Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja li fl-aħħar xhur saru xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ fil-parti t'isfel ta' Triq Zarenu Dalli f'B'Bugia, residenti f'din it-triq qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' żbroff ta' drenaġġ fil-btieħi u fil-ġonna tagħhom b'konsegwenzi negattivi ħafna fuq il-proprjetajiet tagħhom? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet maħsuba biex din il-problema tkun indirizzata u solvuta b’mod immedjat darba għal dejjem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru dan l-aħħar fis-sistema tad-drenaġġ f’Birżebbuġa saru biex tissaħħaħ is-sistema u jispiċċaw l-problemi li kienu qed iħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti f’dawn l-inħawi.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti sa l-aħħar ta’ Jannar 2009.
Jista’ l-Ministru jispjega kif tifel taħt l-età li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, allegatament inħareġ minn Malta mingħajr dokumentazzjoni nhar il-5 ta’ Lulju 2006, u dan meta l-passaport tiegħu jinsab għand ommu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm xi ordni li timpedixxi lill-imsemmi minuri milli jitlaq minn dawn il-gżejjer, dan apparti l-fatt li jirriżulta li dan it-tifel huwa mniżżel f'dokument ieħor validu għall-ivvjaġġar.
Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena mill-1987 sa l-2007 l-voti kapitali kif kienu l-estimi approvati oriġinarjament, l-estimi supplimentari u l-ispiża attwali, vot vot tal-kapital?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni fid-dettal tagħha tinsab fir-Rapport Finanzjarju ta’ kull sena kif ippublikat mit-Teżor.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac matul l-2008 fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-2008 inbniet il-parti ta’ Triq il-Htajriet bejn Triq il-Kbira u Triq Sant’ Antnin. Sadattant, bħalissa qed isir xogħol fil-parti ta’ Triq il-Htajriet bejn Triq Sant’Antnin u Triq E.B. Vella.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4677, peress li r-residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4520, peress li qed nircievi diversi ilmenti mingħand familjari ta' persuni b'diżabilità dwar il-kwalità tan-nappies li qed jiġu fornuti fil-preżent li huma ta' kwalità inferjuri minn dawk li kienu jiġu fornuti qabel, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi solvut?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-kwalita' tal-ħrieqi li qed jingħataw lill-anzjani hija skond il-kriterji mitlub u kif stabilliti fit-Technical Specificiations tal-kuntratt kurrenti maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Informat ukoll li kull meta jkun hemm ilmenti dwar dawn il-ħrieqi, dawn jiġu immedjatament mgħoddija lill-Kuntrattur biex jieħu l-miżuri meħtieġa skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fit-trasport tal-klijenti tal-Adult Training Centres f'dawn l-aħħar ħames snin għal kull ċentru separatament u min jopera s-servizz f'kull ċentru separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet orndata Herceptin mill-Gvern għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex, kemm swiet din l-ordni u meta ser tibda tiġi fornuta lill-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-mediċina Herceptin ser titqassam biss mill-Isptar Boffa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, baqa' ma rċeviex ic-cheque dovut lilu mill-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-pagament fuq din l-iskema ħareġ u l-benefiċċjarju għandu jirċevieh fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fejn waslet il-proċedura dwar il-ħruġ ta' visa tal-persuna li isimha qed jidher separatament u li hija ta' nazzjonalità Niġerjana?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sistema Visa Management System, ma jirriżultax li hemm xi applikazzjoni mingħand il-persuna ta' nazzjonalita' Niġerjana u li isiimha intbagħat separatament.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta għal kollox il-programm tas-slum clearance ġewwa l-Msida?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad hemm xi kwistjonijiet dwar esproprijazzjoni ta' proprjeta li għad iridu jiġu solvuti u li minħabba fihom bħalissa il-proġett jinsab wieqaf. Kif ikunu solvuti dawn il-problemi, inkunu f'pożizzjoni li nħabbru d-dati riveduti tat-tkomplija u tlestija tal-proġett.