Rigward il-benefiċċju f'forma ta' voucher ta' massimu ta' €75, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità se tiddeċiedi min se jkun intitolat għal dan jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Beneficcju tal-Energija se jkun amministrat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dejjem għamel s’issa.
Jista' l-Ministru jgħid il-familji li jospitaw l-istudenti kemm se jibbenefikaw mill-miżura li tħabbret fil-budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond stima li saret, huwa previst li b’riżultat tal-miżura mħabbra fil-budget, familji li jospitaw l-istudenti ser jiffrankaw madwar €45,000 taxxa għas-sena bażi 2009.
Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm rapporti li d-dawl f'xi toroq fil-fatt ser jintefa matul il-lejl, jista' l-Ministru jiġi assigurat li jekk ser jittieħed dan il-pass, fil-fatt fit-toroq, ir-residenti jkollhom xi forma ta' dawl ieħor biex jiġu evitati traġedji? Jista' jiġi assigurat li fil-fatt id-dawl ma jintefiex qabel jittieħdu l-passi biex dawn l-istess toroq ikunu bla periklu żejjed matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern flimkien mal-Enemalta u ADT qegħdin jippreparaw biex jimplimentaw 'street lighting dimming' fejn l-enerġija li tiġi kkonsumata mis-sistema tad-dawl tat-toroq bejn 23:00 u 06:00 tkun imnaqqsa b'madwar 30% mill-enerġija u b'hekk titnaqqas is-C02 emissions billi l-intesita' tad-dawl tiġi mnaqqsa. M'huwiex intenzjonat li jintefa' xi dawl tat-triq f'żoni residenzjali, anzi dejjem se jiġi assigurat li l-livell tad-dawl tat-triq huwa biżżejjed illi ma jkunx hemm periklu.
Ministeru tal-Edukazzjoni — hospitality u sponsorships
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat ta' x'intnefqu mill-votes allokati għall-hospitality u sponsorships fil-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Jannar sa Marzu 2008? Tista' tagħti lista dettaljata ta' min għamel użu minn dawn il-fondi fil-perijodu li semmejt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-Health and Safety , billi qed jiġi mgħallem fl-iskejjel ma marx bħal suġġetti oħra taħt id-Direttur tal-Curriculum? Tista' tgħid ukoll għaliex il-peripatetic teachers tal-Health and Safety m'humiex stazzjonati fil-Kulleġġi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Health and Safety mhux suġġett kurrikulari bħal oħrajn u għalhekk qatt ma tpoġġa taħt id-Direttur tal-Kurrikulu.
Fil-primarja, żewg għalliema tal-Health and Safety huma stazzjonati ma’ kull tliet kulleġġi, filwaqt li fis-sekondarja n-numru ta’ għalliema huwa skond kif inhu stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers.
Direttorat għas-Servizzi Edukattivi — capital expenditure
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif jiġu determinati l-fondi tal-capital expenditure tal-ispecial schools taħt id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi? X'kienet l-allokazzjoni skola bi skola matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-fondi tal-capital expenditure ta’ l-ispecial schools, allokati taħt Item 7031 “Equipment for Educational Suport Services” fil-vot kapitali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, jitqassmu lill-iskejjel speċjali mid-Direttur responsabbli għal dawn l-iskejjel skond il-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta’ kull skola.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif kienet l-allokazzjoni skola bi skola matul dawn l-aħħar snin.
Tista' l-Ministru tgħid x'eżamijiet pubbliċi saru matul dawn l-aħħar ħames snin u li kienu koordinati mid-Dipartiment tal-Eżamijiet sena b'sena? Kemm resqu kandidati għal kull eżami? Kemm għaddew f'kull eżami? Kemm minn dawk li għaddew kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minn dawk li għaddew kienu minn Għawdex u kemm kienu minn Malta? Kemm minn dawk li għaddew kienu certified bħala disabled? Kemm kienet il-miżata għal kull eżami? Kemm inġabru ħlasijiet b'kollox, sena b'sena, eżami b'eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-miżata għal kull applikazzjoni għal eżami pubbliku hija hekk:
Applikazzjoni għal eżami lokali €9.32
Applikazzjoni għal eżami EFL (English as a Foreign Language) €46.58
Ma tinżamm ebda informazzjoni, kemm personali kif ukoll ġenerali, għar-rigward applikazzjonijiet għal eżamijiet pubbliċi minn persuni b’diżabilita’.
Dettalji għar-rigward il-kumplament tal-Mistoqsija Parlamentari qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Diretotorati tal-Edukazzjoni — kongestjoni ta' air conditioner units fix-shafts tal-bini
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta sejra tiġi indirizzata il-kongestjoni ta' air conditioner units li hemm fix-shafts tal-bini tad-Direttorati tal-Edukazzjoni li qed toħloq sitwazzjonijiet serji ta' health hazards? Taf il-Ministru li minħabba fihom xogħol ta' manutenzjoni fuq katusi tad-drainage bilkemm tista' issir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-air-conditioners li hemm fix-shafts tal-bini tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u d-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni ma joħolqu l-ebda health hazards.
Infurmata wkoll li għal tlett darbiet diġa’ sar xogħol fix-shafts fuq tiswijiet ta’ drenaġġ u drabi oħra fuq tiswijiet ta’ air-conditioners, u xogħol ieħor sejjer isir aktar il quddiem skond il-ħtieġa.
Dipartiment tal-Eżamijiet — konsum ta' ilma u elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu ċentri id-Dipartiment tal-Eżamijiet? Fejn qegħdin dawn iċ-ċentri? Kemm hija n-nefqa fuq kull wieħed minn dawn iċ-ċentri in kwantu ta' konsum ta' ilma u elettriku, kif ukoll maintenance kull sena? Kemm-il darba intuża kull ċentru matul dawn l-aħħar ħames snin u għal liema eżamijiet? Kemm kienu il-kandidati li użawhom f'kull okkażjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet għandu żewg ċentri taħt ir-responsabbilta’ tiegħu. Dawn iċ-ċentri, li jinsabu t-tnejn fil-Belt Valletta, huma Biagio Steps u l-Kumpless ta’ Sant’ Iermu.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra in-nefqa fuq kull wieħed minn dawn iċ-ċentri għar-rigward ta’ konsum ta’ ilma u elettriku kif ukoll ta’maintenance kull sena u tagħrif dwar kemm il-darba intuża kull ċentru matul dawn l-aħħar ħames snin, għal liema eżamijiet u kemm il-kandidat użahom f’kull okkażjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-impjegati tal-MITTS li sal-lum għadhom sospiżi? Meta hemm il-ħsieb li jerġgħu (jekk iva) jiddaħħlu lura għax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ 134 permess għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2008 u l-31 ta’ Ottubru 2008. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-permessi maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet, fil-lokalitajiet indikati matul dan il-perjodu.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li permessi għal użu ta’ art pubblika għal ftit jiem, minn barra il-bajjiet, jingħataw mill-Kunsilli Lokali, u għaldaqstant din il-lista ma tinkludix dawn it-tip ta’ permessi.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1918 jista' l-Ministru jagħti breakdown tat-total ta' 239 imsemmi f'kategorija I dwar negozji ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
Korporazzjoni Enemalta — Trasferiment ta' linja taħt l-art
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3572, nippreċiża li l-mistoqsija ma kenitx waħda ġenerika iżda li tagħmel referenza partikolari għal-linja 33KV li prattikament tissupplixxi l-elettriku lit-Tramunata ta' Malta u Għawdex kollu. Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Korporazzjoni Enemalta mistennija tittrasferixxi din il-linja partikolari għal taħt l-art? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li diġà tħaffret mina taħt l-art għal dan il-għan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linji tat-33kV li jagħtu mill-Mosta sal-Mellieħa se jiġu mibdula b’"cables" ġodda sal-aħħar tas-sena d-dieħla. L-ebda mina mhemm jew ħa tkun mibnija għal dan il-għan u l-"cables" se jiġu mpoġġija f’"culverts" ezistenti jew fi trinek ġodda.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1918 jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3969 u jagħti breakdown tat-total ta' 239 imsemmi f'kategorija I dwar negozji ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3969.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 u jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbżu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4038 u jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi impurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra iż-żewġ listi bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Dawn il-listi jikkonsistu biss dwar karozzi reġistrati. Rigward karozzi mpurtati nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3801 u 2883 u jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir bus shelter li ilu mwiegħed kif ukoll approvat mill-Awtoritá Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent fi Triq S.M Genuis fil-Birgu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-Bus Shelter fi Triq S.M. Genius fil-Birgu ma’ ġietx approvata mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex jiżgura illi l-ilma ta' taħt l-art ma jiġix kontaminat wara l-iżbroff tad-drenaġġ li kien hemm riċentement fl-inħawi tal-Qammieħ limiti tal-Mellieħa?
Jista' jispjega kif nonostante l-eluf ta' flus minfuqa sabiex dan l-akkadut jiġi evitat, reġa' seħħ?
Jista' jgħid ġewx istitwiti proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta' min kien inkarigat mill-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kontaminazzjoni li seħħet il-Mellieħa, limiti tal-Qammieħ seħħet minħabba li l-kuntrattur għamel ‘connection’ fonda taħt l-art bla ma segwa l-istruzzjonijiet fil-kuntratt. Din l-istess ‘connection’ ġiet modifikata mill-ħaddiema tal-KSI sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm problemi simili fil-futur.
Il-Kuntrattur ġie innotifikat li ser issir ‘Employer’s Claim’ fil-konfront tiegħu bħala rimedju għad-danni li seħħew.
Ma ittieħdu l-ebda passi ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ min kien inkarigat mill-proġett għaliex skond il-Korporazzjoni ma kien hemm l-ebda nuqqas tiegu u mill-ewwel ħa l-passi li kellu jieħu.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?