista' l-Ministru jispjega fiex waslu dawn iż-żewġ vacancies? Jista' jispjega kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, skond it-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija 4550 ġiet meqjusa li ilha speċjalista għal sentejn meta ma kenitx fi specialist register għal dan il-perijodu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Patoloġija hemm aktar minn żewġ vacancies li kienu hemm f’Novembru 2005. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika għal-liema vacancies qiegħed jirreferi.
Dwar il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM il-kriterji biex persuna tkun eliġibbli tapplika għall-post ta’ konsulent huma kif indikat fis-silta minn klawsola 14.3 tal-ftehim:
A. i) “Certificate of completion of training in the relative speciality/specialties by the local Specialist Accreditation Committee
ii) OR inclusion in the appropriate Specialist Register(s)
iii) OR be approved for inclusion in the appropriate Specialist Register(s)”
AND
B. “two years full time experience as a specialist in the particular field”.
Dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant dwar persuna partikulari ma jirriżultax mir-rapport tal-Bord tal-Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fl-AirMalta fejn jidħol ir-refund ta' l-Airport Tax għal dawk li laħqu bbukkjaw titjiriet qabel l-1 ta' Novembru, 2008? Kemm hu l-ammont ta' flus f'refund li ħallset l-AirMalta s'issa għal dan il-għan? Kemm hu l-ammont ta' flus li għad iridu jiġu mħallsa? Meta se jsir dan il-ħlas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3498 u jgħid jekk teżistix xi regolamentazzjoni li tirregola l-importazzjoni ta’ frott u ħaxix minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-Suq Ewropew huwa suq wieħed u l-moviment f’dan is-suq huwa irregolat biss, għall-benefiċju tal-konsumatur, minn regoli li jwasslu għal traceability sabiex f’każ ta’ bżonn, ikun hemm mezz kif wieħed jirtira malajr il-prodotti kollha mis-suq.
Jien infurmat li minħabba xi mard li dawn jistgħu jġorru magħhom, l-‘importazzjoni’ tal-frott u ħaxix minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huwa rregolat mid-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 2000/29 u l-emendi tagħha. Din id-Direttiva u l-emendi tagħha ġew trasposti bl-Avviż Legali 97 ta’ l-2004 taħt l-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti (CAP 433) u mir-regolamenti suċċessivi li jemendaw dan l-Avviż Legali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3500 u jgħid kemm hemm spieri/boreholes irreġistrati (eskluż dawk li ġew reġistrati mis-7 t’Ottubru 2008 'il quddiem)? Jista jagħti rendikont ta’ dawn il-boreholes lokalità b’lokalità kif ukoll jgħid kemm minn dawn kienu rreġistrati qabel 1997?
Jista' jgħid kemm ġew reġistrati boreholes/spieri mis-7 ta' Ottubru 2008 'l quddiem u jagħti rendikont kif ġew reġistrati lokalità b'lokalità?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3501 u jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ, b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma mblukkati, jitnaddaf u ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-bokok tal-‘closed culvert’ tal-ilma fi Triq l-Imdina fuq in-naħa tat-triq arterjali, li allura hija responsabbiltà tal-Gvern ċentrali, jiġu mnaddfa regolarment darba fil-ġimgħa. Il-bokok li jagħtu min-naħa tal-layby, liema parti taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, xorta jingħataw l-attenzjoni mid-Dipartiment tal-Cleansing, partikolarment meta jiġu mnaddfa il-pits.
Rigward il-manutenzjoni tal-
culverts
per se
,
peress li din taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-ADT nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'dawn l-aħħar ġranet qed jinżel kontinwament kwantità ta' ilma fi Triq il-Wied f'Hal Qormi, bil-konsegwenza li diversi residenti ma jistgħux jaqsmu din it-triq mingħajr dan l-inkonvenjent? Jista' l-Ministru jikkonferna jekk hemmx ħsarat ta' l-ilma jew xi outflow f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm jidher li l-ilma fil-parti l-kbira mhux ilma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-Korporazzjoni xorta qed tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex tassigura ruħha li m’hemmx xi kawża min-naħa tagħha għal dan l-ilma.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 459 u in vista tar-risposta li qed tidher separatament tal-aġenzija Appoġġ li daħlet f'kawża li l-ismijiet tagħha qed jidhru separatament, jista' l-Ministru jgħid x'għandu xi jgħid għall-mistoqsija oriġinali?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mhuwiex minnu li l-Aġenzija APPOGG m’għadhiex toffri supervised access visits b’xejn u toffri biss is servizz jekk ikun bi ħlas. Infatti fil-preżent l-Aġenzija APPOGG qegħda toffri s-servizz lil 81 każ b’total tal-fuq minn 1,200 siegħa ta aċċess fix-xahar. Dan is-servizz jingħata kollu b’xejn. L-Aġenzija tagħti s-servizz ukoll lil 5 każijiet oħra bi ħlas fuq Ordni tal-Qorti. Bejn Ġunju u Ottubru l-Aġenzija allokat 18 il-każ ġdid – dawn il-każijiet qegħdin jingħataw is-servizz mingħajr ħlas. Is-servizz għandu 18 il-każ fuq il-waiting list, dan minħabba nuqqas ta' risorsi finanzjarji biex jiġu allokati aktar każijiet. Dawn il-każijiet jiġu allokati mingħajr ħlas meta l-Aġenzija tkun f’pożizzjoni li talloka aktar każijiet. Jekk jinqalgħu ċirkostanzi fejn l-Onorabbli Qorti tordna li l-aċċess għandu jibda b’mod immedjat u jidhrilha dejnu li tordna li l-klijenti jħallsu għas-servizz, l-Agenzija tipprovdi s-servizz bi ħlas. Iżda huwa biss f’dawn iċ-ċirkostanzi li s-servizz ta' aċċess b’superviżjoni jingħata bi ħlas.
Jista' l-Ministru jara kif il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellu regolari liċenzja ta' gwardjan privat u għadha ma ġietx imġedda lilu wara li fl-4 ta' Lulju, 2006 huwa kien weħel Lm50 multa fuq inċident f'Burmarrad?
Jaħseb il-Ministru li din il-liċenzja għandha tiġi mġedda stante li għadda żmien biżżejjed wara d-deċiżjoni tal-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċeduri neċessarji qed jitteħdu sabiex jiġi konkluż ai termini tal-Liġi.
Jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tinforza li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jigifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jiddawwar b'ħajt hekk kif stipulat f'regolamenti li daħlu fis-seħħ numru ta' xhur ilu?
Jista' l-Ministru jassigura li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jiġifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jitnaddaf b'mod immedjat mill-iskart li hemm mormi ġo fih? Jista' jassigura li jittieħdu l-miżuri kolla possibbli sabiex ma jibqax jintrema skart f'dan is-sit?
MCAST — Nuqqas ta' għalliema fl-Accounts Technique
Question
Peress li studenti fil-kors tad-Diploma fl-Accounts li qed jattendu l-MCAST għadhom sal-lum mingħajr għalliema fl-Accounts Technique [Unit 31 – AAT] minkejja d-diversi sejħiet li saru, tista’ l-Ministru tgħid għaliex għadu ma sarx l-appointment meħtieġ ħalli l-istudenti ma jibqgħux jitilfu l-lezzjonijiet? Tista’ tara li l-problema tiġi ndirizzata fl-iqsar żmien possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li wara li l-MCAST ilu mis-sajf li għadda jipprova jimla l-post vakant ta’ għalliem/a fl-Accounting Working Skills (Unit 31), issa nstabet persuna addattata biex tgħallem dawn il-ħiliet u mill-ġimgħa li ġejja l-istudenti se jibda jkollhom lezzjonijiet f’dan is-suġġett.
B'referenza għal dak li ntqal fil-pre-budget documents għas-snin 2007 u 2009, kif ukoll fil-Programm Elettorali tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għar-rigward ta' firxa aktar wiesgħa ta' statistika marbuta ma' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa u x'qed isir f'dan ir-rigward? Liema oqsma ġodda tal-attivita soċjo-ekonomika t'Għawdex se tkopri din il-firxa aktar wiesgħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika diġa jiġbor u jippubblika statistika fuq bażi reġjonali f’livell ta’ NUTS III, kif rikjest mill-Eurostat. Dan jinkludi statistika ta’ natura demografika, statistika dwar il-qasam tax-xogħol, statistika dwar l-edukazzjoni u indikaturi oħra ta’ natura soċjali. Indikaturi ekonomiċi jinkludu tagħrif dwar il-Prodott Domestiku Gross. Qasam relattivament ġdid huwa pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala Għawdex, kif ukoll statistika dwar it-turiżmu f’Għawdex.
L-Uffiċċju qed jistudja l-possibbilta li jestendi l-ġbir u l-publikazzjoni ta’ aktar tagħrif soċjo-ekonomiku dwar Għawdex.
Residenti f'Għawdex — Valur tal-investimenti barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-investimenti (portfolio investment assets) barra minn Malta ta’ residenti f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-2001 ‘l hawn? X’kienet id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma tinżammx statistika separata dwar il-valur li residenti f’Għawdex għandhom f'investimenti (portfolio investment) barra minn Malta.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Valur miżjud gross
Question
B’referenza għall-Valur Miżjud Gross għas-snin 2004-2007 kif ippubblikat fl-NSO News Release Nru 231/2008, jista’ l-Ministru jagħti dan il-valur maqsum skont il-komponenti tiegħu e.g. dħul mill-impjiegi u qliegħ minn negozju u skont l-industrija (A6) (Tabella Nru 1 tan-News Release)? Jista’ jagħti kemm kien in-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skont l-industrija (Tabella 3 tan-News Release)? Jista’ jagħti dan it-tagħrif (i) dwar valur u (ii) dwar numru ta’ impjiegi (employment), maqsum għal Malta u għal Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, fil-preżent, in-numru ta' flats mibnija mill-Gvern fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra u li għadhom ma tqassmux, ukoll jekk f'xi każi dawn il-flats kienu diġà ġew reklamati fil-gazzetti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar għandha tnax-il appartament vakant fil-Qawra, li kienu inklużi mal-proprjetajiet li l-Awtorita’ ħarget għal bejgħ b’sussidju fit-28 ta’ Novembru, 2008 taħt Avviż Legali Numru 74.