Legislature:
Category:
Reset
Active:

Test tas-sewqan — flus li jħallsu l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4007 u 2945 u jgħid kemm jiġi jiswa sabiex student jitla' għat-test tas-sewqan? Kemm irid iħallas kull darba li jeħel biex jerġa' jitla' għat-test tas-sewqan? Fiex jintużaw dawn il-flus li jħallsu l-istudenti? L-instructor tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu xi persentaġġ ta' commission jew qliegħ minn dawn il-flus li jħallsu l-istudenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li student, biex jitla' għat-test u jġib il-liċenzja tas-sewqan, tiswieh €76.75. Jekk student jeħel mit-test tat-teorija jew mit-test tal-prattika, biex jerġa' jagħmel it-test, irid iħallas €22.13 u €23.25 rispettivament. Infurmat ukoll li student ma' jersaqx għat-test tal-prattika jekk ma jkunx għadda minn dak tat-teorija. Il-flus li jitħallsu jgħaddu lill-fond konsolidat. M'hemm l-ebda kummissjoni jew ħlas ieħor lill-ebda mpjegat ta' l-ADT.

Mosta — Triq in-Naxxar - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4008 u 2955 u jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess triq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Legal notice dwar ħsejjes minn postijiet tal-kummerċ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3726 u jispjega eżatt x'jifhem bil-parti tal-legal notice tal-2006 fejn qal "li sezzjoni (d) l-operat ta' post kummerċjali liċenzjat biex jiftaħ għall-kummerċ mis-1.00 am sal-4.00 a.m m'għandux matul dawk is-sigħat joħloq fastidju jew inkonvenjenza lil viċini b'xi xorta ta' ħoss li jinstema' minn barra l-post jew b'xi mezz magħmul minn ġewwa jew minn barra tal-post"? Jista' jgħid jekk dan jinkludix ukoll storbju magħmul min-nies li jkunu qed jiffrekwentaw dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.3726.

Toroq ġodda — tunellati ta' piż ta' vetturi/trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3916 u 2861 u jgħid it-toroq li nbnew dawn l-aħħar ħames snin, għal kemm-il tunellata huma ċertifikati li jifilħu qabel ma tibda ssir ħsara fuq l-istess toroq? Jista' jgħid jekk hawnx vetturi/trakkijiet li jistgħu jġorru toqol iktar minn dak stabbilit fiċ-ċertifikat tat-toroq il-ġodda? Jista' jgħid x'passi qed jiittieħdu biex vetturi ma jġorrux iktar piż minn dak li jifilħu it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond ir-rekwiżiti li tispeċifika l-ADT, toroq ġodda huma ddisinjati biex jifilħu piż ta' għaxar tunnellati kull fus (axle). Skond Cap 65 (Leġislazzjoni Sussidjarja 65.21) tal-Liġijiet ta' Malta u cioe', Regolamenti dwar Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-vetturi bil-Mutur, il-piż massimu ta' kwalunkwe vettura huwa dak ta' 40 tunnellata b'limitu ta' 10 tunnellati fuq kull fus. Il-piż liċenzjat jkun jidher fil-logbooktal-vettura liċenzjata. Uffiċjali mill-ADT spiss jagħmlu spezzjonijiet fuq vetturi fit-toroq biex jistabbilixxu l-piż li jkun qiegħed jinġarr ma' dak li hu stabbilit fil-logbook.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4119 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li f’Xatt il-Barrieri saru xogħlijiet ġeneral li b’kollox swew €10,024.30.
Leg 11 PQ #4467 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4116 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4116.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4114, 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4471 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport annwali tad-dipartimenti tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-CD li tinkludi r-rapporti annwali ta' ħidma tad-dipartimenti tal-gvern għas-sena 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapporti annwali tad-dipartimenti tal-gvern għas-sena 2007 jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni Librerija tal-Internet għas-Servizz Pubbliku http://intra.gov.mt, li għandu aċċess għaliha kull min huwa ikkonnetjat man-network tal-Gvern (il-Magnet). M’hix il-prassi li dawn il-pubblikazzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti mwettqa mill-kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet għar-reġistrar ta' boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet għar-reġistrar ta' boreholes, spieri u nixxiegħat li ġew sottomessi lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi skond l-aħħar skema ta' reġistrar li għalqet ftit tal-jiem ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li saru 2643 applikazzjoni.

Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — recognition rent

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kirjiet ta’ proprjetà li qegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use jew public tenure huwa ta’ 2615 li huma mqassam lokal b’lokal, kif ġej: Balzan 2 Birgu 371 Birkirkara 23 Bormla 742 Ghaxaq 3 Gudja 1 Isla 256 Luqa/Kirkop 40 Marsa 96 Mosta 3 Msida 2 Naxxar 2 Paola/Fgura 30 Pieta’ 3 Safi 2 Sta Venera 2 Sliema 36 Siggiewi 5 Valletta/Floriana 968 Zabbar 21 Zebbug 3 Zejtun 2 Zurrieq 2 Hemm ukoll xi proprjetajiet oħra fejn għada mhux qegħda titħallas kera. Ġie ikkalkolat li l-kera medja hija ta’ madwar tletin euro [€30] fis-sena. Id-Dipartiment tal-Artijiet beda l-process fejn ir-recognition rent u l-acquisition rent jiġu ikkapitalizzati skond it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88) jiġifieri bir-rata ta’ 1.4% u 1% rispettivament.

Income Tax — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u li għandhom pensjoni minima, qegħdin jiġu intaxxati mill-Income Tax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata jirċievi pensjoni tas-servizzi soċjali kif ukoll pensjoni minn barra. Peress li l-konjugi tiegħu tirċievi ukoll pensjoni minn barra it-taxxa tagħhom tiġi ikkalkulata separatament. Għalhekk fil-każ tiegħu huwa taxxabli minħabba li għandu dħul minn żewġ pensjonijiet.
Leg 11 PQ #4570 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar tal-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sal-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ingħataw u f'liema fergħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmru 3110.

Għawdex — Faċilitajiet fil-port għal cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u kemm intnefqu flus matul matul l-2005, 2006, l-2007 u matul din is-sena separatament fuq l-estenzjoni tal-faċilitajiet fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Kemm hemm flus kommessi għal dan l-iskop? X’inhu l-programm ta’ xogħlijiet għall-bini ta’ dawn il-faċilitajiet għas-sena d-dieħla? Kemm hemm flus allokati għal dawn ix-xogħlijiet għas-sena d-dieħla? Taħt liema vot?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 l-Awtorita’ Marittima nefqet € 25,699.98 għall-installazzjoni ta’ bollard ġewwa x-Xlendi. Is-sena d-dieħla ser titqiegħed baga fix-Xlendi Għawdex liema spejjeż huma stmati li jammontaw għal €150,000 u li se jkunu mħallsa mill-istess Awtorita’.
Leg 11 PQ #4572 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Għawdex - Hotel fl-ITS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-training hotel tal-ITS il-Qala hijiex qed taċċetta bookings għall-akkomodazzjoni (rqad) fiha? Jekk fl-affermattiv, x’irid jagħmel dak li jkun biex jibbukkja? Kemm irid iħallas kull lejl? Ħareġ avviż legali biex jistabbilixxi r-rati tal-ħlas? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fuq l-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-ITS fl-aħħar ta’ l-2006, 2007 u kemm hemm illum? X’inhu l-grad tagħhom? X’rosters ta’ xogħol għandu/għandha kull wieħed/waħda minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-ITS il-Qala hu li tipprovdi taħriġ lill-Istudenti fis-settur turistiku u għalhekk bl-ebda mod ma hi ser tiġi użata għal skopijiet kummerċjali. In-numru ta' impjegati responsabbli għall-amministrazzjoni u t-tmexxija fl-ITS kien hekk: 2 fis-sena 2006 ( 1 Teacher u Assistant Principal ) 2 fis-sena 2007 ( 1 Acting Head/Lecturer u Assistant Principal ) u 3 fis-sena 2008 ( 1 Acting Head/Lecturer, Assistant Principal u Executive Officer ). Ħadd minn dawn il-ħaddiema ma jaħdem fuq roster. Inkompli ngħid li bħalissa m'hemm l-ebda roster imħaddem fl-ITS Qala.
Leg 11 PQ #4573 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passaġġi fil-kampanja — Permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex meħtieġ il-permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent għall-bini mill-ġdid u/jew għall-kisi bil-konkrit u/jew għal twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jinħtieġ permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tipi ta' interventi imsemmijin fil-mistoqsija. Permessi għal dawn it-tipi ta' interventi jinħarġu biss jekk ikun żgurat li mhux se tirriżulta ħsara ambjentali jew impatti oħrajn fuq il-pajsaġġ u fuq l-ambjent ta' madwar.
Leg 11 PQ #4608 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kriterji għall-għażla tal-passaġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3104, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji u l-proċeduri li fuqhom issir l-prijorità u l-għażla ta' liema passaġġi jinbnew? Min jivverifika u min jawtorizza x-xogħlijiet li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif informajt lil Onorevoli Nterpellant fir-risposta għall-mistoqsija 3104, it-talbiet biex jinbnew passaġġi fil-kampanja, jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurta', l-utilita' u l-ambjent. Jiena infurmata li x-xogħlijiet li jsiru jiġu vverifikati u awtorizzati minn uffiċċjali tal-Ministeru għal Għawdex.

Servizzi tal-baħar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4428, jista' l-Ministru jgħid meta hija mistennija li toħroġ din is-sejħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għal offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex għanda toħroġ għall-ewwel kwart tas-sena 2009.

Taqsima Proprjetà — acquisition rent u titolu ta' dominju pubbliku

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'tifhem it-Taqsima Proprjetà tal-gvern bil-kliem: a) acquisition rent u b) titolu ta' dominju pubbliku? Jista' jindika taħt liema liġi jiskattaw dawn iż-żewġ termini u x'inhi l-politika tat-Taqsima de quo dwar l-acquisision rents u t-titli ta' dominji pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li : a) L- acquisition rent jew kera ta’ akkwist, hija kera li titħallas lis-sidien ta’ proprjeta’ li ġiet esproprijata mill-Gvern għal Pussess u Użu. b) Meta l-proprjeta’ esproprijata ikun se jkollha użu permanenti, il-Gvern jista’ jesproprija taħt titolu ta’ Dominju Pubbliku. F’dan il-każ, titħallas kera’ ta’ għarfien ( recognition rent ). Dawn iż-żewġ termini jaqgħu taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Id-Dipartiment iħallas kera ta’ akkwist fejn il-proprjeta’ ġiet esproprijata taħt titolu ta’ Pussess u Użu u kera ta’ għarfien fejn il-proprjeta’ giet esproprijata taħt titolu ta’ Dominju Pubbliku. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jakkwista b’xiri l-proprjeta’ li qiegħda għandu b’dawn it-titoli billi jikkapitalizza l-kera skond il-provedimenti ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet.