Legislature:
Category:
Reset
Active:

Interview għal kindergarten assistants — Riżlutati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se joħorġu r-riżultati ta’ dawk li f’Lulju li għadda għamlu l-interview għal Kindergarten Assistants u sal-lum għadhom bla risposta? Meta hemm il-ħsieb li dawn, jew uħud minnhom, jiddaħħlu jaħdmu? Kemm kienu dawk li għamlu l-interview u kemm huwa maħsub li jiġu magħżula għal Kinder 1 u Kinder 2?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Kindergarten Assistants kienet waħda tal-Public Service Commission. Kien hemm 566 applikazzjoni għall-KG 1 u 323 għall-KG 2. Ir-riżultati joħorġu meta jintemmu l-intervisti. L-intervisti għadhom ma tlestewx għax intalbet kjarifika mill-Public Service Commission. In-numri ta’ KG 1 u KG 2 li jistgħu jiġu impjegati ma jistgħux jaqbżu l-45 u l-50 rispettivament. Il-ħsieb hu li dawn jiġu impjegati immedjatament malli jitħabbar ir-riżultat mill-Public Service Commission.

Furjana — Dar il-Mistrieħ - Ħatra ta' Head of Home

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4415 u jara meta ser jinħatar head of home ġdid/a f'Dar il-Mistrieħ, il-Furjana?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Head of Home ta' Dar il-Mistrieħ tal-Furjana ser jirtira fi Frar 2009. Informat ukoll li dalwaqt toħroġ applikazzjoni għall-post ta' Head of Home ġdid/ġdida.

Dewmien fil-ħlas tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4555 u jgħid għaliex meta persuna fost koppja miżżewġa tmut sakemm tinħadem il-pensjoni tal-persuna l-oħra, qed jgħaddu anke 3 xhur biex jiġu riveduti ċ-ċirkostanzi kollha bil-konsegwenza li jieqfu l-pagamenti b'diffikulta finanzjarja għall-benefiċċju/i?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonijiet tar-Romol normalment jitħallsu fi żmien erba ġimgħat minn meta ssir it-talba. Fejn il-koppji miżżewġa ikunu residenti f’ xi dar għal anzjani tal-Istat jista jkun hemm xi dewmien sakemm tinġabar l-informazzjoni meħtieġa. F’dawn il-każi d-Diviżjoni ma tkunx tista’ tirrevedi l-pensjoni qabel ma tirċievi l-informazzjoni li tirrifletti it-tibdil fiċ-ċirkustanzi.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public Convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4414 u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Furjana — Pjazza E.S. Tonna - Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4418 u jara li s-siġar għoljin fil-Pjazza E.S. Tonna, Furjana jitwaħħlu banda oħra u minflokhom jitwaħħlu siġar iżgħar biex Sala Robert Sammut li għandha faċċata ta' valur arkitettoniku importanti ma tibqax mgħottija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kunsill lokali Floriana ġa esplora l-possibbilità sabiex dawn is-siġar jitneħħew iżda parir tekniku irriżulta li dawn is-siġar m’għandhomx jintmissu.

Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — Recognition rent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4474 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4474.

Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

JRS — ħlas tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) X'inhuwa x-xogħol li tagħmel il-JRS mal-immigranti illegali? b) Min iħallas lill-JRS tax-xogħol li tagħmel? ċ) Kemm tħallset s'issa l-JRS?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-JRS, bħal NGOs oħra li jaħdmu f'dan il-qasam, għandha aċċess għaċ-ċentri ta' detenzjoni, fejn hemm joqgħodu immigranti illegali, sabiex il-membri tagħha jkunu jistgħu joffru s-servizz u għajnuna tagħhom lil dawn l-immigranti. Infurmat ukoll li l-JRS ma tircievi ebda ħlas mill-Gvern għal dan it-tip ta' xogħol.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #4752 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4535 u 4189 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fl-Isptar San Luqa fl-aħħar sena li kien miftuħ? Kif kienu mqassma skond l-iskali ta' estacode? Kemm kienu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar 12-il xahar (Ottubru 2007 - Ottubru 2008)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qiegħed fit-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dar Malta — Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #4754 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — spiżerija tal-għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4374 u jgħid jekk l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek hux ser tiġi applikata f'Raħal Ġdid? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 2532, f'Seduta 38.

Għajnuna finanzjarja għall-faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'kemm il-każ u fejn ingħatat għajnuna finanzjarja biex faċilitajiet sportivi (grounds tal-football) ġew imtejba, u b'mod partikolari biex isiru uċuħ tat-turf madwar Malta? Kemm ingħataw għajnuna dawn l-għaqdiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4770 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Gwann — Triq S. Gatt - Karozzi mitluqin

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu passi dwar ilmenti ta' diversi residenti fl-inħawi ta' Triq S. Gatt, taż-Żwejt, San Gwann li spiss qed ikun hemm karozzi jew vehicles oħrajn - kultant anki żarmati iżda mhux dejjem - mingħajr liċenzja, b'liċenzja skaduta u ħafna drabi mingħajr licence plates wkoll? Dan b'inkonvenjent kbir għal dawn ir-residenti. F'ċerti okkażjonijiet ġieli kien hemm sitta minn dawn it-tip ta' karozzi jieħdu l-parking spaces fl-istess ħin.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġiljan kienet diġa' ħadet passi fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Fil-fatt, fil-jiem li għaddew twaħħlu l-avviżi għat-tneħħija fuq żewġ vetturi. Waħda minnhom tneħħiet minn sidha stess, filwaqt li l-oħra tneħħiet mill-Awtoritajiet. Madankollu, il-Pulizija ser tkompli tagħmel ir-ronda fl-akkwati sabiex ma jkunx hemm dan l-abbuż.

Dilettanti tal-karnival — Post alternattiv

Question

Wara li esponenti tal-Gvern kienu rrappurtati li taw garanzija lid-dilettanti tal-karnival li kienu jaħdmu fil-Forti Sant Iermu, li wara l-karnival ta' Frar li ġej, ser ikunu rilokati f'inħawi oħra, tista' l-Ministru tikkonferma din il-wegħda li saret lil dawn id-diletanti? Tista' tindika l-inħawi fejn il-gvern qed jaħseb li joffri lil dawn id-dilettanti biex ikomplu bid-delizzju tagħhom li jifforma parti integrali mill-kultura ta' pajjiżna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ħaddiema tal-karrijiet tal-Karnival sa jkunu jistgħu iwettqu x-xogħol tagħhom fil-Forti Sant’Iermu sakemm il-Gvern isibilhom siti alternattivi u adegwati.

Problema tat-traffiku ħdejn roundabout

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi proġett ippjanat biex jindirizza l-problema kbira tat-traffiku li jinġabar ħdejn ir-roundabout ta' Triq Xintill li tinsab eżatt bejn il-lokalitajiet ta' Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid? Jekk iva, jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett u meta huwa maħsub li jibda x-xogħol fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT konxja mill-problemi ta’ kongestjoni tat-traffiku f’din il-junction importanti. Min naha tagħha l-ADT qed tevalwa diversi alternattivi għall-titjib ta’ din il-junction . Dan il –proċess għadu fi-stadju preliminari.